MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Sunday, September 29, 2013
29th September - Feast of the Archangels Gabriel, Michael, Raphael - GOSPEL - Jn 1:47-51 -- Nathanael meets Jesus - Natanjel jiltaqa' ma' Ġesù
Saturday, September 28, 2013
Jesus took our place as sinners - FIVE GROUPS OF MIRACLES OF OUR LORD JESUS CHRIST --- ĦAMES GRUPPI TA' MIRAKLI TA' SIDNA ĠESÙ KRISTU
Il-Mulej kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom: “Meta xi ħadd ikollu fil-ġilda xi qxur jew xi bużżieqa, jew xi tebgħa bajda, qisha ġerħa tal-ġdiem, jeħduh għand Aron il-qassis, jew għand xi ħadd minn uliedu l-qassisin.
Il-marid bil-ġdiem għandu jilbes ħwejjeġ imqattgħa u jħalli rasu mikxufa, u jitgħatta sa geddumu, u jgħajjat: ‘Imniġġes! Imniġġes!’. Kemm idum marid ikun miżmum b’imniġġes li hu, u jgħix waħdu f’postu barra mill-kamp”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil AllaSALM RESPONSORJALI - Salm 31 (32), 1-2.5.11
R/. (7): Int kenn għalija, iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien tiegħek
Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura,
li għandu d-dnub tiegħu mistur!Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu l-Mulej,
u ma għandu ebda qerq f’qalbu! R/.
Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek,
u l-ħażen tiegħi ma ħbejtulekx.
Jien għedt: “Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti”.
U int ħfirtli l-ħażen tad-dnub tiegħi. R/.
Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej;
għajtu bil-ferħ, intom ilkoll ta’ qalbkom safja. R/.
QARI II - Ixbhu lili, bħalma jien nixbah lil Kristu.
1 Kor 10, 31-11,1Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Apostlu lill-Korintin
Ħuti, sew jekk tieklu, sew jekk tixorbu, tagħmlu x’tagħmlu, agħmlu kollox għall-glorja ta’ Alla. Tkunux ta’ tfixkil, la għal-Lhud, la għall-Griegi, u lanqas għall-Knisja ta’ Alla. Hekk jiena nogħġob lil kulħadd f’kollox, bla ma nfittex l-interessi tiegħi, imma tal-ħafna biex isalvaw. Ixbhu lili, bħalma jien nixbah lil Kristu.
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Profeta kbir qam fostna,
u Alla żar il-poplu tiegħu.
R/. Hallelujah
EVANĠELJU
Il-ġdiem marlu u ġismu ndaf.
Mk 1, 40-45
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”. Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!”.
U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda”.
Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma’ kullimkien u jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f’ebda belt ma sata’ iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa’ barra fil-kampanja u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek KristuHOLY MASS READINGS - http://www.usccb.org/bible/readings/060516.cfm
Life Restored (6/5/16) - In YEAR C - 10th Sunday in Ordinary Time
Group 3 – fejqan spiritwali - Spiritual healing
Group 5 – ‘L AKBAR MIRAKLU: Ġesù jqajjem Lilu nnifsu mill-imwiet - THE GREATEST MIRACLE: Jesus rose from the dead.
Mk 10:32-45 -- Jesus Predicts His Death a Third Time - It-tielet taħbira tal-mewt u tal-qawmien
.
Friday, September 27, 2013
Veneration of Holy Images
Instead of regurgitating hogwash from the misinformed or just plain hateful - know what the Catholic Church actually believes in and teaches. Stop making the infection of stupidity and hypocrisy viral.
.
Wednesday, September 25, 2013
Sunday, September 22, 2013
Luke 16:1-13 -- The Parable of the Shrewd Manager - L-amministratur moħħu jilħaqlu -- Omelija minn Dun Ġorġ Dalli - Luqa 16:1-13
Lk 16:1-13 -- The Parable of the Shrewd Manager - L-amministratur moħħu jilħaqlu
Dun Ġorġ Dalli - Luqa 16:1-13
-
16. L-amministratur moħħu jilħaqlu
[Lq:16:1] Qal ukoll lid-dixxipli tiegħu: "Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. [Lq:16:2] Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu, 'Dan x'inhu li qiegħed nisma' fuqek? Agħtini kont ta' l-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa' iżjed amministratur tiegħi.' [Lq:16:3] L-amministratur bejnu u bejn ruħu qal, 'Issa x'sejjer nagħmel, ladarba sidi se jneħħini mill-amministrazzjoni? Immur nagħżaq? Ma niflaħx. Nittallab? Nistħi. [Lq:16:4] Naf x'nagħmel, ħalli meta nitwarrab minn fuq din l-amministrazzjoni, nsib lil ħaddieħor li jilqagħni għandu.' [Lq:16:5] U wieħed wieħed bagħat għal dawk li kellhom jagħtu lil sidu. 'Kemm għandek tagħtih lil sidi?' staqsa lill-ewwel wieħed. [Lq:16:6] 'Mitt barmil żejt,' wieġbu dak. 'Oħroġ il-karti tiegħek,' qallu l-amministratur, 'oqgħod bilqiegħda malajr u ikteb ħamsin.' [Lq:16:7] Lil ieħor staqsieh, 'U int, kemm għandek tagħti?' 'Mitt xkora qamħ,' wieġbu. Qallu, 'Oħroġ il-karti tiegħek u ikteb tmenin.' [Lq:16:8] U s-sid faħħru lil dak l-amministratur ħażin talli ħadem b'rasu. Għax ulied din id-dinja jimxu bil-għaqal aktar minn ulied id-dawl ma' min hu tal-qatgħa tagħhom. [Lq:16:9] U jiena ngħidilkom, agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta' qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta' dejjem. [Lq:16:10] Min hu fidil f'ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f'ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. [Lq:16:11] Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? [Lq:16:12] U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f'dak li hu ta' ħaddieħor, min se jagħtikom dak li hu tagħkom? [Lq:16:13] Ebda qaddej ma jista' jaqdi żewġ sidien, għax jew ikun jobgħod lil wieħed minnhom u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma' wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus."
Sunday, September 15, 2013
Thursday, September 12, 2013
Wednesday, September 11, 2013
Tuesday, September 10, 2013
X'għandi tiegħi ?
Għandi ħafna u m'għandi xejn!
Għandi dar, ingawdiha iva,
Imma l-bqija għal ta' warajja!
Għandi karozza, nuzaha iva,
Imma diġa għamlitu zmienha!
Għandi flus
Biex nixtri l-bżonnijiet
U nħallas il-kontijiet.
Mil-bqija,u jekk jirnexxieli nfaddal xi ħaġa
Jibqgħu hemm għal li jista' jinqala'.
U jekk ma jinqala' xejn
Imur kollox għal ta' warajja!
Allura x'għandi tiegħi ?
S'issa,
Għandi n-nifs
Li bil-ħila tiegħu qed ngħix.
Għandi l-moħħ
Li bih nasal biex nifhem.
Għandi d-dawl t'għajnejja
Li bih nista' nara s-sbuħija ta' madwari.
Għandi l-qalb li s'issa għada tħabbat
U tiflaħ tferra l-imħabba f'idejn battala.
Għandi esperjenzi
Li nista' naqsam miegħek.
Għandi s-swaba f'idi
Li bihom qed nittajpja dan il-ħsieb.
U meta dawn ukoll jispiċċaw
Tibqa' biss il-kitba, għal ta' warajja!
Allura x'għandi tiegħi fiż-żgur?
Għandi ħini f'idi,
Għalhekk nipprova nużah sew.
Fuq kollox,
Ċerta li għandi ruħ
Għalhekk kemm jista' jkun
Nipprova li ngħix sew.
Għax dak li jiena nemmen fiH
Irrid inkompli ngawdiH
Lilu għandi fiż-żgur
Ma jinsini qatt
Ma jwarrabni qatt
Ma jitmermer qatt
U ma jispiċċa qatt!
Anzi, aktar ma nsir midħla tiegħu
Aktar nara jitkattar l-kobor tiegħu
Allura ngħożżu u nżommu kuljum viċin qalbi
Għax Hu biss ser jibqa' tiegħi għal dejjem.
Mill-bqija ser jibqa' kollox għal ta' warajja !
Silvana Cardona 28.05.2012
It-Tieġ mhux iż-Żwieġ - The Wedding is not Marriage
http://laikosorg.wordpress.com/2013/09/10/it-tieg-mhux-iz-zwieg/
It-Tieġ mhux iż-Żwieġ
Jisimni Ruth. Żewġi jismu Tony. Minn sentejn u nofs ilu ‘l hawn sirt nifraħ u nħossni kburija meta nuża din il-kelma – żewġi. Ilna ngħixu flimkien kważi ħames snin, imma huwa biss f’dawn l-aħħar sentejn u nofs, li bdejt insejjaħlu żewġi. Qabel kont ngħid li kien il-partner li ngħix miegħu. In-nies kienu jgħidu li aħna poġġuti. Tant tweġġani din il-kelma! Naf li hemm min kien jgħidhielna b’disprezz, imma mhux kulħadd, għax anke ommi stess, li m’għandi ebda’ dubju mill-imħabba kbira tagħha lejja, mhux darba jew tnejn kienet użatha magħna stess.
Tony u jiena minn dejjem ħabbejna lil xulxin, u minn dejjem ridna li nkunu ta’ xulxin għal dejjem. Kemm jiena u kemm Tony konna naħdmu. Ma kellniex xi paga kbira, imma lanqas kienet waħda ħażina. Xtrajna flimkien appartament ħelu ħafna, mhux fir-raħal tagħna u bdejna nħejjuh biex meta jkun lest niżżewġu. Għidt xrajna, insomma, iddejjinna mal-bank, imma llum kulħadd hekk. Tawna 30 sena biex inħallsuħ. Jekk kollox imur sewwa, inkunu kważi wasalna għall-pensjoni meta nagħmlu l-aħħar pagament.
Id-dar kienet għadha vojta imma ridna niżżewġu għax l-għoxrin konna ilna li għalaqnihom. Anke ħsibna biex nagħmlu l-kors ta’ Kana għax ridna niżżewġu fil-Knisja, imma ma stajniex. La jiena u lanqas hu ma konna qaddisin, imma l-quddies tal-Ħadd kważi dejjem morna, u mhux darba jew tnejn tlajlna nqerru fil-knisja ta’ San Franġisk il-Belt. Ma kellna ebda impediment ħlief wieħed – il-misħuta flus. Meta bdejna nduru biex niġbru l-kwotazzjonijiet għat-tieġ, mal-ewwel jum bdew il-problemi. Kif stajna nofqu dawn l-eluf kollha meta kellna dak id-dejn kollu fuq dar li kienet għadha kważi vojta?
Fl-aħħar qtajnieha li mmorru noqgħodu flimkien bil-ħsieb li xi darba niżżewġu. Imma aktar ma beda jgħaddi żmien, il-possibiltà ta’ żwieġ bdiet issir aktar remota. Il-Bambin biss jaf kemm kont nibki waħdi! Kemm drabi tlabt lill-Madonna ssibilna soluzzjoni! Imma xorta waħda ma ridtx nofoq dawn l-eluf għal ftit sigħat. U mhux veru, meta jgħidu li tista’ tagħmel xi ħaġa sempliċi bi ftit flus. Mhux veru! La sħabek u lanqas niesek ma jħallukx. Li tnejn ipoġġu llum saret aktar aċċettata mis-soċjetà milli tnejn jiżżewġu b’ċeremonja u festin sempliċi. Sirna ilsiera tas-soċjetà u d-drawwiet li daħħlu biex jiżdied il-kummerċ. Naf minn sħabi li nefaq paga ta’ sena sħiħa għat-tieġ. U dan la jiena u lanqas Tony ma konna lesti nagħmluh.
Jum wieħed, ftit wara li wasalna lura mix-xogħol ħabbat il-bieb. Kieku ndunajt qabel minn kien dak li ħabbat ma kontx niftaħ. Kien qassis li ġie jbierek, Stħajna ndaħħluh. Dar vojta minn kollox! Lanqas bieb tal-kamra tal-banju kien għad ma kellna. Kien qassis ftit anzjan, li ma kontx nafu, imma hu bħal intebaħ mill-ewwel li konna mbarazzati. Ra l-kikkri bit-tè fuq il-mejda, “Għadkom ġejjin mix-xogħol?” staqsiena. “Tieħu ftit tè magħna?”, weġibtu jiena.
Minn dak il-ħin ma bbastax jitlaq. Bħal donnu nesa’ kemm kien fadallu familji oħra warajna. “Mnejn intom? Intom mir-raħal? Ilkom xejn li ġejtu toqgħodu hawn? Ilkom miżzewwġin?” Fl-aħħar kelli ngħidlu. Ħarist f’għajnejn Tony, li kien fuq in-naħa l-oħra tal-mejda, u wara b’għajnejja baxxa għidtlu, “Għax ħa ngħidlek, Father, aħna m’aħniex miżżewġin. Riddna niżżewġu, imma ma nistgħux!” Dak li ntqal dakinhar għadu rekordjat f’moħħi kelma b’kelma.
“Għaliex binti, hemm x’impediment?” staqsa.
“Il-flus, Father! Il-misħuta flus!”
“Il-flus, mhumiex impediment għaż-żwieġ”, weġibni.
“Jekk ikollok minnhom, mhumiex”, għidtlu.
“Lanqas jekk ma jkollokx”, interrompa hu.
“Father, tidher li qatt ma żżewwiġt int”, irrispondejtu fil-pront.
Sa dak il-ħin, Tony kien għadu ma qalx kelma. Imma dak il-ħin qabeż u qalli, “Mhux hekk, Ruth! Mhux hekk”. Imbagħad dar fuq il-qassis u qallu, “Skużha, Father.”
“Ta xhiex, ibni? Għax qalet il-verità? U bi tbissima qalilna, veru li jiena qatt ma żżewwiġt, imma xi ftit esperjenza ta’ dan għandi.”
Dak il-ħin qam, bħal intebaħ li kien fadallu fejn imur. “Jimporta nerġa niġi s’għandkom ħalli nitkellmu ftit xi darba oħra biex ma nħalli lil ħadd jistenna?”
Wara dakinhar iltqajna diversi drabi. Sar jafna u sirna nafuh. Fissrilna kif it-tieġ mhux iż-żwieġ. Ta’ l-ewwel idum ftit sigħat, imma l-ieħor irid jibqa tul ħajja sħiħa. It-tieġ m’għandu qatt ikun impediment għaż-żwieġ. It-tieġ m’għandu qatt ikun mogħti importanza aktar miż-żwieġ. Illum is-soċjetà tgħidilna bil-maqlub, imma dak li qed jiġri fil-familji llum juri li s-soċjetà m’għandhiex raġun. Meta se nibdew nehduha kontra dan il-kurrent li qed ikaxkarna l-baħar?
Tliet xhur wara, dan l-istess qassis żewwiġġna f’kappella ċkejkna, f’ċerimonja privata. Magħna kien hemm il-ġenituri, ħutna, u erba’ ħbieb tal-qalba. Kienet ċerimonja sempliċi u b’festin żgħir li għamilna wara fid-dar stess tagħna. Il-fatt li d-dar kienet għadha kważi vojta, dakinhar xejn ma dejjaqna, għax min kien hemm ġie biex jifraħ magħna u mhux biex jissindikana u jgħid fuqna. Kollox ħejjejna aħna stess, l-aktar il-ġenituri tagħna. Imma l-ferh kbir li ħassejna dakinhar diffiċli niddeskrivih.
Illum ħassejt li għandi nikteb għax il-paċi kbira li saltnet f’qalbna u bejnietha minn dak iż-żmien trid tgħaddi minnha biex tifhimha. Fil-verità din l-ittra ilha żmien f’moħħi, imma llum ridt niktibha, għax fi ftit ġimgħat oħra, meta tasal it-tarbija li l-Mulej għoġbu jafda lili u lil żewġi, naf li se jkolli ħafna anqas ħin milli għandi llum.
Ridt naqsam din l-esperjenza tagħna mal-qarrejja tiegħek għax naf li hemm barra hemm ħafna oħrajn li bħalna jibqgħu ma jiżżewġux minħabba l-ispeżż tat-tieġ. Illum irrid ngħid lilhom dak li darba qalu lili; it-tieġ mhux iż-żwieġ. Ta’ l-ewwel jgħaddi fi ftit sigħat. L-ieħor irid jibqa’ għall-ħajja kollha. Tinvestux fluskom u l-imħabba tagħkom fid-duħħan!
Ridt ngħid ukoll kelma lis-saċerdoti. Hemm barra hemm ħafna li bħali ma jiżżewġux bil-Knisja għal raġunijiet banali. Oħorġu fittxuhom u sibuhom, kif darba dak il-qassis twajjeb fittex u sab lilna. Nassigurakom li wara Alla, u l-Verġni imbierka, l-hena li għandna f’qalbna llum nafuh lilu.
Skużani li ktibt fit-tul, imma napprezza jekk tista’ tippublika din l-ittra. Lili swietli sforz kbir, imma ġiet minn qalbi.
Ruth u żewġi Tony.
.