The Archangels
[Ġw:1:47] Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: "Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih." [Ġw:1:48] Natanjel staqsieh: "Kif sirt tafni?" U Ġesù wieġbu: "Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu." [Ġw:1:49] "Rabbi," qallu Natanjel,"int l-Iben ta' Alla, inti s-sultan ta' Iżrael!" [Ġw:1:50] Ġesù wieġbu: "Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? Għad tara ħwejjeġ akbar minn dawn!" [Ġw:1:51] U żied jgħidlu: "Tassew tassew ngħidilkom, għad taraw is-sema miftuħ u l-anġli ta' Alla telgħin u niżlin fuq Bin il-bniedem."