Il-Mulej kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom: “Meta xi ħadd ikollu fil-ġilda xi qxur jew xi bużżieqa, jew xi tebgħa bajda, qisha ġerħa tal-ġdiem, jeħduh għand Aron il-qassis, jew għand xi ħadd minn uliedu l-qassisin.
Il-marid bil-ġdiem għandu jilbes ħwejjeġ imqattgħa u jħalli rasu mikxufa, u jitgħatta sa geddumu, u jgħajjat: ‘Imniġġes! Imniġġes!’. Kemm idum marid ikun miżmum b’imniġġes li hu, u jgħix waħdu f’postu barra mill-kamp”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil AllaSALM RESPONSORJALI - Salm 31 (32), 1-2.5.11
R/. (7): Int kenn għalija, iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien tiegħek
Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura,
li għandu d-dnub tiegħu mistur!Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu l-Mulej,
u ma għandu ebda qerq f’qalbu! R/.
Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek,
u l-ħażen tiegħi ma ħbejtulekx.
Jien għedt: “Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti”.
U int ħfirtli l-ħażen tad-dnub tiegħi. R/.
Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej;
għajtu bil-ferħ, intom ilkoll ta’ qalbkom safja. R/.
QARI II - Ixbhu lili, bħalma jien nixbah lil Kristu.
1 Kor 10, 31-11,1Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Apostlu lill-Korintin
Ħuti, sew jekk tieklu, sew jekk tixorbu, tagħmlu x’tagħmlu, agħmlu kollox għall-glorja ta’ Alla. Tkunux ta’ tfixkil, la għal-Lhud, la għall-Griegi, u lanqas għall-Knisja ta’ Alla. Hekk jiena nogħġob lil kulħadd f’kollox, bla ma nfittex l-interessi tiegħi, imma tal-ħafna biex isalvaw. Ixbhu lili, bħalma jien nixbah lil Kristu.
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Profeta kbir qam fostna,
u Alla żar il-poplu tiegħu.
R/. Hallelujah
EVANĠELJU
Il-ġdiem marlu u ġismu ndaf.
Mk 1, 40-45
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”. Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!”.
U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda”.
Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma’ kullimkien u jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f’ebda belt ma sata’ iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa’ barra fil-kampanja u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek KristuHOLY MASS READINGS - http://www.usccb.org/bible/readings/060516.cfm
Life Restored (6/5/16) - In YEAR C - 10th Sunday in Ordinary Time
Group 3 – fejqan spiritwali - Spiritual healing
Group 5 – ‘L AKBAR MIRAKLU: Ġesù jqajjem Lilu nnifsu mill-imwiet - THE GREATEST MIRACLE: Jesus rose from the dead.
Mk 10:32-45 -- Jesus Predicts His Death a Third Time - It-tielet taħbira tal-mewt u tal-qawmien
.