19 TA’ MARZU
SAN ĠUŻEPP, GĦARUS TAL-VERĠNI MQADDSA MARIJA - SOLENNITÀ
meħudin mill-ktieb 'IT-TALBA TAN-NISRANI'
IS-SEJĦA GĦAT-TIFĦIR ‘L ALLA
(jew IS-SEJĦA GĦAT-TIFĦIR ‘L ALLA tista' tinqarha http://medjugorjemalta.blogspot.com/2013/03/is-seja-ta-sbie-il-jum-fi-zmien-ir.html )
(fi żmien ir-Randan ma tingħadx Alleluja)(jew IS-SEJĦA GĦAT-TIFĦIR ‘L ALLA tista' tinqarha http://medjugorjemalta.blogspot.com/2013/03/is-seja-ta-sbie-il-jum-fi-zmien-ir.html )
(waqt li nroddu s-Salib ngħidu)
V. Mulej iftaħli xufftejja
R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħekV. Mulej iftaħli xufftejja
Glorja lill-Missier, u lil Iben u lil Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.
Ant: Infaħħru lil Kristu Sidna fis-solennità ta’ San Ġużepp
Salm 94 (95)
Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena l-Mulej,
ħa
ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr,
ngħannulu b’għajjat ta’ ferħ. Ant:
Għax Alla kbir hu l-Mulej,
sultan kbir
fuq l-allat kollha.
F'idejh huma qigħan l-art,
tiegħu huma l-qċaċet
ta’ l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
tiegħu l-art,
għax b'idejh saret. Ant:
Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
għarkubbtejna
quddiem il-Mulej li ħalaqna!
Għaliex hu Alla tagħna,
u aħna
l-poplu tal-mergħa tiegħu
u n-nagħaġ
tiegħu. Ant:
Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu !
"La
twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bħal dakinhar f'Massah, fid-deżert,
meta ġarrbuni
u ttantawni missirijietkom,
għalkemm raw
dak li jien għamilt. Ant:
Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
u jien għedt:
Qalbu mħassra dan il-poplu,
u triqati ma
jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
Ma jidħlux
fil-mistrieħ tiegħi?" Ant:
Glorja lill-Missier, u lil Iben, u lil Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ ghal dejjem ta’ dejjem. Ammen. Ant:
TIFĦIR TA’ SBIĦ IL-JUM
INNU
Int ġieħ ta’ l-anġli u l-qaddisin, Ġużeppi,
għajnuna tal-bnedmin u tama tagħna !
Ilqagħha l-għanja ta’ tifħir u qima
li llum
noffrulek.
Is-Sid tal-ħlejjaq għażlek, nisel David,
b’għarus tal-Verġni ; riedek tkun imsejjaħ
missier il-Verb; u tak li tkun ministru
tas-salvazzjoni
B’ferħ kbir rajt il-Feddej, mimdud f’maxtura,
li kien imħabbar mill-profeti kollha,
u l-ewwel wieħed kont li, flimkien m’ommu,
Inxtħett biex
tqimu.
Sultan is-slaten, Alla, Sid id-dinja,
li jaħkem il-ħolqien u ħarstu triegħed
bil-biża’, lis-setgħat, ried joqgħod taħtek
u jisma’
minnek.
Tifħir jintradd lit-Trinità Qaddisa,
li sawbet fuqek ġieħ u glorja kbira;
Għall-merti tiegħek, jogħġbu Alla jtina
il-ferħ ta’ dejjem. Ammen.
SALMODIJA
Ant.
1 Ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u ‘l
Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura.
Salmi u kantiku tal-Ħadd tal-1 ġimgħa
Salm 62 (63), 2-9
Alla, Alla
tiegħi int; *
lilek ħerqan infittex.
Ruħi
bilgħatx għalik, †
għalik imxennaq jiena, *
bħal art niexfa, maħruqa,
bla ilma.
Għalhekk
ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, *
biex nitgħaxxaq bis-setgħa
u l-glorja tiegħek.
Għax
it-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja, *
xufftejja jxandru t-tifħir
tiegħek. –
Għalhekk
inbierkek tul ħajti kollha; *
ngħolli jdejja u nsejjaħ
ismek.
Bħal b’ikel
mill-aħjar li jsemmen nimtela, *
u jgħannilek fommi
b’xufftejn ferrieħa,
meta, mimdud
fuq friexi, fik niftakar, *
u naħseb fuqek fis-sahriet
tal-lejl.
Għax int
kont għajnuna għalija, *
għad-dell
ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ.
Miegħek
tingħaqad ruħi, *
int tweżinni
bil-leminija tiegħek.
Glorja.....
Ant. 1 Ir-rgħajja marru jgħaġġlu, u sabu lil Marija u ‘l Ġużeppi, bit-tarbija mimduda f’maxtura.
Ant. 2 Ġużeppi u Marija, omm Ġesu,
baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu; u Xmun berikom.
Kantiku (Dan 3,57-88.56)
Bierku,
għemejjel kollha tal-Mulej, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal
dejjem.
Bierku,
anġli tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku, smewwiet,
il-Mulej.
Bierku,
ilmijiet kollha ta’ fuq is-sema, il-Mulej; *
bierku, setgħat kollha,
il-Mulej.
Bierku, xemx
u qamar, il-Mulej; *
bierku, kwiekeb tas-sema,
il-Mulej.
Bierku, xita
u nida kollha, il-Mulej; *
bierku, irjieħ kollha,
il-Mulej.
Bierku, nar
u sħana, il-Mulej; *
bierku, bard u ksieħ,
il-Mulej.
Bierku, nida
u borra, il-Mulej; *
bierku, silġ u bard,
il-Mulej.
Bierku,
ġlata u silġ, il-Mulej; *
bierku,
iljieli u ġranet, il-Mulej.
Bierku, dawl
u dlam, il-Mulej; *
bierku, beraq u sħab,
il-Mulej.
Ħa tbierek
l-art il-Mulej, *
ħa tfaħħru u tgħollih għal
dejjem.
Bierku,
muntanji u għoljiet, il-Mulej; *
bierku, kull ma jinbet
fl-art, il-Mulej.
Bierku,
għejun, il-Mulej; *
bierku, ibħra u xmajjar,
il-Mulej.
Bierku, ħut
kbir u kull ma jżiġġ fl-ilma, il-Mulej; *
bierku, tjur kollha ta’
l-ajru, il-Mulej.
Bierku,
bhejjem u mrieħel kollha, il-Mulej; *
bierku, ulied il-bnedmin,
il-Mulej.
Bierek,
Iżrael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal
dejjem.
Bierku,
qassisin tal-Mulej, il-Mulej; *
bierku qaddejja tal-Mulej,
il-Mulej.
Bierku,
spirti u rwieħ tal-ġusti, il-Mulej; *
bierku, qaddisin u intom
ta’ qalb umli, il-Mulej.
Bierku,
Ħananija, Għażarija u Misael, il-Mulej, *
faħħruh u għolluh għal
dejjem.
Inbierku
l-Missier u l-Iben u l-Ispirtu s-Santu; *
infaħħruh u ngħolluh għal
dejjem.
Imbierek
int, Mulej, fil-wisa’ kollu tas-sema, *
ta’ min jgħollik u
jsebbħek fuq kollox għal dejjem.
(Fl-aħħar ta’ dan il-kantiku l-Glorja ma tingħadx)
Ant. 2 Ġużeppi u Marija, omm Ġesu, baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu; u Xmun berikom.
Ant. 3 Ġużeppi
qam, ħa miegħu lit-tifel, u ‘l ommu, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’
hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi.
Salm 149
Għannu
lill-Mulej għanja ġdida: *
fil-ġemgħa ta’ ħbiebu
t-tifħir tiegħu!
Ħa jifraħ
Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, *
u jithennew ulied Sijon
bis-sultan tagħhom!
Ħa jfaħħru
biż-żfin l-isem tiegħu, *
bid-daqq tat-tanbur u
taċ-ċetra!
Għax
il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, *
u jsebbaħ lill-fqajrin
bir-rebħa.
Bil-glorja
jithennew ħbiebu, *
u jaqbżu bil-ferħ fuq
friexhom!
It-tifħir
ta’ Alla jkun fuq fommhom, *
u sjuf b’żewġt ixfar
f’idejhom,
biex jistgħu
jitħallsu mill-ġnus, *
u jagħtu l-kastig
lill-popli,
jorbtu
bil-ktajjen is-slaten tagħhom, *
bi rbit tal-ħadid
il-kbarat tagħhom,
jagħmlu
minnhom il-ħaqq miktub għalihom: *
dan hu ġieħ għall-ħbieb
tiegħu kollha.
Glorja.........
Ant. 3 Ġużeppi
qam, ħa miegħu lit-tifel, u ‘l ommu, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’
hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi.
LEZZJONI
QASIRA 2 Sam 7,28-29
Sidi Mulej, int Alla, il-kelma tiegħek hi s-sewwa, u
int wegħidt dan il-ġid kollu lill-qaddej tiegħek. Qum u bierek il-familja
tal-qaddej tiegħek, ħalli tibqa’ quddiemek għal dejjem ! Għax int, Sidi Mulej,
tkellimt, u l-familja tal-qaddej tiegħek tkun imbierka għal dejjem bil-barka
tiegħek.
RESPONSORJU QASIR
R. Il-Mulej Alla * Għamlu sid fuq id-dar tiegħu. Il-Mulej Alla……..
V. Ħallielu f’idejh ġidu kollu. * Għamlu sid fuq id-dar tiegħu.
Glorja lill-Missier u lil Iben u lil Ispirtu s-Santu.
Il-Mulej Alla għamlu sid fuq id-dar tiegħu.
Fi
żmien il-Għid
R. Il-Mulej Alla għamlu sid fuq id-dar tiegħu * Hallelujah, hallelujah.
Il-Mulej Alla…….
V. Ħallielu f’idejh ġidu kollu. * Hallelujah, hallelujah.
Glorja lill-Missier u lil Iben u lil Ispirtu s-Santu.
Il-Mulej Alla għamlu sid fuq id-dar tiegħu
Ant.
Tal-kantiku ta’ Żakkarija: Ġużeppi mar joqgħod f’belt
jisimha Nazaret, biex hekk iseħħ dak li l-profeti ħabbru fuq Kristu: Ikun
jissejjaħ Nażri.
Imbierek
il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, *
għaliex ġie jżur u jifdi
l-poplu tiegħu,
u waqqaf
għalina qawwa ta’ salvazzjoni *
f’dar David, qaddej
tiegħu,
bħalma kien
wiegħed fl-imgħoddi *
b’fomm il-profeti qaddisin
tiegħu,
biex
isalvana mill-għedewwa tagħna *
u minn idejn dawk kollha
li jobogħduna.
B’hekk juri
ħniena ma’ missirijietna, *
u jiftakar fil-patt qaddis
tiegħu,
fil-ħalfa li
ħalef lil Abraham missierna, *
li jagħtina
li, meħlusin
minn idejn l-għedewwa tagħna, *
naqduh bla biża’
tul ħajjitna
kollha, *
bil-ġustizzja u l-qdusija
quddiemu.
U inti,
tfajjel, tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli; *
għax tmur qabel il-Mulej
biex tħejjilu triqatu,
biex
tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, *
bil-maħfra ta’ dnubiethom,
ħierġa
mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, *
li jibagħtilna mill-għoli
ż-żjara tax-Xemx tielgħa,
ħa jdawwal
lil dawk li jinsabu
fid-dlamijiet u d-dell
tal-mewt, *
ħa jmexxi
l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.
Glorja
lill-Missier, u lil Iben, *
u
lil Ispirtu s-Santu,
Kif kien
mill-bidu, issa u dejjem, *
u jibqa’
għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Ant.
Tal-kantiku ta’ Żakkarija: Ġużeppi mar joqgħod f’belt
jisimha Nazaret, biex hekk iseħħ dak li l-profeti ħabbru fuq Kristu: Ikun
jissejjaħ Nażri
PREĊI
Il-Mulej waħdu jiġġustifika lill-bnedmin. Nitolbuh
bl-umiltà:
Mulej,
żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.
Int, Alla Sidna, sejjaħt lil missirijietna biex jgħixu
b’qalb perfetta quddiemek:
- agħmel li nimxu fuq il-passi tagħhom biex inkunu
perfetti kif tridna int.
Mulej,
żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.
Int għażilt lil Ġużeppi, raġel gust, biex irabbi lil
Ibnek li sar bniedem:
- agħmel li naqdu lill-ġisem ta’ Kristu f’ħutna,
il-membri tiegħu.
Mulej,
żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.
Int fdajt id-dinja f’idejn il-bnedmin, biex jimlewha u
jsaltnu fuqha:
- għallimna nkunu ħabrieka u bieżla fuq din l-art, u nfittxu
bla heda l-glorja tiegħek.
Mulej, żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.
Missier tagħna lkoll, ftakar fl-opra kbira ta’ idejk:
- agħmel li lkoll kemm aħna ngħixu ħajja xierqa ta’
bnedmin u naħdmu fis-sliem u b’qalb mistrieħa.
Mulej, żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.
Missierna…..
Mulej, żommna fil-ħajja ġusta tiegħek.
Missierna…..
Talba
O Alla li tista’ kollox, inti fdajt il-misteru tas-salvazzjoni, sakemm kien għadu fil-bidu tiegħu, taħt il-ħarsien fidil ta’ San Ġużepp; agħmel li, bit-talb tiegħu, il-Knisja tiegħek taqdi dejjem dan il-misteru, sa ma jseħħ għal kollox.
B’Ibnek Ġesu Kristu Sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
(waqt li nroddu s-Salib ngħidu) --- IL-MULEJ IBERIKNA, IĦARISNA MINN KULL DENI U JWASSALNA GĦALL-ĦAJJA TA' DEJJEM, AMMEN.
-----------------------------------------------------------
L-ewwel Qari : 2 Samwel 7:4-5, 12-14, 16
Salm Responsorjali : -- In-nisel tiegħu jibqa' għal dejjem
Salm 88: 2-5, 27, 29
It-tieni Qari : mill-Ittra ta' San Pawl Appostlu lir-Rumani 4:13, 16-18, 22
L-Evanġelju : San Mattew 1:16, 18-21, 24a
jew : San Luqa 2:41-51
March 19 -- Mt 1:16, 18-21, 24a -- St Joseph's Feast - Festa ta' San Guzepp -- 19 ta' Marzu
March 19 -- Lk 2:41-51-- Feast of St Joseph - Festa ta' San Ġużepp -- 19 ta' Marzu
.