meħudin mill-ktieb 'IT-TALBA TAN-NISRANI'
IS-SEJĦA GĦAT-TIFĦIR LIL ALLA
V. Mulej iftaħli xufftejja
R. U fommi jxandar it-tifħir tiegħekGlorja lill-Missier, u lil Iben u lil Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.
Ant: (tal-jum)
Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena l-Mulej,
ħa
ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr,
ngħannulu b’għajjat ta’ ferħ. Ant:
Għax Alla kbir hu l-Mulej,
sultan kbir
fuq l-allat kollha.
F'idejh huma qigħan l-art,
tiegħu huma l-qċaċet
ta’ l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
tiegħu l-art,
għax b'idejh saret. Ant:
Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
għarkubbtejna
quddiem il-Mulej li ħalaqna!
Għaliex hu Alla tagħna,
u aħna
l-poplu tal-mergħa tiegħu
u n-nagħaġ
tiegħu. Ant:
Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu !
"La
twebbsux qalbkom bħal f'Meribah,
bħal dakinhar f'Massah, fid-deżert,
meta ġarrbuni
u ttantawni missirijietkom,
għalkemm raw
dak li jien għamilt. Ant:
Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
u jien għedt:
Qalbu mħassra dan il-poplu,
u triqati ma
jagħrfux.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
Ma jidħlux
fil-mistrieħ tiegħi" Ant:
Glorja lill-Missier, u lil Iben, u lil Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ ghal dejjem ta’ dejjem. Ammen. Ant: