MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Sunday, February 03, 2013
FEBRUARY 10 - SOLEMNITY - The Shipwreck of Saint Paul, Patron of Malta --- ACTS 27:16 - 28:10
Imbierka l-id moħbija li wasslitek biex tara l-għarqa u tieqaf f'dan ix-xatt - Festa San Pawl 2021
===============
• 1 L Għerf 14, 3-7
Tajtu triq fil-baħar, u mogħdija żgura fost il-ħalel.
• SR 106, 21-31
Ħa jroddu ħajr lill-Mulej għal tjubitu.
• 2 L Atti 27, 16-28, 10
Il-Maltin ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha.
- JEW - • 2 Kor 11, 18.24-31 Tliet darbiet rajt l-għarqa.
• E Mk 16, 15-20
Marru jipprietkaw kullimkien.
===========
10 ta’ Frar
In-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl
Solennità
QARI I
Tajtu triq fil-baħar u mogħdija żgura fost il-ħalel.
Għerf 14, 3-7
Qari mill-Ktieb tal-Għerf.
Missier, il-providenza tiegħek tmexxih;
għax int ftaħt triq fil-baħar ukoll,
u mogħdija bla periklu qalb l-imwieġ.
Hekk turi li int tista’ teħles minn kull tiġrif,
biex ukoll min ma jifhimx jista’ jbaħħar.
Inti ma tridx li għemil l-Għerf ikun għal xejn;
għalhekk il-bnedmin jafdaw ħajjithom
fuq għuda dgħajfa, u jaqsmu, qawwijin u sħaħ,
mwieġ kbar fuq ċattra.
Hekk ukoll, meta kienu qegħdin jinqerdu
l-ġganti l-kbar,
fuq dgħajsa skansat it-tama tad-dinja
u, mmexxija minn idek, ħalliet lid-dinja żerriegħa
ta’ nisel ġdid.
Imbierka l-għuda li biha jsir il-ġid!
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.
SALM RESPONSORJALI
Salm 106, 21-31
R/. Ħa jroddu ħajr lill-Mulej għall-tjubitu.
Ħa jroddu ħajr lill-Mulej għal tjubitu,
għall-għeġubijiet tiegħu mal-bnedmin.
U joffrulu sagrifiċċji ta’ radd il-ħajr,
u jxandru l-għemejjel tiegħu b’għana ferrieħi. R/.
Dawk li jbaħħru fuq l-iġfna,
li jinnegozjaw fuq l-ibħra bla tarf,
raw l-opri tal-Mulej
u l-għeġubijiet tiegħu f’qiegħ il-baħar. R/.
Hu ordna u qajjem riefnu,
li qanqal imwieġ il-baħar.
Għolew sas-smewwiet
u niżlu sa qiegħ il-baħar;
qalbhom bdiet tferfer bil-biża’. R/.
Bdew jitbandlu u jixxenglu bħal nies fis-sakra,
u s-sengħa tagħhom xejn ma switilhom.
Għajjtu lill-Mulej fl-hemm tagħhom,
u mid-dwejjaq tagħhom ħelishom.
U bidel ir-riefnu f’żiffa, u sikket mewġ il-baħar. R/.
Huma ferħu għax ibbnazza;
u hu wassalhom sal-port li xtaqu.
Ħa jroddu ħajr lill-Mulej għal tjubitu,
għall-għeġubijiet tiegħu mal-bnedmin. R/.
------------------------------------------------------------------
Qari II
Il-Maltin ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħala.
Atti 27:16 – 28:10
Qari mill-Atti tal-Appostli.
F’dak iż-żmien,
b’ġirja waħda għaddejna
taħt ir-riħ ta’ daqsxejn ta’ gżira jisimha Kawda.
Bilkemm stajna nżommu d-dgħajsa warajna,
u għalhekk tellgħuha mill-baħar.
Imbagħad qabdu l-armar
u rabtu l-ġifen dawramejt biċ-ċimi,
niżżlu l-qlugħ għax beżgħu li ninkaljaw fuq is-Sirti,
u hekk ħallejna l-mewġ iġorrna miegħu.
L-għada t-tempesta ħabbtitna ħafna,
bdew iwaddbu t-tagħbija l-baħar,
u fit-tielet jum
irmew it-tagħmir tal-ġifen b’idejhom stess.
Għal ħafna jiem
la dehret xemx u lanqas kwiekeb;
it-tempesta li qabditna ma kinitx ħafifa,
hekk li fl-aħħar tlifna kull tama li nsalvaw.
In-nies kienu ilhom ħafna
ma jieħdu xi ħaġa biex jitrejjqu;
Pawlu waqaf f’nofshom u qalilhom:
“Ħbieb, kien imisskom smajtu minni
u ma tlaqtux minn Kreta;
kontu teħilsu minn din il-ħsara u dan it-telf.
Imma issa nwissikom biex tagħmlu l-qalb,
għax ħadd minnkom m’hu se jitlef ħajtu;
il-ġifen biss jintilef.
Għax dal-lejl deherli anġlu
ta’ dak Alla li tiegħu jien u li lilu nqim,
u qalli, “Tibżax, Pawlu.
Jeħtieġ li inti tidher quddiem Ċesari;
ara, Alla tak il-grazzja
li dawk kollha
li qegħdin jivvjaġġjaw miegħek isalvaw.”
Mela qawwu qalbkom, ħbieb.
Jien nemmen f’Alla li hekk isir,
sewwasew kif ħabbarli.
Jinħtieġ iżda li naħbtu ma’ gżira”.
Meta wasal l-erbatax-il lejl,
konna ninsabu mitfugħin ’l hawn u ’l hemm
fil-baħar ta’ Adrija.
Għall-ħabta ta’ nofs il-lejl
il-baħrin ħassew li konna resqin qrib xi art.
Skandaljaw il-fond tal-baħar,
u sabu għoxrin qama;
imxejna ftit ieħor ‘il quddiem,
reġgħu skandaljaw, u sabu ħmistax.
Huma beżgħu li xi mkien
konna se naħbtu ma’ xi skoll,
u għalhekk niżżlu erba’ ankri mill-poppa.
Ix-xewqa tagħhom kienet
li ma jdumx ma jisbaħ.
Il-baħrin bdew ifittxu li jaħarbu mill-ġifen,
u niżżlu dgħajsa l-baħar
bħallikieku biex idendlu xi ankri mill-pruwa.
Iżda Pawlu qal liċ-ċenturjun u lis-suldati:
“Jekk dawn ma jibqgħux fuq il-ġifen,
intom ma tistgħux issalvaw”.
Imbagħad is-suldati qaċċtu l-ħbula tad-dgħajsa
u ħallewha tmur għal riħha.
Meta sar il-ħin biex jisbaħ,
Pawlu qabad jagħmel il-qalb lil kulħadd
biex jitrejjqu b’xi ħaġa, u qalilhom:
ssa ġa ilkom erbatax-il ġurnata
tistennew sajmin u ma dduqu xejn.
Għalhekk agħmlu l-qalb
u trejqu b’xi ħaġa tal-ikel;
dan jiswielkom għal saħħitkom,
għax ħadd minnkom
m’hu se jitlef xagħra waħda minn rasu”.
Kif qal dan,
qabad il-ħobż,
radd il-ħajr lil Alla quddiem kulħadd,
qasam u beda jiekol.
Imbagħad kulħadd għamel il-qalb,
u ħadu xi ħaġa tal-ikel huma wkoll.
Konna b’kollox
mitejn u sitta u sebgħin ruħ fuq il-ġifen.
Wara li xebgħu,
bdew iħeffu l-ġifen u jwaddbu l-qamħ il-baħar.
Xħin imbagħad sebaħ,
l-art ma għarfuhiex;
lemħu biss bajja bi xtajta fiha,
u qatgħuha li, jekk jistgħu,
jitfgħu l-ġifen fuqha.
Irħew l-ankri u telquhom il-baħar,
u ħallew ukoll l-irbit tat-tmun.
Imbagħad tellgħu l-qala’ ż-żgħir ta’ quddiem għar-riħ
u rħewlha lejn ix-xtajta.
Iżda ħbatna ma’ sikka bejn żewġ kurrenti,
u l-baħrin waħħlu l-ġifen fuqha.
Il-pruwa baqgħet imwaħħla sewwa fil-post
u ma tħarrkitx iżjed,
imma l-poppa bdiet titfarrak bil-qilla tal-mewġ.
Is-suldati riedu kieku joqtlu l-priġunieri,
li ma jmurx jaħrab xi ħadd minnhom bil-għawm;
iżda ċ-ċenturjun, li ried isalva ’l Pawlu,
ma ħalliex il-ħsieb tagħhom iseħħ.
Lil dawk li kienu jafu jgħumu
ordnalhom jintefgħu huma l-ewwel il-baħar
u jmorru l-art;
lill-oħrajn ordnalhom jilħqu x-xatt,
min fuq twavel
u min fuq bċejjeċ imkissra tal-ġifen.
U hekk kulħadd qabad l-art qawwi u sħiħ.
Meta ħlisna mill-għarqa,
sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta.
In-nies tagħha ġiebu ruħhom magħna
bi ħlewwa li ma bħalha.
Laqgħuna tajjeb lilna lkoll
u qabbdulna ħuġġieġa,
għax kienet bdiet nieżla x-xita
u kien il-bard.
Mela Pawlu qabad qabda zkuk niexfa
u tefagħhom fin-nar.
Fiz-zkuk kien hemm lifgħa li,
malli ħasset is-sħana,
ħarġet u qabdet ma’ id Pawlu.
In-nies tal-gżira,
kif raw il-lifgħa mdendla ma’ idu,
bdew jgħidu wieħed lil ieħor:
“Dan ir-raġel żgur xi qattiel,
għax għad li ħelisha mill-baħar,
il-Ġustizzja ma ħallitux jgħix!”
Imma hu farfar il-lifgħa ġon-nar u ma ġralu xejn.
Huma stennew li se jarawh jintefaħ
jew jaqa’ u jmut f’daqqa.
Wara li damu jistennew ħafna
u raw li ma ġralu ebda deni,
biddlu l-ħsieb
u bdew jgħidu li kien xi alla.
F’dawk l-inħawi
kien hemm l-oqsma tal-prinċep tal-gżira,
li kien jismu Publju.
Dan laqagħna
u bil-qalb kollha żammna għandu tlitt ijiem.
Missier Publju inzerta mixħut,
marid bid-deni u d-disenterija.
Pawlu daħal ħdejh,
għamel talba,
qiegħed idejh fuqu u fejjqu.
Wara dan, imbagħad,
bdew ukoll jersqu għandu l-morda l-oħra tal-gżira,
u hu fejjaqhom.
Urewna ġieħ kbir,
u meta ġejna biex nitilqu,
għabbew fuq il-ġifen
kulma konna neħtieġu.
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.
------------------------------------------------------------------
jew:
QARI II
Il-Maltin ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħala.
Atti 28:1-10
Qari mill-Atti tal-Appostli.
Meta ħlisna mill-għarqa,
sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta.
In-nies tagħha ġiebu ruħhom magħna
bi ħlewwa li ma bħalha.
Laqgħuna tajjeb lilna lkoll u qabbdulna ħuġġieġa,
għax kienet bdiet nieżla x-xita u kien il-bard.
Mela Pawlu qabad qabda zkuk niexfa
u tefagħhom fin-nar.
Fiz-zkuk kien hemm lifgħa li, malli ħasset is-sħana,
ħarġet u qabdet ma’ id Pawlu.
In-nies tal-gżira, kif raw il-lifgħa mdendla ma’ idu,
bdew jgħidu wieħed lil ieħor:
“Dan ir-raġel żgur xi qattiel,
għax għad li ħelisha mill-baħar,
il-Ġustizzja ma ħallitux jgħix!”.
Imma hu farfar il-lifgħa ġon-nar u ma ġralu xejn.
Huma stennew li se jarawh jintefaħ
jew jaqa’ u jmut f’daqqa.
Wara li damu jistennew ħafna
u raw li ma ġralu ebda deni,
biddlu l-ħsieb u bdew jgħidu li kien xi alla.
F’dawk l-inħawi
kien hemm l-oqsma tal-prinċep tal-gżira,
li kien jismu Publju.
Dan laqagħna
u bil-qalb kollha żammna għandu tlitt ijiem.
Missier Publju inzerta mixħut,
marid bid-deni u d-disenterija.
Pawlu daħal ħdejh,
għamel talba,
qiegħed idejh fuqu u fejjqu.
Wara dan, imbagħad,
bdew ukoll jersqu għandu l-morda l-oħra tal-gżira,
u hu fejjaqhom.
Urewna ġieħ kbir,
u meta ġejna biex nitilqu,
għabbew fuq il-ġifen
kulma konna neħtieġu.
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.
------------------------------------------------------------------
jew:
QARI II
Tliet darbiet rajt l-għarqa.
2 Kor 11, 18.24-31
Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korinitin.
Ħuti:
Jekk ħafna jiftaħru
ta’ bnedmin li huma,
ħa niftaħar jien ukoll.
Ħames darbiet qlajt mingħand il-Lhud
l-erbgħin daqqa neqsin waħda;
tliet darbiet tawni s-swat bil-virgi;
darb’oħra ħaġġruni.
Tliet darbiet rajt l-għarqa;
għaddejt lejl u jum f’nofs ta’ baħar.
Għamilt safar bla għadd;
sibt ruħi f’perikli ta’ xmajjar,
perikli mill-ħallelin,
perikli min-nies ta’ ġensi,
perikli mill-pagani,
perikli fl-ibliet,
perikli fid-deżert,
perikli fil-baħar,
perikli mill-aħwa qarrieqa.
Taħbit u xogħol iebes;
kemm-il darba
kelli ngħaddi sahriet bla rqad,
bil-ġuħ u bil-għatx;
kemm-il darba kelli ngħaddi fis-sawm,
fil-ksieħ u fl-għera!
U, biex ma nsemmix ħwejjeġ oħra,
dak il-ħafna ġej u sejjer tan-nies
ta’ kuljum għandi,
u l-ħsieb tal-knejjes kollha!
Min hu marid u m’iniex marid miegħu jien?
Min hu dak li jsib min ifixklu,
u jien ma nħossnix imbaqbaq?
Jekk għandi niftaħar,
niftaħar b’dak li hu dgħajjef fija.
Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu
– li hu mbierek għal dejjem –
jaf li m’iniex nigdeb.
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.
AKKLAMAZZJONI QABEL L-EVANĠELJU
Salm 117
R/. Hallelujah.
Faħħru lill-Mulej, ġnus kollha,
sebbħuh, popli kollha;
għaliex qawwija hi l-grazzja tiegħu għalina:
il-fedeltà tal-Mulej tibqa’ għal dejjem.
R/. Hallelujah.
EVANĠELJU
Marru jippridkaw kullimkien.
Mk 16, 15-20
Qari mill-Evanġelju skont San Mark.
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Ħdax :
“Morru fid-dinja kollha,
xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu.
Min jemmen u jitgħammed, isalva;
iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.
U dawn huma s-sinjali
li jsieħbu lil dawk li jemmnu:
f’ismi jkeċċu x-xjaten,
jitkellmu b’ilsna ġodda,
jaqbdu s-sriep b’idejhom,
u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt
ma jagħmlilhomx ħsara;
iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”
U hekk il-Mulej Ġesù,
wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema
u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla.
Huma mbagħad marru jippridkaw kullimkien;
il-Mulej kien jaħdem magħhom
u jwettaq il-kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.
GOSPEL ---- Mark 16:15-20
Nirringrazzjaw lill-Mulej li ġie jżurna permezz tal-Appostlu Missierna
https://laikosblog.org/2018/02/10/l-arcisqof-iccelebra-quddiesa-fil%E2%80%91knisja-ta-san-pawl-milqi-burmarrad/SAN PAWL F'MALTA- Dokumentarju u Innu
The providential shipwreck in Malta of St Paul and St Luke - San Pawl u San Luqa f'Malta --- ACTS 27:1 - 28:1-11
___________________________________________________
___________________________________________________
___________________________________________________
... mill-Belt ... għall-Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar...
JANUARY 22 - SAINT PUBLIUS, FIRST BISHOP OF MALTA
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2015/01/january-21-saint-publius-prince-and.html
.
Saturday, February 02, 2013
Meditation on the great love of Christ the King of the Universe - Meditazzjoni fuq il-kobor tal-imħabba ta' KRISTU SULTAN TAL-ĦOLQIEN KOLLU - & - Litanija tal-Passjoni (Litany of the Passion)
Christus Vincit, Christus Regnat, Christus Imperat (Christ will win, Christ will reign, Christ will rule)
Għallmu u għammdu fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Mt 28, 16-20
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
============
Ħudu l-Ispirtu s-Santu
Ġw 20, 19-23
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
Jekk il-ħabba tal-qamħ, li taqa' fl-art, tmut hi tagħmel ħafna frott
Ġw 12, 20-33
R/. Tifħir lilek Kristu
Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu.
Mt 16, 21-27
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
============
- IN YEAR B, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 25 IN ORDINARY TIME
Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin.
Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu jkun qaddej ta’ kulħadd.
Mk 9, 30-37
[Mk:9:33] Waslu Kafarnahum; u meta kienu d-dar staqsiehom: "X'kontu qegħdin titħaddtu bejnietkom fit-triq?" [Mk:9:34] Iżda huma baqgħu siekta, għax fit-triq kienu qagħdu jitħaddtu bejniethom fuq min kien l-akbar. [Mk:9:35] Imbagħad qagħad bilqiegħda, sejjaħ it-Tnax, u qalilhom: "Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta' kulħadd."
[Mk:9:36] U ressaq lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f'nofshom, ħaddnu bejn dirgħajh u qalilhom: [Mk:9:37] "Kull min jilqa' wieħed minn dawn iċ-ċkejknin minħabba f'ismi, ikun jilqa' lili; u min jilqa' lili, ikun jilqa' mhux lili, imma lil dak li bagħatni."
R/. Tifħir lilek Kristu
Aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f'idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba
Mk 10, 32-45
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
Watch and pray, watch and pray.
1. Stay here and keep watch with me. Watch and pray, watch and pray!
2. Watch and pray not to give way to temptation.
3. The spirit is eager, but the flesh is weak.
4. My heart is nearly broken with sorrow. Remain here with me, stay awake and pray.
5. Father, if it is possible, let this cup pass me by.
6. Father, if this cannot pass me by without my drinking it, Your will be done.
- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Isaiah 53:11; Matthew 26:37-44; Mark 14:34-42; Luke 22:42-44
he will see the light of life and be satisfied;
by his knowledge my righteous servant will justify many,
and he will bear their iniquities.
37 He took Peter and the two sons of Zebedee along with him, and he began to be sorrowful and troubled. 38 Then he said to them, "My soul is overwhelmed with sorrow to the point of death. Stay here and keep watch with me."
39 Going a little farther, he fell with his face to the ground and prayed, "My Father, if it is possible, may this cup be taken from me. Yet not as I will, but as you will."
40 Then he returned to his disciples and found them sleeping. "Couldn't you men keep watch with me for one hour?" he asked Peter. 41 "Watch and pray so that you will not fall into temptation. The spirit is willing, but the flesh is weak."
42 He went away a second time and prayed, "My Father, if it is not possible for this cup to be taken away unless I drink it, may your will be done."
43 When he came back, he again found them sleeping, because their eyes were heavy. 44 So he left them and went away once more and prayed the third time, saying the same thing.
34 "My soul is overwhelmed with sorrow to the point of death," he said to them. "Stay here and keep watch."
35 Going a little farther, he fell to the ground and prayed that if possible the hour might pass from him. 36 "Abba, Father," he said, "everything is possible for you. Take this cup from me. Yet not what I will, but what you will."
37 Then he returned to his disciples and found them sleeping. "Simon," he said to Peter, "are you asleep? Couldn't you keep watch for one hour? 38 Watch and pray so that you will not fall into temptation. The spirit is willing, but the flesh is weak."
39 Once more he went away and prayed the same thing. 40 When he came back, he again found them sleeping, because their eyes were heavy. They did not know what to say to him.
41 Returning the third time, he said to them, "Are you still sleeping and resting? Enough! The hour has come. Look, the Son of Man is delivered into the hands of sinners. 42 Rise! Let us go! Here comes my betrayer!"
42 "Father, if you are willing, take this cup from me; yet not my will, but yours be done." 43 An angel from heaven appeared to him and strengthened him. 44 And being in anguish, he prayed more earnestly, and his sweat was like drops of blood falling to the ground.
- IN YEAR A, LAST SUNDAY GOSPEL - WEEK 34 - in Ordinary Time - Solemnity of Our Lord Jesus Christ, King of all creation
Mt 25, 31-46
Rl . Tifħir lilek Kristu
- L-istorja tagħna nqisuha dik Qabel Kristu u dik Wara Kristu
- In-natura dbaxxi rasha quddiemu: L-ilma jsir inbid: ( Jn 2:1-11 --- https://youtu.be/mWrPLV_ZX0U );
- Il-baħar qawwi jsir baħar kalm: ( Mt 14:22-33 --- https://youtu.be/_z_Yvm4CL-U );
- Anke l-mewt dbaxxi rasha quddiemu: ( Lk 7:11-17 --- https://youtu.be/0MKG_6PgkNA );
- Kull marda dbaxxi rasha quddiemu: ( Mt 8:1-4 --- https://youtu.be/swQnrMCLAVA )
Int qiegħed tgħid li jien sultan.
Ġw 18, 33b-37
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
Christ the King - Homily - Fr Ignatius - Nov 25, 2018
Inti s-Sultan tal-Lhud ? - Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fis-Solennita ta' Kristu Re - 25 ta' Novembru 2018
SOLENNITÀ TA' KRISTU SULTAN TAL-ĦOLQIEN KOLLU-- L-EVANĠELJU TAL-ĦADD TAL-34 ĠIMGĦA TA' MATUL IS-SENA C
Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek.
Lq 23, 35-43
R/. Tifħir lilek Kristu
ALLA MA JIKKASTIGA LIL ĦADD -
L-Għażliet li jieħu l-bniedem, jiddestinawlu l-eternità --- għall-hena ta' dejjem jew għall-indannazzjoni ta' dejjem.
Lk 9:51-56 -- Samaritan Opposition - B’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm.
TUESDAY GOSPEL OF WEEK 26 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
B’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm.
Lq 9, 51-56
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
[Lq:9:51] Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, Ġesù b'rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm.
[Lq:9:52] U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f'raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. [Lq:9:53] Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm.
[Lq:9:54] Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: "Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?" [Lq:9:55] Iżda hu dar fuqhom u ċanfarhom. [Lq:9:56] U marru f'raħal ieħor.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
ĠESÙ PATTA GĦALL-DNUBIETNA BL-IMĦABBA U JIBQA' JPATTI GĦAL KULL NUQQAS TAGĦNA - BL-IMĦABBA...JILQANA DEJJEM LURA, B'DIRAJH MIFTUĦA.
The Seven Last Sayings of Jesus Christ
· Kristu ħniena
· Mulej ħniena
· Kristu ismagħana
· Kristu ilqa’ t-talb tagħna
· Alla Missier tas-Sema, ħenn għalina
· Alla l-Iben, Salvatur tad-dinja, ħenn għalina
· Alla l-Ispirtu s-Santu, ħenn għalina
· Trinita’ Qaddisa Alla wieħed, ħenn għalina
· Ġesù, l-Għerf Etern, ikollok ħniena minna.
·Ġesù, mibjugħ għal tletin biċċa tal-fidda, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, mixħut fl-art titlob fil-ġnien taż-żebbuġ, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, imqawwi bil-preżenza ta’ anġlu, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, maħsul bl-għaraq tad-demm fl-agunija Tiegħek, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, ittradut minn Ġuda b’bewsa, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, marbut mis-suldati, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, abbandunat mid-dixxipli, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, miġjub quddiem Anna u Kajfa, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, mogħti daqqa ta’ ħarta f’wiċċek minn qaddej, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, akkużat b’xhieda foloz, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, ikkundannat għall-mewt bla ħtija, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, mimli bil-bżieq, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, b’għajnejk mgħottin, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, miċħud minn Pietru, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, iddisprezzat u mwaqqa’ għaż-żufjett minn Erodi, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, imlibbes libsa bajda, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, imwarrab minflok Barabba, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, b’ġismek iffraġellat, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, imbenġel għal dnubietna, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, stmat bħal lebruż, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, imlibbes tunika ħamra, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, inkurunat bix-xewk, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li ġejt mogħti daqqiet ta’ qasba fuq rasek, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, mitlub li tiġi msallab mil-Lhud, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, ikkundannat għal mewta ħarxa, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, mogħti għar-rieda tal-għedewwa tiegħek, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, mgħobbi bit-tagħbija tas-Salib, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, meħud bħal nagħġa għall-qatla, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, imneżża’ minn ħwejġek, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li wegħedt il-Ġenna lill-ħalliel li nidem, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li tajt lil San Ġwann lil Ommok bħala binha, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li stqarrejt lilek innifsek minsi mill-Missier, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li ingħatajt il-ħall meta qabdek l-għatx, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li tajt xhieda li kull ma nkiteb fuqek kien mitmum, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li tlaqt ruħek f’idejn Missierek, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li obdejt sal-mewt tas-salib, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, minfud b’lanza, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, imniżżel minn fuq is-salib, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, impoġġi fis-sepulkru, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li qomt glorjuż fuq il-mewt, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li tlajt is-Sema, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, avukat tagħna quddiem il-Missier, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li bgħatt l-Ispirtu s-Santu, il-Paraklitu fuq id-dixxipli Tiegħek, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li għollejt lil Ommok fuq il-kori kollha tal-anġli, ikollok ħniena minna.
· Ġesù, li għad tiġi biex tiġġudika lill-ħajjin u lill-mejtin, ikollok ħniena minna.
· Kun ħanin, eħlisna Mulej.
· Kun ħanin, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Minn kull ħażen, eħlisna Mulej.
· Minn kull dnub, eħlisna Mulej.
· Mill-korla, mill-mibiegħeda u minn kull rieda ħażina, eħlisna Mulej.
· Mill-gwerer, għaks u pestilenza, eħlisna Mulej.
· Minn kull periklu tar-ruħ u tal-ġisem, eħlisna Mulej.
· Mill-mewt ta’ dejjem, eħlisna Mulej.
· Permezz tat-tnissil tiegħek bla tebgħa, eħlisna Mulej.
· Permezz tat-Twelid mirakoluż Tiegħek, eħlisna Mulej.
· Permezz taċ-ċirkonċiżżjoni umiljanti Tiegħek, eħlisna Mulej.
· Permezz tal-magħmudija u s-sawm Tiegħek, eħlisna Mulej.
· Permezz tal-ħidma u s-sahra Tiegħek, eħlisna Mulej.
· Permezz tal-flaġellazjoni krudili u l-inkoronazzjoni bix-xewk, eħlisna Mulej.
· Permezz tal-għatx, tad-dmugħ u tal-għera Tiegħek, eħlisna Mulej.
· Permezz tal-mewt prezzjuża Tiegħek fuq is-Salib, eħlisna Mulej.
· Permezz tal-Qawmien u t-Tlugħ glorjuż Tiegħek, eħlisna Mulej.
· Permezz tal-miġja tal-Ispirtu s-Santu, il-Paraklitu, eħlisna Mulej.
· F’Jum il-Ġudizzju, eħlisna Mulej.
· Lilna midimbin, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int teħlisna, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int taħfrilna, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int twassalna għal indiema sinċiera, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li fil-ħniena Tiegħek Int tferra f’qalbna l-grazzja tal-Ispirtu s-Santu, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int tiddefendi l-Knisja Mqaddsa Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int tħares u tkabbar il-popli kollha miġbura f’ismek, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Inti tagħtina l-paċi vera Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int tagħtina perseveranza fil-grazzja u fis-servizz qaddis Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int teħlisna minn ħsibijiet impuri, mit-tentazzjonijiet tax-xitan u mill-indannazjoni ta’ dejjem, ismagħna nitolbuk Mulej.
· Nitolbu li Int tgħaqqadna mal-kumpanija tal-qaddisin Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, eħlisna, Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, itolbuk ismgħana, Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina, Mulej.
V. Kristu, ismagħna.
R. Kristu, nitolbuk ismagħna.
V. Nadurawk O Ġesù u nberkuk,
R. Għax b’Salibek u l-mewt Tiegħek Inti fdejt id-dinja.
Nitolbu: Alla Etern u li tista’ kollox, li ddestinajt lill-uniku Iben tiegħek biex ikun is-Salvatur tad-dinja u ridt li permezz tad-Demm Prezzjuż Tiegħu tagħtina l-paċi li konna tlifna, agħtina l-grazzja li nqimu l-prezz tas-salvazzjoni tagħna u li niskopru fiha il-virtu’ li għandha – id-difiża kontra l-ħażin taż-żmien preżenti – b’tali mod li nkunu nistgħu ingawdu l-frott tagħha fis-sema permezz ta’ l-istess Kristu, Sidna. Ammen.
IS-SATANISTI STESS JIKXFU L-QAWWA FIL-VERITÀ TAL-PREŻENZA TA' ALLA TRINITÀ QADDISA FL-OSTJI KKONSAGRATI - KULL META HUMA JISIRQUHOM - IMMA LIL ALLA ĦADD U XEJN MA JISTA' JAGĦMILLU ĦSARA !
MARTRI IVA JKUN HAWN, IMMA ĦADD MA JISTA' JEQRED LILL- ĦALLIEQ TA' DAK KOLLU LI HU TAJJEB !
"IX-XEMX TIDDALLAM, IL-QAMAR JITLEF ID-DIJA TIEGĦU..." BID-DIJA TA' ALLA, META JERĠA JIĠI B'QAWWA U GLORJA KBIRA !
Mk 13:24-32 - The Coming of the Son of Man - Il-miġja ta' Bin il-Bniedem
IN YEAR B, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 33 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Jiġbor flimkien il-maħturin tiegħu mill-erbat irjieħ
Mk 13, 24-32
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Mk:13:24] "Wara jiem ta' dwejjaq kbar, ix-xemx tiddallam, il-qamar jitlef id-dija tiegħu, [Mk:13:25] il-kwiekeb jibdew jaqgħu mis-sema, u l-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu.
[Mk:13:26] Imbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-sħab b'qawwa kbira u bi glorja. [Mk:13:27] U mbagħad jibgħat l-anġli biex jiġbor flimkien il-maħturin tiegħu mill-erbat irjieħ, minn tarf l-art sa tarf is-sema.
[Mk:13:28] "Mis-siġra tat-tin tgħallmu din il-parabbola. Meta l-fergħa tagħha tirtab u tarmi l-weraq, intom tintebħu li s-sajf fil-qrib. [Mk:13:29] Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li hu fil-qrib, fil-bieb.
[Mk:13:30] Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel qabel ma jiġri dan kollu. [Mk:13:31] Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix.
[Mk:13:32] "Dwar dak il-jum u s-siegħa ħadd ma jaf meta se jaslu, anqas l-anġli fis-sema, u anqas l-Iben; ħadd ħlief il-Missier.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
============
Lk 21:5-11 -- Destruction of Temple, Signs of End Times - Il-qerda tat-Tempju u l-persekuzzjonijiet
Ma tibqax ġebla fuq oħra
Lq 21, 5-11
Tifħir lilek Kristu
Introductory Prayer: Lord Jesus, thank you for this special time I have with you. It’s one of the few calm moments of the day. Your presence reassures me that I don’t have to endure the trials of the day alone. You are my strength and my peace. I wish to abide in your love.
Petition: Jesus, help me to keep hoping despite the crises in my life.
- Temple of Doom: For the Jews, the Temple in Jerusalem was
the centre of religious and cultural life. It contained the Holy of Holies, the
sanctuary that once housed the Ark of the Covenant. The people were proud of the
Temple, but Jesus warns them that the day will arrive when it will be destroyed
(as indeed it was, in A.D. 70). Yet the end of the Temple will not be the end of
religion. Jesus himself will remain with us, as he does to this day, in the
Eucharist. Likewise, no matter what else passes away—our house, our office, our
school —Christ remains. Does that belief fill me with confidence?
- Be Not Deceived: Jesus doesn’t directly answer the question
about when the Temple will be destroyed. Rather, he tries to get his listeners
to focus on what is really important: their faith. Our Lord warns them not to
listen to the wrong people. Throughout the course of a normal day, to whom do we
listen? Whose voices are on our radios, our TV sets? Who really has our ear
day–by-day? Worldly talk-show hosts? The news media’s "instant experts"?
Hollywood stars? Jesus cautions us that the people we listen to might affect the
quality of our lives — and the quality of our eternity. Do I judge carefully,
then, the voices I listen to?
- Do Not Be Terrified: Terrorist attacks, wars, abortion, euthanasia, natural disasters-- is the world a nicer place today than in Jesus’ time? Our Lord was no stranger to bad news. He knew about the tower in Siloam that killed 18 people (see Luke 13:4)--and he knew what awaited him on Good Friday. Yet he always remained hopeful and encouraged the best in people. As his followers, we too must be witnesses to hope. We need to brighten the lives of those around us. More importantly we need to remind others that God will win in the end. "Good, not evil, has the last word," Pope Saint John Paul II told the general audience of Oct. 17, 2001, "God triumphs over the hostile powers, even when they seem great and invincible."
Resolution: I will make a small sacrifice or offer up a special prayer for someone suffering today.
Dr. Timothy O'Donnell - Christ the King - Published on 25 Sep 2017
“When once men recognize, both in private and in public life, that Christ is King, society will at last receive the great blessings of real liberty, well-ordered discipline, peace and harmony. ... Moreover, the annual and universal celebration of the feast of the Kingship of Christ will draw attention to the evils which anticlericalism has brought upon society in drawing men away from Christ, and will also do much to remedy them. While nations insult the beloved name of our Redeemer by suppressing all mention of it in their conferences and parliaments, we must all the more loudly proclaim his kingly dignity and power, all the more universally affirm his rights.” - Pope Pius XI, Quas Primas 19, 25
Hosted by the Institute of Catholic Culture
www.instituteofcatholicculture.org
.