blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: JANUARY 22 - SAINT PUBLIUS, PRINCE OF MALTA, BISHOP AND MARTYR

Sunday, January 25, 2015

JANUARY 22 - SAINT PUBLIUS, PRINCE OF MALTA, BISHOP AND MARTYR


Mill-Lawdi tal-Brevjar fit-22 ta' Jannar

INNU
 
Kull ġieħ jistħoqqlok f’din l-art ħelwa, Publju,
li lqajt lil Pawlu għandek wara l-għarqa;
hu mliek bid-dawl tal-fidi, w lil missierek
mill-ġdid tah saħħtu.
 
Kun fostna f’dan il-jum sabiħ tal-festa
li b’ferħ mill-qalb nagħmlulek ta’ kull sena;
jekk fqira x-xhieda, m’hix hekk dgħajfa l-ħerqa
t’ulied dil-gżira.
 
Mexxina dejjem taħt il-ħarsa tiegħek,
sew jekk bla xkiel it-triq, sew jekk imwiegħra,
sakemm ilkoll fis-sliem tassew tiġborna,
henjin f’dar Alla.
 
Infaħħru b’qima lill-Missier tal-ħniena,
inroddu ħajr lil Ibnu, Feddej tagħna,
u nsebbħu f’kollox lill-Ispirtu s-Santu
li jagħti l-ħajja. Ammen.



SAINT PUBLIUS - BISHOP & MARTYR


22 TA’ JANNAR
SAN PUBLJU  
Isqof u Martri
 
San Publju kien Isqof tal-belt glorjuża ta’ Atene lejn nofs it-tieni seklu.  Kien fi żmien l-Imperatur Antoninu Piju (138 – 161) meta l-Knisja kienet imħabbta mill-Injostiċi li kienu jaraw ir-Reliġjon bħala skola ta’ kultura, u għalhekk kienu jgħidu li min ma kienx għaref ma setax jgħid li kien nisrani tassew.  San Publju, fost l-Isqfijiet tajbin, kien qed juri li r-Reliġjon hi fuq kollox imħabba lejn Alla u lejn l-oħrajn għal Alla.
 
Tagħlim ieħor żbaljat ta’ żmien San Publju kien dak ta’ Doċeti, li żammew li Kristu ma kienx bniedem, imma deher biss b’ġisem bħal tagħna.
 
Fi żmien ta’ persekuzzjoni kontra l-Insara, San Publju ma warrabx minn Atene.  Hu ġie kkundannat għall-mewt minħabba twemminu.  Dan jidher li ġara fl-ewwel sena ta’ l-Imperatur Mark Awrelju, jiġifieri fis-sena 161.
 
San Djonisju, Isqof ta’ Korintu, ċanfar lin-nies ta’ Atene talli kienu waqgħu fl-indifferenza wara li l-Isqof tagħhom Publju kien ġie mogħti l-martirju.
 
Għalkemm ma tantx għandna tagħrif dwar San Publju, dawk li ġabru ismijiet il-martri ta’ l-ewwel żmien qiegħdu ismu ma’ dawk ta’ dawk li mietu fil-21 ta’ Jannar.  Aħna niċċelebrawh fit-22 tax-xahar biex ma nħallux barra t-tifkira ta’ Santa Anjeże, li taħbat fl-istess ġurnata.
 
Ħsieb
San Publju hu mudell ta’ ragħaj qawwi fit-taqbida.  Jalla aħna wkoll nuru ruħna qawwijin fil-waqt tal-prova u ma nibżgħux nagħtu ħajjitna għal Kristu, jekk ikollu jitlobhielna.




 





22 ta’ Jannar:
Tifkira ta' San Publju
Prinċep ta’ Malta, Isqof u Martri
Tagħrif: L-Atti tal-Appostli fil-kapitlu 28 isemmi l-laqgħa li l-Maltin għamlu lil San Pawl u sħabu wara l-għarqa fuq xtut gżiritna waqt li kienu fi triqthom lejn Ruma. San Luqa, wara li jsemmi l-miraklu tal-lifgħa li ma qatletx bil-velenu tagħha lil San Pawl, jgħid: “F’dawk l-inħawi kellu l-artijiet tiegħu l-prinċep tal-gżira, jismu Publju, li laqagħna u ġieb ruħu magħna bi tjubija mhux żgħira. Issa ġara li missier Publju kien mixħut bid-deni u bid-disinterija. U Pawlu daħal għandu, u wara li talab u poġġa jdejh fuqu, fejqu. Wara din il-ġrajja dawk kollha li fil-gżira kellhom xi marda bdew jersqu u jiġu mfejqin. U huma qimuna b’bosta ġieħ, u meta tlajna fuq il-bastiment għabbewna b’kulma kellna bżonn.” (Atti 28:7-10)
Publju kien il-gvernatur tal-gżira, il-“proto” – titlu li jiġi mogħti lill-ogħla maġistrat tal-gżira, li jkun delegat tal-“Praetor” ta’ Sqallija. It-tradizzjoni Maltija żżomm li San Pawl waqqaf il-Knisja f’Malta u kkonsagra lil San Publju bħala l-ewwel isqof tagħha. Din it-tradizzjoni hija bbażata mill-fatt li kull fejn mar San Pawl dejjem ħalla, meta ma kellux il-ħsieb li jirritorna, ieħor warajh bħala l-kap u r-ragħaj tal-Knisja ġdida.
(Xi wħud, fosthom San Beda, iħalltu lil San Publiju ta’ Malta ma’ San Publju isqof ta’ Atene li ħa l-martirju fis-seklu II. Dan Isqof tal-belt glorjuża ta’ Atene għex lejn nofs it-tieni seklu. Kien fi żmien l-Imperatur Antoninu Piju (138 – 161) meta l-Knisja kienet imħabbta mill-Injostiċi li kienu jaraw ir-Reliġjon bħala skola ta’ kultura, u għalhekk kienu jgħidu li min ma kienx għaref ma setax jgħid li kien Nisrani tassew. San Publju, fost l-Isqfijiet tajbin, kien qed juri li r-Reliġjon hi fuq kollox imħabba lejn Alla u lejn l-oħrajn għal Alla.
Tagħlim ieħor żbaljat ta’ żmienu kien dak ta’ Doċeti, li żammew li Kristu ma kienx bniedem, imma deher biss b’ġisem bħal tagħna. Fi żmien ta’ persekuzzjoni kontra l-Insara, hu ma warrabx minn Atene. Hu ġie kkundannat għall-mewt minħabba twemminu. Dan jidher li ġara fl-ewwel sena tal-Imperatur Mark Awrelju, jiġifieri fis-sena 161. San Djonisju, Isqof ta’ Korintu, ċanfar lin-nies ta’ Atene talli kienu waqgħu fl-indifferenza wara li l-Isqof tagħhom Publju kien ġie mogħti l-martirju.
Għalkemm ma tantx għandna tagħrif dwaru, dawk li ġabru ismijiet il-martri tal-ewwel żmien qiegħdu ismu ma’ dawk li mietu fil-21 ta’ Jannar. Aħna niċċelebrawh fit-22 tax-xahar biex ma nħallux barra t-tifkira ta’ Santa Anjeże, li taħbat fl-istess ġurnata.)
Fl-1609, San Publju li kien fiż-żgur il-gvernatur tal-gżira tagħna, kien maħtur wieħed mill-qaddisin protetturi ta’ Malta mill-Isqof Gargallo (1577-1610). Il-parroċċa tal-Furjana hi ddedikata lil San Publju ta’ Malta.
Ħsieb: Qari mill-Omeliji tal-Isqof San Ġwann Kriżostmu fuq il-Ktieb tal-Atti tal-Appostli bit-titlu “Ġietu ħniena minnhom”:
“F’dawk l-inħawi kien hemm l-oqsma tal-prinċep tal-gżira, li kien jismu Publju. Dan laqagħna u bil-qalb kollha żammna għandu tlitt ijiem. Araw bniedem ieħor, iħobb jilqa’ l-barranin. Dan Publju, raġel għani u jista’, ġietu ħniena minnhom, laqagħhom għandu bil-qalb u dar bihom, mhux għax kien ra xi ħaġa minnhom, iżda minħabba l-għawġ li ġie fuqhom.
Wara li ħelsu mill-għarqa, in-nies ma għalqux għajnejhom għalihom, anzi laqgħuhom bil-qalb minħabba Pawlu, u għal tliet xhur sħaħ waqfu magħhom ilkoll u ħasbulhom għall-ikel. Dawn in-nies iġagħluna nistħu: ma kinux jafuhom lil dawk li ħelsu mill-għarqa, iżda rawhom fl-għawġ u fehmu sewwa li huma wkoll kienu bnedmin; għalhekk laqgħuhom bil-ħlewwa.
Fil-qrib kien hemm l-oqsma ta’ Publju, il-prinċep tal-gżira, li laqagħhom u żammhom għandu bil-qalb. Sewwa qal, għax irid ikollok qalb kbira biex tilqa’ u żżomm għandek mitejn u sitta u sebgħin ruħ. Araw xi qligħ kbir għandu min jilqa’ l-barrani. Laqagħhom u żammhom għandu għal tlitt ijiem, mhux għax dan ma rahx meħtieġ, anqas ma għamlu fuq il-qalb, imma għax intebaħ bil-qligħ li kien se jikseb. U għalhekk bil-ħaqq kollu tħallas tal-laqgħa tajba li għamlilhom, anzi ngħatalu wisq aktar ukoll, għax Pawlu fejjaqlu lil missieru, li kien marid bid-disenterija, u mhux lil missieru biss imma fejjaq ukoll ħafna morda oħra.”
San Publju hu mudell ta’ ragħaj qawwi fit-taqbida. Jalla aħna wkoll nuru ruħna qawwijin fil-fidi li rċevejna u nibqgħu sodi fil-waqt tal-prova u ma nibżgħux inkunu xhieda ta’ Kristu u jekk jitlobhielna, nagħtu ħajjitna għalih.
EJJEW NITOLBU LIL SAN PUBLJU BIEX B’TALBU JERĠA’ JQABBAD FINA L-FJAMMA LI KEBBES F’RUĦ MISSIRIJIETNA MISSIERNA SAN PAWL F’DAWN IL-GŻEJJER. LI KIEKU MA ĠIEX HU BI PROVIDENZA DIVINA, JIFTĦILNA GĦAJNEJNA U JAGĦTINA L-FIDI, U LI KIEKU SAN PUBLJU MA LAQGĦUX BĦALA L-MIGĦBUT MINN ALLA KIF TASSEW KIEN, LI KIEKU KONNA NIBQGĦU BLA GĦARFIEN DWAR IT-TAGĦLIM VERU LI JWASSAL GĦAS-SALVAZZJONI TA’ RUĦNA.
IMMA ISSA SAN PAWL ĠIE, INT LI INT IL-PATRUN TAL-GŻEJJER TAGĦNA, AGĦMEL LI MA NWARRBUX IL-MESSAĠĠ QAWWI T’ALLA GĦALINA LI GĦOĠBOK TGĦADDILNA, BIEX MA NIĠUX IMWARRBA MINNU FL-AĦĦAR JUM!
GĦINNA, O GĦAŻIŻ PATRUN TA’ DAWN IL-GŻEJJER, BIEX MA NISFAWX ĠUSTAMENT IKKUNDANNATI TALLI NKUNU ĦALLEJNA KLIEMEK JISPIĊĊA FIX-XEJN, IMMA AGĦMEL LI NQUMU MILL-WAQGĦAT TAGĦNA U NERĠGĦU NFITTXU LI NGĦIXU TA’ NSARA TASSEW U B’HEKK INKUNU QED NAGĦTUK IL-VERU U L-UNIKU ĠIEĦ LI TISTENNA MINGĦANDNA.
Talba: O Alla, int għoġbok li San Publju jilqa’ lill-Appostlu Missierna San Pawl u jżommu għandu bil-qalb: agħmel li, bil-merti u t-talb tal-istess Publju, ngħixu fuq din l-art magħqudin miegħek bil-fidi u l-imħabba, biex niksbu l-hena ta’ dejjem fis-sema. Bi Kristu Sidna. Ammen. (Talba mil-Liturġija tas-Sigħat)







 http://en.wikipedia.org/wiki/Saint_Publius

Saint Publius (Maltese: San Publju) is a Maltese Saint. He is venerated as the first Bishop of Malta. St. Publius is Malta‘s first acknowledged saint, the prince of the island (Maltese: il-prinċep tal-gżira). Publius' conversion led to Malta being the first Christian nation in the West, and one of the first in the world.
It was the same Publius who received the Apostle Paul during his shipwreck on the island as recounted in the Acts of the Apostles. According to the Acts of the Apostles, St. Paul cured Publius' dysentery - afflicted father.
"In the vicinity of that place were lands belonging to a man named Publius, the chief of the island. He welcomed us and received us cordially as his guests for three days. It so happened that the father of Publius was sick with a fever and dysentery. Paul visited him and, after praying, laid his hands on him and healed him. After this had taken place, the rest of the sick on the island came to Paul and were cured. They paid us great honor and when we eventually set sail they brought us the provisions we needed." - Acts 28:7-10, New American Bible
In fact apart from being the particular patron saint of the town of Floriana, Saint Publius is also one of the patron saints of Malta. He was martyred c. 125, during the persecution of Emperor Hadrian. St. Publius was canonised in the year 1634
His feast is celebrated on January 22 in the Roman Catholic Church


************
 
 

Holy Mass Readings on January 22, Saint Publius, Prince of Malta
Optional Memorial

Qari tal-Quddiesa
http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php

22 ta’ Jannar

San Publju Prinċep ta’ Malta

Tifkira Obligatorja
First Reading --- Acts 28:1-10
QARI I
Atti 28,1-10
 
Qari mill-Atti tal-Appostli
 
Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta. In-nies tagħha ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa li ma bħalha. Laqgħuna tajjeb lilna lkoll u qabbdulna ħuġġieġa, għax kienet bdiet nieżla x-xita u kien il-bard. Mela Pawlu qabad qabda zkuk niexfa u tefagħhom fin-nar. Fiz-zkuk kien hemm lifgħa li, malli ħasset is-sħana, ħarġet u qabdet ma’ id Pawlu. In-nies tal-gżira, kif raw il-lifgħa mdendla ma’ idu, bdew jgħidu wieħed lil ieħor: «Dan ir-raġel żgur xi qattiel, għax għad li ħelisha mill-baħar, il-Ġustizzja ma ħallitux jgħix!» Imma hu farfar il-lifgħa ġon-nar u ma ġralu xejn. Huma stennew li se jarawh jintefaħ jew jaqa’ u jmut f’daqqa. Wara li damu jistennew ħafna u raw li ma ġralu ebda deni, biddlu l-ħsieb u bdew jgħidu li kien xi alla.
 
F’dawk l-inħawi kien hemm l-oqsma tal-prinċep tal-gżira, li kien jismu Publju. Dan laqagħna u bil-qalb kollha żammna għandu tlitt ijiem. Missier Publju inzerta mixħut, marid bid-deni u bid-disenterija. Pawlu daħal ħdejh, għamel talba, qiegħed idejh fuqu u fejqu. Wara dan imbagħad bdew ukoll jersqu għandu l-morda l-oħra tal-gżira, u hu fejjaqhom. Urewna ġieħ kbir, u meta ġejna biex nitilqu, għabbew fuq il-ġifen kull ma konna neħtieġu.
 
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla.
 
SALM RESPONSORJALI
Psalm 15:1-2.5. 7-8. 11
Salm 15, 1-2.5. 7-8. 11
 
R/. Int, Mulej, is-sehem tal-wirt tiegħi.
 
Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn.
Jien għedt lill-Mulej:
«Int Sidi, m’għandix ġid ieħor ħliefek.»
Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi,
inti żżomm f’idejk xortija.
 
R/. Int, Mulej, is-sehem tal-wirt tiegħi.
 
Imbierek lill-Mulej li tani l-fehma;
imqar billejl qalbi tgħallimni.
Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi,
għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek.
 
R/. Int, Mulej, is-sehem tal-wirt tiegħi.
 
Int tgħallimni t-triq tal-ħajja;
hemm il-milja tal-ferħ quddiemek,
hemm l-għaxqa għal dejjem f’lemintek.
 
R/. Int, Mulej, is-sehem tal-wirt tiegħi.
 
AKKLAMAZZJONI GĦALL-EVANĠELJU
Ġw 13, 30
 
R/. Hallelujah
«Nagħtikon kmandament ġdid,
li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien»,
jgħid il-Mulej
R/. Hallelujah
 
EVANĠELJU
Mt 25, 31-40
 
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew      
 
F’dak iż-żmien, Ġesù qal qal lid-dixxipli tiegħu:
 
«Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred lin-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta’ fuq il-lemin tiegħu, ‘Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b’wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja. Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.’ Imbagħad iweġbuh il-ġusti, ‘Mulej’, jgħidulu, ‘meta rajnik bil-ġuħ u tmajnik, jew bil-għatx u sqejnik? Meta rajnik barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek? Meta rajnik marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?’ U s-Sultan iweġibhom u jgħid, ‘Tassew, ngħidilkom, kull ma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.’»
 
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.



THE GOSPEL --- Mt 25:31-40




___________________________________
___________________________________
___________________________________



L-Istatwa ta' San Publiju f'San Pawl il-Baħar -
Tifkira fis-7-9 ta’ Lulju 2017, meta bħala Parroċċa Pawlina fakkret l-1950 Anniversarju mill-martirju ta’ Missierna San Pawl. Għal din l-okkażjoni kien hawn fostna r-relikwija ta’ parti mill-kolonna li fuqha ħa l-martirju. 






























___________________________________
___________________________________
___________________________________



February 10 - The providential Shipwreck in Malta of St Paul and St Luke, Apostles ---GOSPEL --- Mk 16:15-20 -- 'Jesus gives the mission to the Apostles' - Ġesù jagħti l-missjoni lill-Appostli --- & --- ACTS 27:1-44, 28:1-11 
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2013/02/mk-1615-20-go-into-all-world-preach.html



.