blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Wednesday, March 01, 2017

Via Sagra - Via Crucis - Via Dolorosa - IT-TRIQ TAS-SALIB MA’ SAN FRANĠISK T'ASSISI




IT-TRIQ TAS-SALIB  MA’ SAN FRANĠISK T'ASSISI
 

Introduzzjoni

Il-Via Crucis hija devozzjoni li l-Insara jipprattikaw billi jimxu fi spirtu ta’ penitenza t-triq li mexa Ġesu’ meta ġarr is-Salib mingħand Pilatu sal-kalvarju. Id-devozzjoni tal-Via Sacra kellha l-bidu tagħha fil-belt ta’ Ġerusalemm, fejn sal-lum il-Franġiskani, flimkien mal-pellegrini li jżuru l-art imqaddsa mid-dinja kollha, għadhom iterqu fit-tlieta ta’ wara nofs in-nhar ta’ kull nhar ta’ Ġimgha. Il-famuza pellegrina spanjola Egeria fi tmiem ir-raba’ seklu tagħtina xhieda tad-devozzjoni marbuta ma’ xi postijiet li kienu jfakkru xi grajjiet tal-Passjoni. Mat-tmiem l-epoka tal-Kruċjati, dawn il-postijiet sawwru mixja determinata, li mis-seklu sittax saret magħrufa bhala l-Via Dolorosa.

Il-pellegrini li kienu jżuru l-art imqaddsa, kienu jerġghu lura lejn arthom bix-xewqa li jerġghu jgħixu l-emozzjoni spiritwali li jkunu sperimentaw f’Ġerusalemm. B’hekk twaqqfu f’diversi naħat tal-Ewropa, kappelli kommemorattivi li għalihom inkitbu kotba devozzjonali f’ġieh il-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej. Giovanni Pascha (+ 1532), Karmelitan minn Malines fil-Belgju, attribwixxa lill-istazzjonijiet tal-Via Crucis, l-ordni li nafu bih illum. Dan l-ordni xtered imbagħad fi Spanja, Sardegna u l-Italja. Malajr din id-devozzjoni rċeviet l-approvazzjoni tal-Papiet u xterded mad-dinja kollha l-aktar permezz tal-predikazzjoni tal-franġiskan San Leonardu minn Porto Maurizio (+ 1751).


************

 
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Ammen.

Nadurawk, Sidna Ġesù Kristu, hawn u fil-Knejjes kollha tiegħek, li jinsabu fid-dinja kollha, u nberkuk, għax bis-salib imqaddes tiegħek inti fdejt id-dinja. 

Ejjew ilkoll kemm aħna nsammru l-ħarsa tagħna fuq ir-Rgħaj it-tajjeb li sofra l-Passjoni fuq is-salib biex isalva lin-ngħaġ tiegħu. In-ngħaġ tal-Mulej imxew wara l-Mulej fit-taħbit u l-persekuzzjoni, fil-mistħija u fil-ġuħ, fil-mard u fit-tiġrib u f’kull prova, oħra; u ta’ dan kollu ħadu bħala premju l-ħajja ta’ dejjem.

Nitolbu
O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, int fdejtna bil-mewt qaddisa ta’ Kristu Ibnek u bil-qawmien tiegħu għall-ħajja; ibqa’ ħares fina dan l-għemil tiegħek ta’ ħniena biex bis-saħħa ta’ dan il-misteru li sejrin nieħdu sehem fih, ngħixu marbuta miegħek. Bl-istess Kristu Sidna. Ammen.



************

 
1    L-EWWEL STAZZJON
ĠESÙ KKUNDANNAT GĦALL-MEWT
 
 
Nadurawk Ġesù u nberkuk,
għax b’salibek u l-mewt tiegħek int fdejtna.

Mill-Evanġelju skont San Mattew

Pilatu staqsihom: “Imma x'għamel ħażin?” Huma aktar bdew jgħajtu u jgħidu: “Sallbu! Sallbu!” Meta ra li kollox kien għalxejn...telqilhom lil Barabba u lil Ġesu’, wara li tah is-swat, tahulhom biex isalbuh.

Il-Kelma tal-Mulej
It-tifħir lilek Kristu.



Mill-kitbiet ta’ San Franġisk:

Dawk li rċevew is-setgħa li jagħmlu ħaqq mill-oħrajn, għandhom jagħmlu l-ħaqq bil-ħniena, skont kif iridu li huma jsibu ħniena mingħand il-Mulej. Ħa jkollna mela l-imħabba u l-umiltà u għandna nagħmlu karità, għaliex din taħsel lill-erwieħ mill-ħmieġ tad-dnubiet. 

Għax il-bnedmin għad jitilfu dak kollu li jħallu warajhom fid-dinja; magħhom iġorru biss l-imħabba tal-ħniena u tal-karità li jkunu għamlu u ta’dawn jirċievu mingħand il-Mulej il-premju u l-ħlas mistħoqq.

Missierna, Sliema u Glorja. 

Imbierka l-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù,
Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.




************
 
 
2    IT-TIENI STAZZJON
ĠESÙ MGĦOBBI BIS-SALIB
 
 
Nadurawk Ġesù u nberkuk,
għax b’salibek u l-mewt tiegħek int fdejtna.

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Ġesu’ qal lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ sallibu kuljum u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi isalvaha”.

Il-Kelma tal-Mulej
It-tifħir lilek Kristu.



Mill-kitbiet ta’ San Franġisk:

Hu reħa r-rieda tiegħu fir-rieda tal-Missier. Issa r-rieda tal-Missier kienet din, li l-Iben tiegħu imbierek u glorjuż, li ġie mogħti lilna u li twieled għalina, joffri lilu nnifsu bid-demm tiegħu stess b’sagrifiċċju u vittma fuq l-altar tas-salib. Dan għamlu mhux għalih innifsu, hu li bih sar kollox, imma għal dnubietna, u hekk ħallielna eżempju, biex nimxu fuq il-passi tiegħu.

Missierna, Sliema u Glorja. 

Imbierka l-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù,
Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.




 ************


3    IT-TIELET STAZZJON
ĠESÙ JAQA’ GĦALL-EWWEL DARBA 
  

Nadurawk Ġesù u nberkuk,
għax b’salibek u l-mewt tiegħek int fdejtna.

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija

Hu refa’ fuqu l-mard tagħna, tgħabba bin-niket tagħna. Aħna ħsiebnih bħal wieħed ikkastigat, milqut minn Alla u miġjub fix-xejn. Iżda hu kien miġruħ minħabba dnubietna, misħuq minħabba fi ħżunitna. Għas-saħħa tagħna waqa’ l-kastig fuqu, u bis-swat tiegħu sibna l-fejqan tagħna.

Il-Kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla.



Mill-kitbiet ta’ San Franġisk:

Oqgħod aħseb ftit, o bniedem, u agħraf kemm għollik il-Mulej Alla, li ħalqek u sawwrek għax-xbieha tal-Iben maħbub tiegħu skont il-ġisem u għas-sura tiegħu skont l-Ispirtu. 

U l-ħlejjaq kollha, li huma taħt is-sema, kull waħda minnhom skont in-natura tagħha, jaqdu, jagħrfu u jobdu lill-Ħallieq tagħhom aħjar minnek. 

Missierna, Sliema u Glorja. 

Imbierka l-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù,
Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.




************


4    IR-RABA’ STAZZJON
ĠESÙ JILTAQA’ MA’ OMMU MARIJA  


Nadurawk Ġesù u nberkuk,
għax b’salibek u l-mewt tiegħek int fdejtna.

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Xmun berikhom u qal lil Ommu Marija: “Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Israel; se jkun sinjal li jmeruh, - u int ukoll sejf jinfidlek ruħek! – biex jinkixfu l-ħsiebijiet moħbija fil-qlub ta’ ħafna.

Il-Kelma tal-Mulej.
It-tifħir lilek Kristu.



Mill-kitbiet ta’ San Franġisk:

Sliem għaik, o Sidt Qaddisa u Sultana, Omm qaddisa ta’ Alla, Marija, Verġni li sirt Knisja, Magħżula mill-Missier l-aktar qaddis tas-sema, li kkonsagrak flimkien ma’Ibnu l-għażiż u l-aktar qaddis u mal-Ispirtu s-Santu, id-Difensur. 

Fik kien hemm, u hemm, il-milja kollha tal-grazzja u ta’ kull ġid.
Sliem għalik palazz tiegħu;
Sliem għalik tabernaklu tiegħu;
Sliem għalik dar tiegħu.
Sliem għalik ilbies tiegħu;
Sliem għalik qaddejja tiegħu;
Sliem għalik Omm tiegħu.

Missierna, Sliema u Glorja. 

Imbierka l-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù,
Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.




************
 

5    IL-ĦAMES STAZZJON
ĠESÙ MEGĦJJUN JERFA’ S-SALIB MINN XMUN IĊ-ĊIRINEW 
 
 
Nadurawk Ġesù u nberkuk,
għax b’salibek u l-mewt tiegħek int fdejtna.

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Huma u sejrin bih, qabdu wieħed, jismu Xmun, minn Ċireni, li kien ġej mir-raba’, u għabbewh bis-salib biex iġorru wara Ġesu’.

Il-Kelma tal-Mulej.
It-tifħir lilek Kristu.



Mill-kitbiet ta’ San Franġisk:

Kieku int kont l-isbaħ u l-aktar għani u tagħmel ukoll għeġubijiet, hekk li saħansitra tħarrab ix-xjaten, dawn il-ħwejjeġ kollha kienu jkunu għalik ta’ ħsara, u xorta waħda xejn ma hu tiegħek u f’ebda ħaġa minn dawn kollha ma tista’ tiftaħar; imma f’dan nistgħu niftaħru, b’dak li hu dgħajjef fina u li nġorru ta’ kuljum is-salib imqaddes tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu.

Missierna, Sliema u Glorja. 

Imbierka l-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù,
Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.


 

************

6    IS-SITT STAZZJON
IL-VERONIKA TIXXOTTA WIĊĊ ĠESÙ
 
 
Nadurawk Ġesù u nberkuk,
għax b’salibek u l-mewt tiegħek int fdejtna.

Qari mis-Salm 26:8-9

Mulej, inħobb id-dar tal-għamara tiegħek,

il-post fejn jgħammar sebħek.

 

Tgħoddnix man-nies midinba,

anqas ma’ min ixerred id-dmija;


Il-kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla.


 
Mill-kitbiet ta’ San Franġisk:

Ħieni dak il-qaddej, li jaħżen teżori fis-sema mill-ġid li l-Mulej juri miegħu u li ma jixtieqx jurih lill-bnedmin biex jikseb il-ħlas, għaliex l-Aktar Għoli juri l-ħidma tiegħu ma’ dawk li jogħġbuh. Ħieni l-qaddej li jżomm moħbi f’qalbu il-misteri tal-Mulej.

Missierna, Sliema u Glorja. 

Imbierka l-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù,
Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.




************
 
 
7    IS-SEBA’ STAZZJON
ĠESÙ JAQA’ GĦAT-TIENI DARBA
 
 
Nadurawk Ġesù u nberkuk,
għax b’salibek u l-mewt tiegħek int fdejtna.

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija

Aħna lkoll bħal ngħaġ mitlufa, kull wieħed minna qabad triq għar-rasu. U l-Mulej xeħet fuqu l-ħażen tagħna lkoll. Ħaqruh u qagħad għalihom bla ma biss fetaħ fommu; bħal ħaruf meħud għall-qatla, u bħal nagħġa mbikkma f’id min iġiżżha, ma fetaħx fommu.

Il-Kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla.



Mill-kitbiet ta’ San Franġisk:

Ħieni dak il-qaddej, li meta l-bnedmin ifaħħruh u jkabbruh, ma jqisx ruħu aħjar minn meta jqisuh bħala bniedem baxx, sempliċi u ta’ min jistmerru, għaliex il-bniedem jiswa daqskemm jiswa quddiem Alla u mhux aktar. 

U ħieni dak il-qaddej li ma joqgħodx fil-għoli bir-rieda tiegħu, u dejjem ikun jixtieq li jkun imqiegħed taħt riġlejn l-oħrajn.


Missierna, Sliema u Glorja. 

Imbierka l-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù,
Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.




************
 
 
8    IT-TMIEN STAZZJON
ĠESÙ JILTAQA’ MAN-NISA TA’ ĠERUSALEMM 
 
 
Nadurawk Ġesù u nberkuk,
għax b’salibek u l-mewt tiegħek int fdejtna.

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Kotra kbira ta’ nies kienet miexja wara Ġesu’; fosthom kien hemm xi nisa li bdew iħabtu fuq sidirhom u jibkuh. Imma Ġesu’ dar lejhom u qalilhom: “Nisa ta’ Ġerusalem, mhux lili ibku, iżda lilkom infuskom u lil uliedkom”.

Il-Kelma tal-Mulej.
It-tifħir lilek Kristu.



Mill-kitbiet ta’ San Franġisk:

Ħieni l-bniedem li jistabar bil-proxxmu tiegħu minħabba d-dgħufija tiegħu, bħalma jixtieq li l-proxxmu tiegħu jistabar bih, jekk isib ruħu fl-istess qagħda. 

Ħieni dak il-qaddej li jrodd lill-Mulej Alla kull ġid, għaliex kull min iżomm xi ħaġa għalih inifsu jkun jaħbi l-ġid tal-Mulej Alla tiegħu u dak kollu li jaħseb li għandu, jittieħidlu.

Missierna, Sliema u Glorja. 

Imbierka l-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù,
Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.




************
 
 
9    ID-DISA’ STAZZJON
ĠESÙ JAQA’ GĦAT-TIELET DARBA 
  
 
Nadurawk Ġesù u nberkuk,
għax b’salibek u l-mewt tiegħek int fdejtna.

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani

Aħna li aħna sħaħ fil-fidi għandna ngħinu lid-dgħajfa jerfgħu l-piż tagħhom u mhux infittxu nogħġbu lilna nfusna. Kull wieħed minna għandu jfittex jogħġob lil għajru għall-ġid tiegħu, Għax Kristu ma fittix joġgħob lilu nnifsu, kif inhu miktub: “it-tagħjir ta’ dawk li għajru lilek waqa’ fuqi”.

Il-kelma tal-Mulej.
Irroddu ħajr lil Alla.



Mill-kitbiet ta’ San Franġisk:

O kemm huma ħenjin u mberkin dawk l-irġiel u n-nisa li jżommu sħaħ sal-aħħar, għaliex fuqhom jistrieħ l-Ispirtu tal-Mulej u jagħmel għandhom post fejn jgħammar u huma wlied il-Missier tas-sema li jagħmel l-għemejjel tiegħu u huma għarajjes, aħwa u ommijiet tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu. 

Aħna għarajjes, meta r-ruħ ta’ dawk li huma mimlijin bil-fidi tingħaqad mal-Mulej tagħna Ġesù Kristu fl-Ispirtu s-Santu. Aħna ħutu meta nagħmlu r-rieda ta’ Missieru li hu fis-smewwiet. 

Aħna ommijietu, meta nġorruh fil-qalb u fil-ġisem tagħna bl-imħabba divina u bil-kuxjenza safja u sinċiera, inwellduh bl-għemejjel qaddisa li għandhom jiddu quddiem l-oħrajn bħala eżempju.

Missierna, Sliema u Glorja. 

Imbierka l-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù,
Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.




************
 
 
10    L-GĦAXAR STAZZJON
ĠESÙ MNEŻŻA’ MINN ĦWEJJĠU
 
 
Nadurawk Ġesù u nberkuk,
għax b’salibek u l-mewt tiegħek int fdejtna.

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann 

Is-suldati ħadu l-ilbies ta' Ġesù u qasmuh f’erbgħa, sehem lil kull wieħed minnhom. U ħadu wkoll it-tunika: din kienet libsa bla ħjata, minsuġa biċċa waħda minn fuq s’isfel. Ftiehmu bejniethom u qalu: “Ma nqattugħuhiex, iżda nitfgħu x-xorti għaliha, u lil min tmiss jeħodha." 

Il-Kelma tal-Mulej.
It-tifħir lilek Kristu.



Mill-kitbiet ta’ San Franġisk:

Il-Mulej tagħna Ġesù Kristu, li aħna rridu nimxu fuq il-passi tiegħu lil dak li ttradih sejjaħlu ħabib u offra ruħu minn jeddu f’idejh dawk li sallbuh. 

Il-ħbieb tagħna għaldaqstant huma dawk li jagħmlulna tiġrib u inġustizzji mingħajr ma jistħoqqilna, li jridu jġegħluna, nistħu u jgħajjruna. li jġibulna tbatija u taħbit, martirju u mewt. 

Lil dawn irridu nħobbuhom ħafna, għaliex minn dak li huma jġibu fuqna aħna nistgħu niksbu l-ħajja ta’ dejjem.

Missierna, Sliema u Glorja. 

Imbierka l-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù,
Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.




************
 
 
11    IL-ĦDAX-IL STAZZJON
ĠESÙ MSAMMAR MAS-SALIB
 
 
Nadurawk Ġesù u nberkuk,
għax b’salibek u l-mewt tiegħek int fdejtna.

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Meta waslu fil-post jgħidulu l-Qorriegħa, sallbuhom hemm, lilu u lill-ħatja, wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug. Il-poplu kollu waqaf hemm, iħares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieħku b’Ġesù.  Is-suldati wkoll bdew jgħadduh biż-żmien; u resqu lejh, newlulu nbid qares. Fuq rasu kien hemm ukoll kitba li kienet tgħid, ‘Dan huwa s-sultan tal-Lhud.’

Il-Kelma tal-Mulej.
It-tifħir lilek Kristu.



Mill-kitbiet ta’ San Franġisk:

O kemm hu qaddis u ta’ min iħobbu, kemm jogħġob, kemm hu umli, mimli sliem, ħelu u ta’ min jixtiequ fuq kollox li jkollna ħuna u Iben bħal dan: il-Mulej tagħna Ġesù Kristu, li offra ħajtu għan-ngħaġ tiegħu.

Missierna, Sliema u Glorja. 

Imbierka l-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù,
Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.




************


12    IT-TNAX-IL STAZZJON
ĠESÙ JMUT FUQ IS-SALIB 
 

Nadurawk Ġesù u nberkuk,
għax b’salibek u l-mewt tiegħek int fdejtna.

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa 

Għall-ħabta ta’ nofsinhar waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sat-tlieta, għax ix-xemx iddalmet. Il-velu tas-santwarju ċċarat minn nofs. Imbagħad Ġesu’ għajjat għajta kbira u qal; “Missier f’idejk jien nerħi ruħi”. U kif qal hekk, ħarġet ruħu. 

Il-kelma tal-Mulej.
It-tifħir lilek Kristu.



Mill-kitbiet ta’ San Franġisk:

Il-Mulej Ġesù tant sofra għalina, tant għamel ġid magħna li kull ħlejqa li hi fis-sema, fl-art, fil-baħar u fil-qiegħ tal-art għandha trodd tifħir lil Alla, glorja, ġieħ u barka, għaliex hu l-qawwa u s-setgħa tagħna, hu li hu waħdu tajjeb, waħdu l-aktar għoli, waħdu li jista’ kollox, tal-għaġeb, glorjuż u waħdu qaddis, ta’ min ifaħħru u mbierek għal dejjem.

Missierna, Sliema u Glorja. 

Imbierka l-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù,
Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.




************

 
13    IT-TLETTAX-IL STAZZJON
ĠESÙ MNIŻŻEL MIS-SALIB U MQIEGĦED FI ĦDAN OMMU MARIJA 
 
 
Nadurawk Ġesù u nberkuk,
għax b’salibek u l-mewt tiegħek int fdejtna.

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Kien hemm raġel jismu Ġużeppi, membru tal-Kunsill, imma raġel tajjeb u ġust, li ma kienx qabel mal-membri l-oħra f’dak li riedu jagħmlu u għamlu. Kien minn Armatija, belt tal-Lhudija u kien jistenna s-Saltna t’Alla. Dan mar għand Pilatu u talbu l-ġisem ta’ Ġesu’; niżżlu mis-salib, keffnu f’liżar u qiegħdu f’qabar maqtugħ fil-blat.

Il-Kelma tal-Mulej.
It-tifħir lilek Kristu.



Mill-kitbiet ta’ San Franġisk:

Isimgħu ħuti. Jekk il-Verġni mqaddsa jistħoqqilha tant ġieħ, jekk il-qabar li fih Ġesù ġie midfun għal żmien, tingħatalu tant qima; mela kemm għandu jkun qaddis, ġust u jixraqlu, dak li jmiss b’idejh, jirċievi fil-qalb u bil-fomm tiegħu, mhux aktar lil Dak li se jmut, imma lil dak li hu rebbieħ u igglorifikat għal dejjem.

Missierna, Sliema u Glorja. 

Imbierka l-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù,
Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.




************


14    L-ERBATAX-IL STAZZJON
ĠESÙ MIDFUN U WARA TLIET IJIEM IQUM  
 
 
Nadurawk Ġesù u nberkuk,
għax b’salibek u l-mewt tiegħek int fdejtna.

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

Kmieni ħafna fl-ewwel jum tal-ġimgħa, kif telgħet ix-xemx, Marija ta’ Magdala, Marija omm Ġakbu u Salome’, marru ħdejn il-qabar u bdew jgħidu lil xulxin: “Min se jgerbbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” Iżda meta ħarsu raw li l-ġebla kienet imressqa fil-ġenb. Daħlu fil-qabar u raw żagħżugħ bilqiegħda in-naħa tal-lemin liebes libsa bajda u nħasdu. Imma hu qalilhom: “Xejn la tinħasdu. Qegħdin tfittxu lil Ġesu’ ta’ Nazaret li kien imsallab; qam mill-mewt”.

Il-Kelma tal-Mulej.
It-tifħir lilek Kristu.



Mill-kitbiet ta’ San Franġisk:

Għaliex ma tagħrfux il-verità u ma temmnux fl-Iben ta’ Alla? Ara, ta’ kuljum jinżel minn ħdan il-Missier fuq l-artal f’idejn is-saċerdot. U kif Hu wera ruħu lill-Appostli qaddisa tiegħu fil-ġisem veru tiegħu, hekk juri ruħu lilna fil-ħobż imqaddes. Kif huma għarfu li bl-għajnejn tal-ġisem ma kinux jaraw biss il-ġisem tiegħu, imma kienu jemmnu li hu tassew Alla meta kienu jikkontemplawh bl-għajnejn tal-ispirtu, hekk ukoll aħna naraw il-ħobż u l-inbid bl-għajnejn tal-ġisem, imma nemmnu bil-qawwa li dawn huma tassew il-ġisem u d-demm l-aktar qaddis tiegħu ħaj u veru.

Missierna, Sliema u Glorja. 

Imbierka l-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien ta’ Sidna Ġesù,
Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
 
 


************
 


Titkanta jew tingħad
Salve Regina - Bil-Latin
 
Salve, Regina, mater misericordiae; vita dulcedo et spes nostra, salve. Ad te clamamus, exsules filii Evæ. Ad te suspiramus, gementes et flentes in hac lacrimarum valle. Eia ergo, advocata nostra, illos tuos misericordes oculos ad nos converte. Et Jesum benedictum fructum ventris tui, nobis post hoc exsilium ostende. O clemens, O pia, O dulcis Virgo Maria.

Jew:

Savle Regina - Bil-Malti
 
Sliema għalik, Sultana, omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik, lilek ingħajtu, għaliex aħna tturufnati ulied Eva, lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f'dawn il-wied tad-dmugħ. Ejja, mela, avukata tagħna, dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. Urina, wara dan it-turufnament lil Ġesù frott imbierek tal-ġuf tiegħek, o ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.


 
Nitolbu Skont il-fehma tal-Papa
 
Missierna, Sliema u Glorja. 

Nitolbu għall-għerwieħ tal-purgatorju: Għatihom O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fis-sliem, Ammen.


Nitolbu:
O Alla, int ġeddidt b’mod tal-għaġeb is-sinjali tal-Passjoni ta’ Ibnek fil-ġisem ta’ Missierna San Franġisk biex tkebbes qlubna bl-imħabba tiegħek; Agħmel, għat-talb tiegħu, li nixxieħbu mal-istess Ibnek f’mewtu, ħalli b’hekk nissieħbu miegħu fil-Qawmien. Bl-istess Kristu Sidna. Ammen.


Fl-isem tal-Missier u tal-Iben tal-Ispirtu s-Santu Ammen.


==========================================





==========================================


Riflessjoni fuq il-Via Sagra 

Kitba ta’ Angelo Xuereb


https://laikosblog.org/2018/02/26/riflessjoni-fuq-il-via-sagra/fuq-il-via-sagra/














.

Monday, February 27, 2017

On the feast of Our Lady of Lourdes, February 11, 2017, Pope Francis appoints Special Envoy to Medjugorje --- & --- April 1st 2017 - Holy Mass Homily + UPDATES

26 Jun 2024 
What has the Church said about Medjugorje? Can priests lead pilgrimages there and can Catholics have a devotion to it? Hear Fr. Chris Alar read a letter from Fr. Jason Lewis explaining what the Church has said about this Marian apparition and what you need to know before you go. 

Can Catholics Go to Medjugorje? Fr. Chris Alar Explains Pilgrimages and Church Approval


********************
********************



 
Radju Marija Malta - MESSAĠĠ MINN MARIJA REĠINA TAL-PAĊI F’MEJUGORJE LIL IVAN [23.06.2023]  

Medjugorje Apparizione Straordinaria a Ivan 23 Giugno 2023




Video published on 17 Jun 2023 - Indagine ai confini del sacro (TV2000) - Medjugorje, da 42 anni un "luogo di grazia"
 


OTHER SITE ON MEDJUGORJE


==================
==================


  Pope appoints Special Envoy to Medjugorje - 2017-Feb-11 Vatican Radio
http://www.news.va/en/news/pope-appoints-special-envoy-to-Medjugorje
 
 

Archbishop Henryk Hoser, S.A.C., the Bishop of Warszawa-Praga
 





Special Envoy sent to Medjugorje by the pope will not solve the mystery of the apparitions - Published on Feb 13, 2017

https://www.youtube.com/watch?v=BI5gAugt-Qc




A Medjugorie l'inviato del Papa - Published on Feb 24, 2017

https://www.youtube.com/watch?v=n63acsCiIGc




 

Sr. Emmanuel Uniting Hearts in Prayer





https://sremmanuel.org/


 
The envoy of the Holy Father celebrated Mass on april 1st in Medjugorje - Published on Apr 2, 2017




The envoy of the Holy Father celebrated Mass on april 1st in Medjugorje. It was an unprecedented event!

https://www.youtube.com/watch?v=JnHJKzPaygs


Sister Emmanuel Maillard youtube Channel
https://www.youtube.com/channel/UCveRmNCjId_yX6zkqz9VEbQ/videos?sort=dd&view=0&shelf_id=0


Full Homily - April 1st 2017 - In Medjugorje

https://www.youtube.com/watch?v=xissNgXsCZs



The Envoy of the Pope--Archbishop Hoser Celebrated Mass at St James
http://myemail.constantcontact.com/The-Envoy-of-the-Pope--Archbishop-Hoser--Celebrated-Mass-at-St--James.html?soid=1109404280575&aid=1TQHCeHthS0


"I would like to encourage you and comfort you as the special envoy of the Pope!"
Special envoy of the Pope, Archbishop Hoser

Archbishop Hoser Celebrates Mass in Medjugorje!

On April 1st, the whole parish of Medjugorje could witness an exceptional event!  After almost 36 years of apparitions, the special envoye of the Pope, Archbishop Hoser, has celebrated the international evening mass at St. James!  We were all wondering what he would say in his homily. It was beyond our expectation!  Mgr. Hoser actually meant to not only encourage us, but to comfort us!  He spoke (in French) about the presence of the Queen of Peace. You may listen to an extract of his homily by clicking here:

Here are the most striking words he said:
"This worship, which is so intense here, is extremely important and necessary for the entire world.... Let us pray for peace, because today the destructive forces are immense... It takes an intervention from Heaven. Now, the presence of the Holy Virgin, this is an intervention! It is an initiative from God! Therefore, I would like to encourage you and comfort you as the special envoy of the Pope...!"

If you want to listen to the whole homily, you may click here: 
 

This phrase was followed with a very strong applause. Many were weeping for joy (and I was too!).

 Sr Emmanuel +
STAY CONNECTED:


 



&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&



The special envoy of the Holy Father, Pope Francis celebrated Mass on April 1st 2017 in Medjugorje. It was an unprecedented event ! Beautiful homily & Press Conference from Archbishop Henryk Hoser, S.A.C., the Bishop of Warszawa-Praga
https://medjugorjemalta.blogspot.com.mt/2017/04/the-special-envoy-of-holy-father.html





**************************************************************
**************************************************************
**************************************************************



The Triumph, a Medjugorje documentary - Free Movie


https://www.youtube.com/watch?v=c9dQYRQXbXc







.

.

Wednesday, February 22, 2017

FEBRUARY 22 - Feast of the Chair of St Peter - Festa tal-Katedra ta' San Pietru







The Meaning and History Behind the Feast of the Chair of Saint Peter | EWTN News Nightly - 23 Feb 2022  



 22 ta' Frar
Festa tal-Katedra ta' San Pietru
X’aktarx li din il-festa bdiet tiġi ċċelebrata kull sena mill-bidunett tal-Knisja, b’tifkira tal-ġurnata... li fiha San Pietru għamel l-ewwel ċerimonja reliġjuża hekk kif wasal Ruma, xi ħdax-il sena wara li Ġesù tela’ s-sema.
Fil-Vatikan, hemm siġġu sempliċi bid-dirgħajn, magħmul mill-injam tal-ballut, u li żmien wara kien ġie msebbaħ b’panelli ta’ l-avorju. Dan is-siġġu (sedesgestatoria) jinsab ippreservat ġo kaxxa kbira tal-bronż, iddisinjataminn Bernini, u tinsab imqiegħda fil-għoli mal-ħajt.
Fl-1867, dan is-siġġu kien ġie espost għall-venerazzjoni tal-Fidili biex jiikkomemora it-tmintax-il ċentinarju mill-mewt ta’ San Pietru.
Biż-żmien,il-Knisja, bdiet tara fis-siġġu ta’ San Pietru, simbolu ta’ l-awtorita’ tal-Papa, jew fi kliem ieħor l-għaqda tal-Knisja mal-Papa suċċessur ta’ l-Appostli, u għalhekk f’dan il-jum, tħeġġeġ il-Fidili biex isaħħu l-fedelta’ tagħhom lejn il-Papa u biex jitolbu għalih.
Talba
Mulej, int għażilt lil San Pietru biex ikun l-ewwel wieħed li jmexxi l-Knisja tiegħek, u tlabt għalih biex il-fidi tiegħu ma tonqsux; wettaqna fl-istess fidi, u saħħaħna fil-fedelta’ tagħna lejn il-Papa, is-suċċessur ta’ San Pietru.
(laikos Malta)



 

The Gift of the Papacy (2/22/17)






CatholicTV Mass: 2/22/17 | Chair of St. Peter
Catholic Mass celebrated in American Sign Language by Father Shawn Carey, Director of the Office of the Deaf Apostolate in the Archdiocese of Boston, on the Feast of the Chair of Saint Peter, Apostle.

Readings:
-1 Peter 5:1-4
-Matthew 16:13-19





GOSPEL
Mt 16:13-19 -- Peter Declares That Jesus Is the Messiah - Stqarrija tal-fidi minn Pietru


FEBRUARY 22 - The Chair of Saint Peter, Apostle. Feast - Il-Katedra ta’ San Pietru, Appostlu. Festa

EVANĠELJU
Mt 16,13-19

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien: [Mt:16:13] Meta wasal fl-inħawi ta' Ċesarija ta' Filippu, Ġesù staqsa  lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: "In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?" [Mt:16:14] U huma weġbuh: "Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti. "[Mt:16:15] Imma intom min tgħidu li jien?" staqsiehom.


[Mt:16:16] U qabeż Xmun Pietru u qallu: "Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj." [Mt:16:17] U Ġesù wieġbu u qallu: "Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet. [Mt:16:18] U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat ta' l-infern ma jegħlbuhiex. [Mt:16:19] Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kulma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kulma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.


.


.



Feb 22 - Homily: Keys of the Kingdom







22 ta’ Frar: Il-Katedra ta’ San Pietru – Tagħrif Dwar il-Qaddisin (wordpress.com)

“Pietru, qabel ma sejjaħtlek mid-dgħajsa, għaraftek, qegħedtek kap tal-poplu tiegħi, U tajtek l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet. Kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kulma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.” – Antifona mil-Liturġija tas-Sigħat tal-Festa tal-Katedra ta’ San Pietru (Mattew 16:19)

IL-KATEDRA TA’ SAN PIETRU

Tagħrif: X’aktarx li din il-festa bdiet tiġi ċċelebrata kull sena mill-bidunett tal-Knisja, b’tifkira tal-ġurnata li fiha San Pietru għamel l-ewwel ċerimonja reliġjuża hekk kif wasal Ruma, xi ħdax-il sena wara li Ġesù tela’ s-sema.

Kittieba tal-Istorja jaffermaw li San Pietru, qabel ma mar Ruma, kien diġà waqqaf is-Sedi tiegħu f’Antjokja. Antjokja dak iż-żmien kienet il-kapitali tal-Lvant. San Girgor il-Kbir jgħid li l-Prinċep tal-Appostli kien isqof ta’ dik il-belt għal seba’ snin.

Huwa fatt ukoll ibbażat fuq il-kunsens unanimu tal-kittieba Nsara tal-qedem li San Pietru kien ukoll Ruma u waqqaf il-Knisja hemmhekk. B’danakollu hu ma baqax kontinwament Ruma, billi għal xi waqtiet kellu spiss ikun bnadi oħra minħabba l-ħidma appostolika tiegħu .

Fil-Vatikan, hemm siġġu sempliċi bid-dirgħajn, magħmul mill-injam tal-ballut, u li żmien wara kien ġie msebbaħ b’panelli tal-avorju. Dan is-siġġu (sedes gestatoria) jinsab ippreservat ġo kaxxa kbira tal-bronż, iddisinjata minn Bernini, u tinsab imqiegħda fil-għoli mal-ħajt.

Fl-1867, dan is-siġġu kien ġie espost għall-venerazzjoni tal-Fidili biex jiġi kkomemorat it-tmintax-il ċentinarju mill-mewt ta’ San Pietru.

Biż-żmien, il-Knisja, bdiet tara fis-siġġu ta’ San Pietru, simbolu tal-awtorità tal-Papa, jew fi kliem ieħor l-għaqda tal-Knisja mal-Papa suċċessur tal-Appostli, u għalhekk f’dan il-jum, tħeġġeġ il-Fidili biex isaħħu l-fedeltà tagħhom lejn il-Papa u biex jitolbu għalih.

Fl-imgħoddi, il-festa li tfakkar l-awtorità pontifiċja ta’ San Pietru kienet tiġi ċċelebrata f’żewġ dati differenti: fit-18 ta’ Jannar, f’ġieħ il-pontifikat tiegħu f’Ruma, u fit-22 ta’ Frar f’ġieħ il-pontifikat tiegħu f’Antjokja. Fir-riforma tal-Kalendarju Universali tal-Knisja tal-1969 dawn iż-żewġ festi nġabru f’festa waħda.

Ħsieb: Qari mid-Diskorsi tal-Papa San Ljun il-Kbir:

“Minn fost kulħadd, Pietru waħdu ntagħżel, u tqiegħed fuq il-ħidma għas-sejħa tal-ġnus kollha, fuq l-Appostli kollha, u fuq il-missirijiet kollha tal-Knisja. Għalkemm ħafna huma s-saċerdoti u ħafna r-rgħajja fil-poplu ta’ Alla, sewwa sew huwa Pietru li jmexxi lil kulħadd, taħt il-mexxej il-kbir, li hu Kristu. Għeżież, kemm hu kbir u tal-għaġeb is-sehem li Kristu għoġbu jagħti lil dan ir-raġel mis-setgħa tiegħu stess! U jekk Kristu għoġbu wkoll jagħti sehem minn din l-istess setgħa tiegħu lill-Appostli u ‘l-mexxejja l-oħra, jekk hu ma ċaħadx jagħti lill-oħrajn sehem minn dak li għandu hu, huwa qatt ma tahom xejn jekk mhux permezz ta’ Pietru.

Ġesù qal lil Pietru: ‘Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-saltna tas-smewwiet, u kulma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kulma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.’ Il-jedd ta’ din is-setgħa għadda wkoll lill-Appostli l-oħra, il-kmand mogħti b’dan id-digriet twassal ukoll lill-kapijiet kollha tal-Knisja; iżda m’hux ta’ xejn tħalla fil-ħsieb ta’ wieħed dak li ġie kkmandat lil kulħadd. Dan ġie fdat b’mod speċjali lil Pietru, għax Pietru hu l-mudell li lejh għandhom iħarsu l-mexxejja kollha tal-Knisja.”

Ma kienx is-soltu li Ġesù jbiddel l-ismijiet tad-dixxipli tiegħu; barra mil-laqam li ta lill-ulied Żebedew, ‘ulied ir-ragħad’ (Mark 3;17). Qatt ma ta isem ieħor, biss lil Xmun biddillu ismu u sejjaħlu ‘Kefas.’ Dan l-isem aktar ’il quddiem ġie maqlub bil-Grieg bħala Petros u bil-Latin bħala Petrus. U dan ġie maqlub mhux għax kien isem imma għax kien mandat li Petrus irċieva mingħand il-Mulej. Dan l-isem Petrus baqa’ jidher spiss fil-Vanġelu u spiċċa biex biddel l-isem oriġinali ta’ Xmun.

“U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex. Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-smewwiet, u kulma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.” (Mattew 16: 18-19)

Papa Franġisku, f’silta mill-ewwel omelija tiegħu meta laħaq Papa (19 ta’ Marzu, 2013) qal hekk:

“Hu minnu li Ġesù Kristu lil Pietru tah f’idejh is-setgħa, imma x’setgħa hi din? Wara l-mistoqsija tripla li Ġesù jagħmel lil Pietru dwar l-imħabba, tasal l-istedina tripla: irgħa l-ħrief tiegħi, irgħa n-nagħaġ tiegħi. Ma ninsew qatt li s-setgħa vera hi s-servizz, u li anki l-Papa, biex iħaddem is-setgħa tiegħu, irid jidħol dejjem iżjed f’dak is-servizz li għandu l-quċċata kollha dawl tiegħu fuq is-salib.”

Tajjeb li f’dan il-jum nitolbu b’mod speċjali għall-Papa: nitolbu għall-bżonnijiet, għall-protezzjoni u għall-qdusija tiegħu kif ukoll skont l-intenzjonijiet li għandu. Ma ninsewx nitolbu għall-Knisja kollha biex tibqa’ fidila lejn is-suċċessur ta’ Pietru u f’għaqda miegħu, taħdem u sservi lil kulħadd fuq l-eżempju tal-Iben t’Alla li “ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi u jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra.”

Talba: Mulej Ġesù Kristu int waqqaft il-Knisja tiegħek fuq il-blata tal-fidi ta’ San Pietru. Agħmel li ħadd u xejn ma jkun il-kawża li jdgħajjef jew ixejjen il-fidi tagħna. Int għażilt lil San Pietru biex ikun l-ewwel wieħed li jmexxi l-Knisja tiegħek, u tlabt għalih biex il-fidi tiegħu ma tonqosx; wettaqna fl-istess fidi, u saħħaħna fil-fedeltà tagħna lejn il-Papa, is-suċċessur ta’ San Pietru. Ammen.



Il-Katedra ta' San Pietru (22 ta' Frar)


.