MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Pope Francis presided over the Holy Mass for the Centro Aletti, the Atelier where a group of Christian artists live, pray and work together.
Papa Francesco nella messa celebrata
nella cappella Redemptoris Mater per il Centro Ezio Aletti si è soffermato
sull’importanza e il valore della testimonianza cristiana e ha messo in guardia
da chi segue Gesù per il proprio tornaconto. La testimonianza cristiana non è
per guadagnare
Love in Marriage Vatican News video on 25 Jun 2021
videos playlist:- Pope Francis: THE POST-SYNODAL APOSTOLIC EXHORTATION AMORIS LAETITIA - THE JOY OF LOVE IN THE FAMILY
AMORIS LAETITIA & related videos - THE JOY OF LOVE IN THE FAMILY - IL-FERĦ TAL-IMĦABBA FIL-FAMILJA - Friday, April 8th, 2016 -&- SENA FAMILJA 2021-2022
KRITERJI GĦALL-APPLIKAZZJONI TA’ KAPITLU VIII TAL-AMORIS LÆTITIA Jannar 2017 Kriterji għall-Applikazzjoni ta’ Kapitlu VIII tal-Amoris Lætitia 1 Għażiż ħuna fis-saċerdozju, Bħall-“kewkba” li mexxiet lill-Maġi biex jiltaqgħu ma’ Ġesù, hekk hija l-Eżortazzjoni Appostolika Il-Ferħ tal-Imħabba għall-familji tagħna fil-mixja tagħhom lejn u wara Ġesù. Dan jgħodd ukoll għall-koppji u l-familji li jinsabu f’qagħdiet kumplessi, b’mod partikulari dawk li jinvolvu persuni separati jew divorzjati u li llum qegħdin f’rabta ġdida. Uħud minn dawn il-persuni, għalkemm “tilfu” l-ewwel żwieġ, ma “tilfux” it-tama tagħhom f’Ġesù. Fosthom insibu min jixtieq ħafna jkun f’paċi ma’ Alla u mal-Knisja, tant li qed jistaqsina x’għandu jagħmel biex ikun jista’ jiċċelebra s-sagramenti tal-Qrar u tal-Ewkaristija. Bħall-Maġi li meta sabu lil Ġesù għaddew minn triq oħra (ara Mt 2:12), hekk dawn il-persuni – xi drabi wara vjaġġ twil u mħarbat – jistgħu jiltaqgħu ma’ Kristu li jagħtihom futur anki meta ma jibqax possibbli li jgħaddu mill-istess triq ta’ qabel. Permezz ta’ akkumpanjament u dixxerniment onest, Alla kapaċi jiftaħ toroq ġodda quddiemhom, anki wara li ġarrbu mixja mmarkata mid-“dlam” ta’ għażliet żbaljati jew ta’ esperjenza qarsa ta’ abbandun u tradiment. Fil-laqgħa tagħhom ma’ Kristu u mal-Knisja, dawn il-persuni jsibu “dawl” li jurihom il-ħajja preżenti tagħhom u jgħinhom jaqbdu t-triq tar-ritorn lejn Alla b’ħafna tama u kuraġġ. Għalhekk, fuq l-indikazzjoni tal-Papa Franġisku, aħna l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex qed noffru dawn il-linji-gwida lis-saċerdoti fid-Djoċesijiet tagħna biex Kriterji għall-Applikazzjoni ta’ Kapitlu VIII tal-Amoris Lætitia 2 isieħbu fit-triq tad-“dixxerniment responsabbli personali u pastorali” lil dawk il-persuni li jixtiequ jaqraw l-istorja ta’ ħajjithom fid-dawl ta’ Ġesù (AL 300). Inħeġġu li dawn il-linji-gwida jinqraw fid-dawl tar-riferenzi li qed nindikaw: 1.Qabelxejn irridu nżommu quddiem għajnejna li l-ministeru pastorali tagħna ma’ persuni li jinsabu f’sitwazzjonijiet familjari kumplessi hu l-ministeru tal-Knisja, li hi Omm u Għalliema. Bħala presbiteri għandna d-dover indawlu l-kuxjenzi billi nxandru lil Kristu u l-ideal sħiħ tal-Evanġelu. Fl-istess waqt, għandna wkoll id-dmir li fuq il-passi ta’ Kristu stess, inħaddnu l-“arti tal-akkumpanjament” u nkunu għajn ta’ fiduċja, tama u integrazzjoni għal kull min qed jistaqsi biex jara lil Ġesù (ara Ġw 12:21), b’mod speċjali dawk l-aktar dgħajfa (ara AL 291, 296, 308; EG 169). Fil-każ ta’ koppji li għandhom l-ulied, din l-integrazzjoni hi meħtieġa mhux biss għalihom, imma wkoll “għall-għożża u l-edukazzjoni Nisranija ta’ wliedhom, li għandhom jitqiesu l-iżjed importanti” (AL 299, ara wkoll AL 245-246). 2.Meta niltaqgħu ma’ jew insiru nafu b’persuni f’qagħdiet hekk imsejħa “irregolari”, nagħmlu ħilitna kollha biex nidħlu fi djalogu magħhom u nsiru nafuhom fi spirtu ta’ mħabba sinċiera. Jekk imbagħad juru xewqa jew jaċċettaw li jidħlu fi proċess serju ta’ dixxerniment personali dwar il-qagħda tagħhom, nakkumpanjawhom mill-qalb u b’ħafna rispett, għożża u attenzjoni. “Importanti nuruhom li huma parti Kriterji għall-Applikazzjoni ta’ Kapitlu VIII tal-Amoris Lætitia 3 mill-Knisja, li ‘mhumiex skomunikati’ u mhumiex trattati bħala tali, għax huma dejjem jibqgħu jagħmlu parti mill-komunjoni ekkleżjali” (AL 243). F’dan il-proċess, xogħolna mhux sempliċement li nagħtu permess għas-sagramenti, li noffru “riċetti sempliċi” (ara AL 298) jew li nieħdu post il-kuxjenza tagħhom, imma li bil-paċenzja kollha ngħinuhom jiffurmawha u jdawluha biex ikunu huma stess li jaslu għal deċiżjoni sinċiera quddiem Alla u jagħmlu l-akbar ġid possibbli (ara AL 37). 3.Imma qabel ma nitkellmu fuq il-kura pastorali ma’ dawk id-dixxipli tal-Mulej li għandhom fuq spallejhom esperjenza ta’ żwieġ li ma rnexxiex u jinsabu f’relazzjoni ġdida, nixtiequ ngħidu kelma dwar dawk li qed jgħixu flimkien jew intrabtu biż-żwieġ ċivili biss. Dawn is-sitwazzjonijiet “għandhom bżonn ta’ attenzjoni pastorali mimlija ħniena u kuraġġ” (AL 293) u għandna “naffrontawhom b’mod kostruttiv u nippruvaw nibdluhom f’opportunitajiet ta’ mixja lejn il-milja taż-żwieġ u l-familja fid-dawl tal-Evanġelju” (AL 294). Fid-dixxerniment pastorali hu importanti li niddistingwu każ minn ieħor. F’ċerti każi din l-għażla “mhix motivata minn preġudizzji jew reżistenzi għall-għaqda sagramentali, imma minn sitwazzjonijiet kulturali jew kontinġenti” (AL 294), u għalhekk anki l-grad ta’ responsabbiltà morali mhuwiex l-istess f’kull każ. “Niftakru li pass ċkejken, qalb il-limitazzjonijiet kbar umani, jista’ jkun mogħġub iżjed quddiem Alla minn ħajja – li minn barra tidher tajba – ta’ min Kriterji għall-Applikazzjoni ta’ Kapitlu VIII tal-Amoris Lætitia 4 jgħaddi ħajtu bla qatt ma jħabbat wiċċu ma’ diffikultajiet importanti” (AL 305, EG 44) 4.Niġu issa għall-ministeru tagħna ma’ persuni separati jew divorzjati li qegħdin f’rabta ġdida. Jekk waqt id-dixxerniment ma’ dawn il-persuni jinbet dubju raġonevoli dwar il-validità jew il-konsumazzjoni taż-żwieġ kanoniku, nissuġġerulhom jagħmlu talba għal dikjarazzjoni ta’ nullità jew għal dissoluzzjoni tar-rabta taż-żwieġ. 5.Waqt dan id-dixxerniment, nagħmlu distinzjoni xierqa bejn sitwazzjoni u oħra, għax hawn ukoll mhux il-każi kollha huma l-istess. “Mod ikollok it-tieni rabta msaħħa biż-żmien, b’ulied ġodda, b’fedeltà mġarrba, b’għotja ġeneruża, b’impenn Nisrani, għarfien tal-irregolarità tal-qagħda li jkunu fiha u diffikultà kbira biex wieħed jerġa’ lura mingħajr ma jħoss fil-kuxjenza li se jerġa’ jaqa’ fi ħtija ġdida. Il-Knisja tagħraf dawk is-sitwazzjonijiet fejn ‘ir-raġel u l-mara, […] għal raġunijiet serji – bħalma hi l-edukazzjoni tat-tfal – ma jistgħux jinfirdu minn xulxin’. Hemm anki l-każi ta’ dawk li għamlu sforzi kbar biex isalvaw l-ewwel żwieġ u ġew inġustament abbandunati, jew anki ta’ ‘dawk li fittxew żwieġ ieħor minħabba l-edukazzjoni ta’ wliedhom, u xi kultant huma konvinti, fil-kuxjenza tagħhom, li ż-żwieġ ta’ qabel, imfarrak għalkollox, qatt ma kien validu’. Mod ieħor, mill-banda l-oħra, ikollok rabta ġdida ġejja minn divorzju riċenti, bil-konsegwenzi kollha ta’ tbatija u konfużjoni li jolqtu lill-ulied u lil familji sħaħ, jew il-qagħda ta’ xi ħadd li Kriterji għall-Applikazzjoni ta’ Kapitlu VIII tal-Amoris Lætitia 5 ripetutement naqas mid-dmirijiet tiegħu lejn il-familja. Għandu jkun ċar li dan mhuwiex l-ideal li l-Evanġelju jipproponi għaż-żwieġ u l-familja” (AL 298). 6.F’dan il-proċess ta’ dixxerniment jiswa li nwasslu lill-persuni jagħmlu “eżami tal-kuxjenza, b’mumenti ta’ riflessjoni u ta’ sogħba”, fejn “jistaqsu lilhom infushom kif ġabu ruħhom ma’ wliedhom meta l-għaqda konjugali tagħhom daħlet fi kriżi; jekk kienx hemm tentattivi ta’ rikonċiljazzjoni; x’inhi l-qagħda tal-parti l-oħra abbandunata; x’konsegwenzi għandha r-relazzjoni ġdida fuq il-bqija tal-familja u l-komunità tal-fidili; x’eżempju qed jagħtu liż-żgħażagħ li qed jitħejjew għaż-żwieġ” (AL 300). Dan jgħodd b’mod partikulari għal dawk il-każijiet fejn il-persuna tagħraf li kienet responsabbli għall-falliment taż-żwieġ. 7.Waqt id-dixxerniment, niżnu r-responsabbiltà morali fis-sitwazzjonijiet partikulari, waqt li nżommu quddiem għajnejna li hemm kundizzjonamenti u ċirkustanzi li jnaqqsu mill-ħtija ta’ min jagħmel l-azzjoni. Fil-fatt, “jista’ jkun hemm fatturi li jillimitaw il-ħila ta’ deċiżjoni” (AL 301) jew saħansitra jnaqqsu mill-ħtija u r-responsabbiltà ta’ xi għemil. Fost dawn insibu l-injoranza, in-nuqqas ta’ attenzjoni, il-vjolenza, il-biża’, l-immaturità affettiva, is-saħħa li għandhom ċerti drawwiet, l-istat ta’ qtigħ il-qalb, ir-rabtiet ta’ mħabba bla rażan, u fatturi oħra psikiċi u soċjali (ara AL 302; KKK 1753, 2352). Proprju minħabba dawn il-kundizzjonamenti u ċ-ċirkustanzi, il-Papa jgħallem li “ma nistgħux ngħidu aktar li dawk kollha li jinsabu Kriterji għall-Applikazzjoni ta’ Kapitlu VIII tal-Amoris Lætitia 6 f’qagħda hekk imsejħa ‘irregolari’ qed jgħixu fl-istat tad-dnub il-mejjet, imċaħħda mill-grazzja li tqaddes” (AL 301). “Hu għalhekk possibbli li, f’qagħda oġġettiva ta’ dnub – li mhix suġġettivament ħatja jew li mhijiex ħatja għalkollox – wieħed jista’ jgħix fil-grazzja ta’ Alla, jista’ jħobb, u jista’ wkoll jikber fil-ħajja tal-grazzja u tal-imħabba, u għal dan il-għan jirċievi l-għajnuna tal-Knisja” (AL 305). Dan id-dixxerniment hu importanti għax, fi kliem il-Papa, f’xi każi din l-għajnuna tista’ tkun ukoll l-għajnuna tas-Sagramenti (ara AL, nota 351). 8.“Meta nemmnu li kollox hu abjad jew iswed, xi drabi nkunu nagħlqu t-triq għall-grazzja li minnha l-bniedem irid jgħaddi biex jikber, u naqtgħu qalb dawk li jridu jagħmlu mixjiet ta’ qdusija li jagħtu glorja lil Alla” (AL 305). Għalhekk neħtieġu iżjed taħriġ prudenti fil-liġi tal-gradwalità (ara AL 295) biex infittxu u nilmħu l-preżenza, il-grazzja u l-ħidma ta’ Alla f’kull sitwazzjoni, u ngħinu l-persuni jersqu iżjed lejn Alla anki meta “mhumiex f’qagħda li jistgħu jifhmu, japprezzaw jew japplikaw b’mod sħiħ l-esiġenzi oġġettivi tal-liġi” (AL 295). 9.Waqt id-dixxerniment, neżaminaw ukoll il-possibbiltà tal-kontinenza konjugali. Għalkemm hi ideal tqil, jaf ikun hemm koppji li bil-qawwa tal-grazzja jipprattikaw din il-virtù, mingħajr ma jqiegħdu f’riskju aspetti oħra tal-ħajja tagħhom flimkien. Min-naħa l-oħra, jeżistu sitwazzjonijiet kumplessi fejn li tnejn jgħixu “ta’ aħwa” Kriterji għall-Applikazzjoni ta’ Kapitlu VIII tal-Amoris Lætitia 7 ikun umanament impossibbli jew joħloq dannu akbar (ara AL, nota 329). 10.Jekk frott ta’ proċess ta’ dixxerniment, magħmul b’ “umiltà, diskrezzjoni, imħabba lejn il-Knisja u t-tagħlim tagħha, fit-tiftixa sinċiera tar-rieda ta’ Alla u fix-xewqa li wieħed jasal għal tweġiba iżjed pefetta għaliha” (AL 300), persuna separata jew divorzjata li tkun f’rabta ġdida tasal – b’kuxjenza iffurmata u mdawla – li tagħraf u temmen li hi f’paċi ma’ Alla, ma tistax tkun imċaħħda milli tersaq għas-sagramenti tal-Qrar u tal-Ewkaristija (ara AL, noti 336 u 351). 11.Waqt id-dixxerniment, ngħarblu ma’ dawn il-persuni kif “sehemhom jista’ jesprimi ruħu f’diversi servizzi ekkleżjali”, partikularment “fil-qasam liturġiku, pastorali, edukattiv u istituzzjonali” (AL 299). Mhux eskluż illi dawn il-persuni jistgħu jikkwalifikaw biex ikunu parrini. Min-naħa l-oħra, “jekk xi ħadd jiddandan bi dnub oġġettiv bħallikieku kien parti mill-ideal Nisrani, jew irid jimponi xi ħaġa differenti minn dak li tgħallem il-Knisja, ma jistax jippretendi li jagħmel katekeżi jew jipprietka”. Lil persuna bħal din, għandna d-dover inxandrulha mill-ġdid “it-tħabbira tal-Evanġelju u l-istedina għall-konverżjoni”. Imma għaliha wkoll jista’ jkun hemm modi kif tieħu sehem fil-ħajja tal-komunità, bħal ngħidu aħna fil-ħidmiet soċjali, fil-laqgħat ta’ talb, jew skont dak li l-inizjattiva personali tagħha, flimkien mad-dixxerniment tagħna, tista’ tissuġġerixxi (ara AL 297). Kriterji għall-Applikazzjoni ta’ Kapitlu VIII tal-Amoris Lætitia 8 12.F’dan l-akkumpanjament, importanti li nisimgħu u nagħtu valur lit-tbatija ta’ dawk il-persuni li b’mod inġust ġarrbu s-separazzjoni, id-divorzju jew l-abbandun, minħabba maltrattamenti mill-parti l-oħra. Dan l-uġigħ isir iżjed trawmatiku f’sitwazzjonijiet ta’ faqar. Il-maħfra tal-inġustizzja li persuna tkun ġarrbet mhix ħaġa ħafifa, imma hi mixja li l-grazzja tagħmel possibbli (ara AL 242). 13.Waqt li niżvolġu dan il-ministeru, għandna r-responsabbiltà li la naqgħu fir-rigoriżmu u lanqas fil-lassiżmu. Għalhekk, dan il-proċess jitlob minna diversi atteġġjamenti, fosthom: spirtu ta’ karità pastorali, onestà, diskrezzjoni, konverżjoni kontinwa, u mħabba lejn il-Knisja u t-tagħlim tagħha (ara AL 267, 300); attenzjoni u smigħ għal dak li Alla għamel “sa mill-bidu” (ara AL 61-66); umiltà biex ninżgħu l-qorq quddiem l-art imqaddsa tal-persuna l-oħra (ara Eż 3:5; EG 169); u xewqa li nfittxu b’sinċerità r-rieda ta’ Alla u li nxerrdu l-fwieħa tal-preżenza ta’ Ġesù u tal-ħarsa personali tiegħu (ara EG 169). 14.Sabiex nevitaw kull okkażjoni ta’ skandlu jew konfużjoni fost il-poplu (ara AL 299), għandna nagħmlu ħilitna kollha biex niffurmaw lilna nfusna u lill-komunitajiet tagħna billi nistudjaw u nippromovu t-tagħlim miġbur fl-Amoris Lætitia. Dan it-tagħlim qed jitlob minna “konverżjoni pastorali” (EG 25). Flimkien mal-Papa, nifhmu li hawn uħud “li jippreferu pastorali iżjed riġida”, imma miegħu sinċerament nemmnu “li Ġesù jrid Knisja attenta għall-ġid li l-Ispirtu jxerred Kriterji għall-Applikazzjoni ta’ Kapitlu VIII tal-Amoris Lætitia 9 qalb id-dgħufijiet tagħna: Omm li, waqt li tesprimi ċar it-tagħlim oġġettiv tagħha, ‘qatt ma tgħid le għall-ġid li jista’ jsir, anzi lesta li tidħol għar-riskju li titħammeġ bit-tajn tat-triq’” (AL 308). Nitolbu lil Alla, bl-interċessjoni tal-Familja Mqaddsa ta’ Nazaret, biex permezz tas-saċerdoti tagħna, il-Knisja f’Malta u Għawdex tkun messaġġiera li tgħin lill-bniedem tal-lum jinfetaħ għal-leħen ta’ Alla fil-kuxjenza tiegħu, u hekk jara tinfetaħ quddiemu t-triq il-ġdida li toħorġu mid-dlam għad-dawl. Illum, 8 ta’ Jannar 2017, is-Solennità tal-Epifanija tal-Mulej. Charles J. Scicluna Mario Grech Arċisqof ta’ Malta Isqof ta’ Għawdex KAPITLU VIII TAL-EŻORTAZZJONI APPOSTOLIKA TAL-PAPA FRANĠISKU AMORIS LÆTITIA INSIEĦBU, NIDDIXXERNU U NINTEGRAW ID-DGĦUFIJA Amoris Lætitia Kapitlu VIII 1 291. Il-Padri Sinodali saħqu li, minkejja li l-Knisja żżomm li kull tifrika tar-rabta taż-żwieġ “hi kontra r-rieda ta’ Alla, taf ukoll bid-dgħufija ta’ ħafna minn uliedha”.1 Imdawla mill-ħarsa ta’ Kristu, “il-Knisja ddur bi mħabba fuq dawk kollha li mhux qed jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja tagħha, għax tagħraf li l-grazzja ta’ Alla taħdem f’ħajjithom ukoll u tagħtihom il-kuraġġ biex iwettqu t-tajjeb, biex jieħdu ħsieb ta’ xulxin bi mħabba u jkunu ta’ servizz għall-komunità li fiha jgħixu u jaħdmu”.2 Min-naħa l-oħra, din l-imġiba hi msaħħa aktar fid-dawl ta’ Sena Mqaddsa ddedikata lill-Ħniena. Anki jekk dejjem tipproponi l-perfezzjoni u tistieden għal tweġiba iżjed sħiħa lil Alla, “il-Knisja għandha ssieħeb b’attenzjoni u għożża lil uliedha l-aktar dgħajfa, milquta minn imħabba miġruħa u mifnija, u tagħtihom lura l-fiduċja u t-tama, bħad-dawl tal-fanal ta’ port jew ta’ musbieħ mixgħul f’nofs in-nies biex idawwal lil dawk li tilfu t-triq jew inqabdu f’nofs tempesta qalila”.3 Ma ninsewx li spiss il-missjoni tal-Knisja tixbah lil dik ta’ sptar fuq kamp tal-battalja. 292. Iż-żwieġ Nisrani, mera tar-rabta bejn Kristu u l-Knisja tiegħu, jitwettaq b’mod sħiħ fl-għaqda bejn raġel u mara, li jingħataw lil xulxin fi mħabba esklussiva u fil-fedeltà ħielsa, jibqgħu ta’ xulxin sal-mewt u miftuħa għat-trasmissjoni tal-ħajja, ikkonsagrati mis-sagrament li jsawwab fuqhom il-grazzja biex jinbnew bħala Knisja 1 Relatio Synodi 2014, 24. 2 Ibid., 25. 3 Ibid., 28. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 2 tad-dar u ħmira ta’ ħajja ġdida fis-soċjetà. Xorta oħra ta’ rabtiet huma radikalment kuntrarji għal dan l-ideal, waqt li xi wħud iwettquh biss f’parti minnu jew f’xebh. Il-Padri Sinodali saħqu li l-Knisja qatt ma tonqos li tagħraf il-valur ta’ dawk l-elementi li jikkostitwixxu dawk is-sitwazzjonijiet li għadhom ma jikkorrispondux jew m’għadhomx jikkorrispondu mat-tagħlim tagħha dwar iż-żwieġ.4 Il-gradwalità fil-pastorali 293. Il-Padri qiesu wkoll il-qagħda partikulari ta’ żwieġ ċivili biss jew, mhux mingħajr distinzjoni, anki ta’ sempliċi konvivenza fejn, “meta dik l-għaqda partikulari tilħaq ċerta stabbiltà permezz ta’ rabta pubblika, hi kkaratterizzata minn imħabba qawwija, tagħti responsabbiltà fil-konfront tal-ulied, u toffri l-kapaċità li jiġu ssuperati l-provi, allura nistgħu nħarsu lejha bħala okkażjoni ta’ akkumpanjament fl-iżvilupp lejn is-sagrament taż-żwieġ”.5 Min-naħa l-oħra hu ta’ tħassib il-fatt li ħafna żgħażagħ illum m’għandhomx fiduċja fiż-żwieġ u jibqgħu jikkoabitaw u dejjem jipposponu għal iżjed tard l-impenn taż-żwieġ, waqt li oħrajn iġibu fi tmiemu l-impenn li jkunu ħadu u dlonk jidħlu f’ieħor ġdid. Dawk “li jagħmlu parti mill-Knisja, għandhom bżonn ta’ attenzjoni pastorali mimlija ħniena u kuraġġ”.6 Fil-fatt, hu 4 Ara ibid., 41, 43; Relatio finalis 2015, 70. 5 Relatio Synodi 2014, 27. 6 Ibid., 26. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 3 dmir tar-Ragħajja mhux biss li jippromovu ż-żwieġ Nisrani, imma anki li jagħmlu “d-dixxerniment pastorali tas-sitwazzjonijiet ta’ tant nies li m’għadhomx jgħixu iżjed din ir-realtà”, ħalli “nidħlu fi djalogu pastorali ma’ persuni bħal dawn biex nuruhom liema huma dawk l-aspetti ta’ ħajjithom li jistgħu jwasslu għal ftuħ ikbar għall-Evanġelju taż-żwieġ fil-milja tiegħu”.7 Fid-dixxerniment pastorali jixraq li “jidentifikaw elementi li jistgħu jiffavorixxu l-evanġelizzazzjoni u l-maturità umana u spiritwali”.8 294. “L-għażla taż-żwieġ ċivili jew, f’bosta każi, tas-sempliċi konvivenza, spiss mhix immotivata minn preġudizzji jew reżistenzi għall-għaqda sagramentali, imma minn sitwazzjonijiet kulturali jew kontinġenti”.9 F’dawn is-sitwazzjonijiet għandhom jingħataw il-valur li jixirqilhom dawn is-sinjali ta’ mħabba li b’xi mod jirriflettu l-imħabba ta’ Alla.10 Nafu li “qed jiżdied l-għadd ta’ dawk li wara li jkunu għexu flimkien għal żmien twil, jitolbu li jiċċelebraw iż-żwieġ tagħhom fil-Knisja. L-għażla ta’ sempliċi konvivenza spiss hi frott tal-mentalità ġenerali li teħodha kontra l-istituzzjonijiet u l-impenji defenittivi, imma anki għax wieħed jibqa’ jistenna aktar ċertezza fil-ħajja (xogħol jew paga fissa). Fl-aħħar nett, f’pajjiżi oħra, l-unjonijiet de facto huma ħafna fl-għadd, mhux biss għax qed jitwarrbu l-valuri tal-familja u taż-żwieġ, imma fuq 7 Ibid., 41. 8 Ibid. 9 Relatio finalis 2015, 71. 10 Ara ibid. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 4 kollox għax il-fatt li tiżżewweġ hu meqjus lussu, minħabba fil-kundizzjonijiet soċjali, hekk li l-miżerja materjali twassalhom biex jgħixu f’unjonijiet de facto”.11 Madankollu, “dawn is-sitwazzjonijiet kollha għandna naffrontawhom b’mod kostruttiv, u nippruvaw nibdluhom f’opportunitajiet ta’ mixja lejn il-milja taż-żwieġ u tal-familja fid-dawl tal-Evanġelju. Irridu nilqgħuhom u nakkumpanjawhom b’sabar u delikatezza”.12 Dan hu li għamel Ġesù mas-Samaritana (ara Ġw 4:1-26): kellu kelma għax-xenqa tagħha għal imħabba vera, biex ħelisha minn dak kollu li kien qed idallmilha ħajjitha u wrieha t-triq għall-ferħ sħiħ tal-Evanġelju. 295. F’din il-linja, San Ġwanni Pawlu II jipproponi l-hekk imsejħa “liġi tal-gradwalità”, għax jaf li l-bniedem “jagħraf, iħobb u jagħmel il-ġid morali huwa u jikber”.13 Mhix “gradwalità tal-liġi”, imma gradwalità fit-taħriġ prudenti tal-għemejjel ħielsa f’persuni li mhumiex f’qagħda li jistgħu jifhmu, japprezzaw jew jipprattikaw b’mod sħiħ l-esiġenzi oġġettivi tal-liġi. Għax anki l-liġi hi don ta’ Alla li juri t-triq, don għal kulħadd bla eċċezzjoni li nistgħu ngħixu bil-qawwa tal-grazzja, imqar jekk f’kull bniedem “jiżviluppa ruħu proċess dejjem sejjer ’il quddiem li jfittex idaħħal bil-mod il-mod fil-ħajja personali u soċjali kollha 11 Relatio Synodi 2014, 42. 12 Ibid., 43. 13 Eżortazzjoni appostolika Familiaris consortio (22 ta’ Novembru 1981), 34: AAS 74 (1982), 123. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 5 kemm hi tal-bniedem kulma jagħti Alla u kulma titlob imħabba sħiħa u kbira”.14 Id-dixxerniment tal-qagħdiet hekk imsejħa “irregolari”15 296. Is-Sinodu tkellem dwar bosta qagħdiet ta’ dgħufija jew ta’ imperfezzjoni. Hawn nixtieq infakkar dak li ridt nipproponi b’mod ċar lill-Knisja kollha biex ma jiġrilniex li naqbdu triq b’oħra: “Hemm żewġ xorta ta’ loġika li jterrqu tul l-istorja kollha tal-Knisja: jew twarrab jew tintegra mill-ġdid […]. It-triq tal-Knisja, mill-Konċilju ta’ Ġerusalemm ’il quddiem, dejjem kienet dik ta’ Ġesù: dik tal-ħniena u tal-integrazzjoni […]. It-triq tal-Knisja hi dik li ma tikkundanna qatt lil ħadd għal dejjem; li xxerred il-ħniena ta’ Alla fuq dawk kollha li jfittxuha b’qalb sinċiera […]. Għax il-vera mħabba dejjem tingħata mingħajr il-merti ta’ dak li jkun, bla ebda kundizzjonijiet jew ħlas!”16 Għalhekk, “għandna nevitaw ġudizzji li jinjoraw il-kumplessità tad-diversi sitwazzjonijiet, u jeħtieġ inkunu attenti għall-mod kif il-persuni qed jgħixu u jbatu minħabba fil-qagħda tagħhom”.17 14 Ibid., 9: 90. 15 Ara Katekeżi (24 ta’ Ġunju 2015): L’Osservatore Romano, 25 ta’ Ġunju 2015, 8. 16 Omelija fl-Ewkaristija ċċelebrata mal-kardinali ġodda (15 ta’ Frar 2015): AAS 107 (2015), 257. 17 Relatio finalis 2015, 51. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 6 297. Għandna nintegraw lil kulħadd, u lil kulħadd irridu ngħinu jsib il-mod tiegħu kif jieħu sehem fil-komunità ekkleżjali, biex iħossu hu wkoll oġġett ta’ ħniena li hu jirċievi “bla merti, bla kundizzjonijiet u bla ħlas”. Ħadd mhu kkundannat għal dejjem, għax din mhix il-loġika tal-Evanġelju! M’iniex ngħid biss għad-divorzjati li qegħdin f’rabta ġdida, imma għal kulħadd, f’kull qagħda li fiha jinsab. Bla dubju, jekk xi ħadd jiddandan bi dnub oġġettiv bħallikieku kien parti mill-ideal Nisrani, jew irid jimponi xi ħaġa differenti minn dak li tgħallem il-Knisja, ma jistax jippretendi li jagħmel katekeżi jew jipprietka, u f’dan is-sens hemm xi ħaġa li taqtgħu mill-komunità (ara Mt 18:17). Għandu bżonn jisma’ mill-ġdid it-tħabbira tal-Evanġelju u l-istedina għall-konverżjoni. Imma mqar għal din il-persuna jista’ jkun hemm xi mod kif tieħu sehem fil-ħajja tal-komunità: fil-ħidmiet soċjali, fil-laqgħat ta’ talb, jew skont dak li l-inizjattiva personali tiegħu, flimkien mad-dixxerniment tar-Ragħaj, tista’ tissuġġerilu. Dwar kif għandna nġibu ruħna mad-diversi qagħdiet imsejħa “irregolari”, il-Padri Sinodali laħqu qbil ġenerali, li jiena nikkonferma: “Biex ikollha din l-attitudni pastorali mal-persuni li daħlu fi żwieġ ċivili, li huma divorzjati u miżżewġa mill-ġdid, jew li sempliċement qed jikkoabitaw, il-Knisja għandha turihom il-pedagoġija divina tal-grazzja li taħdem f’ħajjithom u tgħinhom jilħqu l-milja tal-pjan ta’ Alla għalihom”,18 ħaġa li hi dejjem possibbli bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. 18 Relatio Synodi 2014, 25. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 7 298. Ngħidu aħna, id-divorzjati li qegħdin f’rabta ġdida jistgħu jsibu ruħhom f’qagħdiet differenti ħafna minn xulxin, li ma jistgħux jiġu kkatalogati jew magħluqa f’affermazzjonijiet riġidi żżejjed bla ma nagħtu lok għal dixxerniment personali u pastorali xieraq. Mod ikollok it-tieni rabta msaħħa biż-żmien, b’ulied ġodda, b’fedeltà mġarrba, b’għotja ġeneruża, b’impenn Nisrani, għarfien tal-irregolarità tal-qagħda li jkunu fiha u diffikultà kbira biex wieħed jerġa’ lura mingħajr ma jħoss fil-kuxjenza li se jerġa’ jaqa’ fi ħtija ġdida. Il-Knisja tagħraf dawk is-sitwazzjonijiet fejn “ir-raġel u l-mara, […] għal raġunijiet serji – bħalma hi, l-edukazzjoni tat-tfal – ma jistgħux jinfirdu minn xulxin”.19 Hemm anki l-każi ta’ dawk li għamlu sforzi kbar biex isalvaw l-ewwel żwieġ u ġew inġustament abbandunati, jew anki ta’ “dawk li fittxew żwieġ ieħor minħabba l-edukazzjoni ta’ wliedhom, u xi kultant huma konvinti, fil-kuxjenza tagħhom, li ż-żwieġ ta’ qabel, imfarrak għalkollox, qatt ma kien validu”.20 Mod ieħor, mill-banda l-oħra, ikollok rabta ġdida ġejja minn divorzju riċenti, bil-konsegwenzi kollha ta’ tbatija u konfużjoni li jolqtu lill-ulied u lil familji sħaħ, jew il-qagħda 19 ĠWANNI PAWLU II, Eżortazzjoni appostolika Familiaris consortio (22 ta’ Novembru 1981), 84: AAS 74 (1982), 186. F’dawn is-sitwazzjonijiet, ħafna jagħrfu u jaċċettaw il-possibbiltà offruta lilhom mill-Knisja li jgħixu flimkien “qishom aħwa”, imma jintebħu li, jekk jibqgħu nieqsa ċerti espressjonijiet ta’ intimità, “il-fedeltà ħafna drabi tista’ tiġi fil-periklu, u l-ġid tal-ulied isofri” (KONĊILJU EKUMENIKU VATIKAN II, Kostituzzjoni pastorali Gaudium et spes, 51). 20 ĠWANNI PAWLU II, Eżortazzjoni appostolika Familiaris consortio (22 ta’ Novembru 1981), 84: AAS 74 (1982), 186. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 8 ta’ xi ħadd li ripetutement naqas mid-dmirijiet tiegħu lejn il-familja. Għandu jkun ċar li dan mhuwiex l-ideal li l-Evanġelju jipproponi għaż-żwieġ u l-familja. Il-Padri Sinodali saħqu li d-dixxerniment tar-Ragħajja għandu dejjem “jagħmel distinzjoni xierqa”,21 b’ħarsa li tgħarbel tajjeb kull sitwazzjoni.22 Nafu li ma jeżistux “riċetti sempliċi”.23 299. Nilqa’ r-riflessjonijiet ta’ bosta Padri Sinodali, li riedu jisħqu li “l-imgħammdin li huma divorzjati u reġgħu żżewġu ċivilment għandhom jiġu integrati iżjed fil-komunitajiet Insara bid-diversi modi possibbli, waqt li nevitaw kull okkażjoni ta’ skandlu. Il-loġika tal-integrazzjoni hi l-muftieħ tat-tisħib pastorali tagħhom, biex mhux biss jagħrfu li huma jagħmlu parti mill-Ġisem ta’ Kristu li hu l-Knisja, imma li jistgħu wkoll jagħmlu esperjenza hienja u għammiela fi ħdanha. Huma mgħammdin, huma aħwa, l-Ispirtu s-Santu jsawwab fuqhom id-doni u kariżmi għall-ġid ta’ kulħadd. Sehemhom jista’ jesprimi ruħu f’diversi servizzi ekkleżjali: għalhekk għandna niddixxernu liema mid-diversi xejriet ta’ esklużjoni li qed jiġu pprattikati bħalissa fil-qasam liturġiku, pastorali, edukattiv u istituzzjonali jistgħu jitwarrbu. Huma mhux biss m’għandhomx iħossuhom skomunikati, imma jistgħu jgħixu u jimmaturaw bħala membri ħajjin tal-Knisja, u jħossuha bħala omm li dejjem 21 Relatio Synodi 2014, 26. 22 Ara ibid., 45. 23 BENEDITTU XVI, Diskors fis-VII Laqgħa Dinjija tal-Familji, Milan (2 ta’ Ġunju 2012), tweġiba 5: Insegnamenti VIII, 1 (2012), 691. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 9 tilqagħhom, tieħu ħsieb tagħhom bi mħabba, u tagħmlilhom il-qalb fil-mixja tal-ħajja u tal-Evanġelju. Din l-integrazzjoni hi meħtieġa wkoll għall-għożża u l-edukazzjoni Nisranija ta’ wliedhom, li għandhom jitqiesu l-iżjed importanti”.24 300. Jekk inqisu l-firxa bla qies ta’ sitwazzjonijiet konkreti, bħal dawk li semmejna hawn, nifhmu li ma nistgħux nistennew mis-Sinodu u minn din l-Eżortazzjoni xi norma ġenerali ġdida ta’ bixra kanonika, li tapplika għall-każi kollha. Nistgħu biss noffru tħeġġiġa ġdida għal dixxerniment responsabbli personali u pastorali tal-każi partikulari, li għandu jagħraf li, billi “l-grad ta’ responsabbiltà mhuwiex l-istess f’kull każ”,25 il-konsegwenzi u l-effetti ta’ norma mhux bilfors għandhom ikunu dejjem l-istess.26 Hu fid-dmir tal-presbiteri li “jsieħbu lill-persuni interessati fit-triq tad-dixxerniment skont it-tagħlim tal-Knisja u l-orjentamenti li jagħti l-Isqof. F’dan il-proċess jiswa li jagħmlu eżami tal-kuxjenza, b’mumenti ta’ riflessjoni u ta’ sogħba. Id-divorzjati li reġgħu żżewġu għandhom jistaqsu lilhom infushom kif ġabu ruħhom ma’ wliedhom meta 24 Relatio finalis 2015, 84. 25 Ibid., 51. 26 Lanqas f’dik li hi dixxiplina sagramentali, jekk bid-dixxerniment wieħed jagħraf li f’sitwazzjoni partikulari m’hemmx ħtija gravi. Hawn jiġi applikat dak li ntqal f’dokument ieħor: ara Eżortazzjoni appostolika Evangelii gaudium (24 ta’ Novembru 2013), 44, 47: AAS 105 (2013), 1038-1040. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 10 l-għaqda konjugali tagħhom daħlet fi kriżi; jekk kienx hemm tentattivi ta’ rikonċiljazzjoni; x’inhi l-qagħda tal-parti l-oħra abbandunata; x’konsegwenzi għandha r-relazzjoni ġdida fuq il-bqija tal-familja u l-komunità tal-fidili; x’eżempju qed jagħtu liż-żgħażagħ li qed jitħejjew għaż-żwieġ. Riflessjoni sinċiera tista’ ssaħħaħ il-fiduċja fil-ħniena ta’ Alla li qatt ma tiġi miċħuda lil ħadd”.27 Qed nitkellmu dwar mixja ta’ tisħib u ta’ dixxerniment li “torjenta lil dawn il-fidili biex jagħrfu fil-kuxjenza tagħhom u quddiem Alla l-qagħda li jinsabu fiha. Il-kollokju mas-saċerdot, fil-foro interno, jgħin biex jissawwar ġudizzju korrett fuq dak li qed ixekkel il-possibbiltà ta’ sehem iżjed sħiħ fil-ħajja tal-Knisja u fuq il-passi li jistgħu jqarrbu lejha u jgħinuha tikber. Billi fl-istess liġi m’hemmx gradwalità (ara Familiaris consortio, 34), dan id-dixxerniment ma jista’ qatt iwarrab l-esiġenzi tal-verità u tal-imħabba tal-Evanġelju proposti mill-Knisja. Biex dan iseħħ, iridu jiġu żgurati l-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ umiltà, diskrezzjoni, imħabba lejn il-Knisja u t-tagħlim tagħha, fit-tiftixa sinċiera tar-rieda ta’ Alla u fix-xewqa li wieħed jasal għal tweġiba iżjed perfetta għaliha”.28 Dawn l-atteġġjamenti huma fundamentali biex naħarbu r-riskju serju li jintbagħtu l-messaġġi żbaljati, bħall-idea li xi saċerdot jista’ malajr jikkonċedi “eċċezzjonijiet”, jew li jeżistu nies li jistgħu jiksbu privileġġi sagramentali bi ħlas għal xi favur li jkunu għamlu. Meta ssib persuna responsabbli u diskreta, li ma tippretendix li tqiegħed 27 Relatio finalis 2015, 85. 28 Ibid., 86. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 11 ix-xewqat tagħha ’l fuq mill-ġid komuni tal-Knisja, flimkien ma’ Ragħaj li jaf jagħraf is-serjetà tal-kwistjoni li jkun qed jittratta, jiġi evitat ir-riskju li xi dixxerniment partikulari jagħti lil xi ħadd x’jaħseb li l-Knisja qed timxi b’morali doppja. Iċ-ċirkustanzi attenwanti f’dixxerniment pastorali 301. Biex nifhmu aħjar għaliex hemm bżonn dixxerniment speċjali f’ċerti sitwazzjonijiet imsejħa “irregolari”, hemm kwistjoni li dejjem irridu nagħtu kasha, waqt li nżommu f’moħħna li qatt ma nistgħu nfaqqru dak li qed jitlob minna l-Evanġelju. Il-Knisja twettaq riflessjoni soda fuq il-kundizzjonamenti u ċ-ċirkustanzi attenwanti li jnaqqsu mill-gravità tal-azzjoni. Għalhekk ma nistgħux ngħidu li dawk kollha li jinsabu f’qagħda hekk imsejħa “irregolari” qed jgħixu fl-istat tad-dnub il-mejjet, imċaħħda mill-grazzja li tqaddes. Il-limiti ma jiddipendux biss mill-injoranza tan-norma. Suġġett ta’ azzjoni, anki jekk ikun jaf sewwa n-norma, jista’ jsibha bi tqilha qatigħ biex jifhem “il-valuri stess ta’ din ir-regola morali”29 jew jista’ jsib ruħu f’qagħdiet konkreti li ma jħalluhx jaġixxi b’mod differenti u li jieħu deċiżjonijiet oħrajn mingħajr ma jaqa’ fi ħtija ġdida. Kif esprimew ruħhom tajjeb il-Padri Sinodali, “jista’ jkun hemm fatturi li jillimitaw il-ħila ta’ deċiżjoni”.30 San Tumas ta’ Aquino diġà kien għaraf li xi ħadd jista’ jkollu 29 ĠWANNI PAWLU II, Eżortazzjoni appostolika Familiaris consortio (22 ta’ Novembru 1981), 33: AAS 74 (1982), 121. 30 Relatio finalis 2015, 51. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 12 l-grazzja u l-imħabba, imma mingħajr ma jista’ jħaddem tajjeb waħda mill-virtujiet,31 hekk li mqar jekk għandu l-virtujiet morali kollha msawbin fuqu, ma jirnexxilux juri ċar l-eżistenza ta’ xi waħda minnhom, għax isibha bi tqilha biex jaġixxi esternament b’dik il-virtù: “Jingħad li xi qaddisin m’għandhomx ċerti virtujiet, ladarba jsibuha bi tqila jwettqu l-għemejjel tagħhom, […] imqar jekk għandhom id-drawwa tal-virtujiet kollha”.32 302. Dwar dawn il-kundizzjonamenti l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jesprimi ruħu b’mod ċar ħafna: “Il-ħtija u r-responsabbiltà ta’ xi għemil jistgħu jonqsu jew jispiċċaw għalkollox minħabba l-injoranza, in-nuqqas ta’ attenzjoni, il-vjolenza, il-biża’, id-drawwiet, ir-rabtiet ta’ mħabba bla rażan, u fatturi oħra psikiċi jew soċjali”.33 F’paragrafu ieħor jirriferi mill-ġdid għaċ-ċirkustanzi li jnaqqsu mir-responsabbiltà morali, u jsemmi fit-tul l-immaturità affettiva, is-saħħa li għandhom id-drawwiet li ndraw, l-istat ta’ qtigħ il-qalb, u fatturi oħra psikiċi u soċjali.34 Għal din ir-raġuni, ġudizzju negattiv fuq 31 Ara Summa Theologiæ I-II, q. 65, a. 3, ad 2; De malo, q. 2, a. 2. 32 Ibid., ad 3. 33 N. 1735. 34 Ara ibid., 2352; KONGREGAZZJONI GĦAD-DUTTRINA TAL-FIDI, Dikjarazzjoni Iura et bona fuq l-ewtanasja (5 ta’ Mejju 1980), II: AAS 72 (1980), 546. Ġwanni Pawlu II jikkritika l-kategorija tal-“għażla fundamentali”, u jagħraf li “jista’ jkun hemm kundizzjonijiet, tant ikkumplikati u tant imħawdin mill-aspett psikoloġiku, li jistgħu jinfluwenzaw il-ħtija suġġettiva tal-midneb” (Eżortazzjoni appostolika Reconciliatio et pænitentia [2 ta’ Diċembru 1984], 17: AAS 77 [1985], 223). Amoris Lætitia Kapitlu VIII 13 sitwazzjoni oġġettiva ma jimplikax ġudizzju fuq ir-responsabbiltà jew il-ħtija tal-persuna involuta.35 Fid-dawl ta’ dawn il-konvinzjonijiet, nemmen li hu f’postu ħafna dak li riedu jagħfsu fuqu ħafna Padri Sinodali: “F’xi ċirkustanzi partikulari l-persuni jsibuha bi tqila ħafna li jaġixxu mod ieħor. […] Id-dixxerniment pastorali, waqt li jżomm f’moħħu wkoll il-kuxjenza ffurmata tajjeb tal-persuni, għandu jagħti kas ta’ dawn is-sitwazzjonijiet. Lanqas il-konsegwenzi tal-atti magħmula mhuma neċessarjament l-istess fil-każi kollha”.36 303. Waqt li nagħrfu l-piż li għandhom il-kundizzjonamenti konkreti, nistgħu nżidu li l-kuxjenza tal-persuni għandu jkollha sehem akbar fil-prassi tal-Knisja f’ċerti sitwazzjonijiet li ma jwettqux oġġettivament dak li aħna nifhmu bi żwieġ. Naturalment għandna dejjem inħeġġu l-formazzjoni ta’ kuxjenza mdawla, iffurmata u msieħba mid-dixxerniment responsabbli u serju tar-Ragħaj, u nipproponu fiduċja dejjem akbar fil-grazzja. Imma din il-kuxjenza tista’ tagħraf mhux biss li hemm qagħda li mhix twieġeb oġġettivament għall-proposta ġenerali tal-Evanġelju; tista’ tagħraf ukoll b’sinċerità u onestà dik li għall-mument ta’ issa hi t-tweġiba ġeneruża li tista’ toffri lil Alla, u tiskopri b’xi ċertezza morali li dik hi l-għotja li Alla nnifsu qed jitlob minnha qalb il-kumplessità konkreta tal-limiti, anki jekk dan għadu mhux l-ideal oġġettiv sħiħ. 35 Ara KUNSILL PONTIFIĊJU GĦAT-TESTI LEĠISLATTIVI, Dikjarazzjoni fuq l-aċċess għat-Tqarbin tad-divorzjati li reġgħu żżewġu (24 ta’ Ġunju 2000), 2. 36 Relatio finalis 2015, 85. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 14 Hu x’inhu, infakkru li dan id-dixxerniment hu dinamiku u għandu jibqa’ dejjem miftuħ għal passi ġodda li fihom wieħed jikber u jieħu deċiżjonijiet ġodda li bihom jista’ jilħaq l-ideal b’mod iżjed sħiħ. In-normi u d-dixxerniment 304. Inkunu qed infaqqru wisq id-diskors tagħna meta noqogħdu nqisu biss jekk l-aġir ta’ persuna hux iwieġeb jew le għal liġi jew għal norma ġenerali, għax dan mhux biżżejjed biex nistgħu niddixxernu u niżguraw fedeltà sħiħa lejn Alla fil-ħajja konkreta tal-bniedem. Nitlob bil-ħrara li niftakru dejjem f’dak li jgħallimna San Tumas ta’ Aquino u li nitgħallmu nagħmluh tagħna fid-dixxerniment pastorali: “Minkejja li fil-ħwejjeġ ġenerali hemm ċerta neċessità, aktar ma wieħed jinżel fil-ħwejjeġ partikulari, aktar isib indeterminazzjoni. […] Fil-qasam prattiku mhijiex l-istess għal kulħadd il-verità jew in-norma prattika f’relazzjoni mal-partikulari, imma biss f’relazzjoni ma’ dak li hu ġenerali; u anki fost dawk li jaċċettaw l-istess norma prattika għall-każijiet partikulari, din mhijiex magħrufa l-istess minn kulħadd. […] U aktar ma tinżel fil-partikular, aktar tikber l-indeterminazzjoni”.37 Hu minnu li n-normi ġenerali jippreżentaw ġid li qatt m’għandna nwarrbu jew nittraskuraw, imma fil-formulazzjoni tiegħu ma jistgħux iħaddnu għalkollox il-qagħdiet partikulari kollha. Fl-istess ħin irridu ngħidu li, proprju għal din ir-raġuni, dak li 37 Summa Theologiæ I-II, q. 94, art. 4. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 15 jagħmel parti minn dixxerniment prattiku quddiem sitwazzjoni partikulari ma jistax jitgħolla għal-livell ta’ norma. Dan mhux biss jagħti lok għal każistika insapportabbli, imma jispiċċa jqiegħed f’riskju l-valuri li għandna nħarsu b’tant reqqa.38 305. Għalhekk, Ragħaj ma jistax iħossu sodisfatt biss li qed iħaddem il-liġijiet morali ma’ dawk li qegħdin jgħixu f’sitwazzjonijiet “irregolari”, bħallikieku kienu ġebliet biex jitwaddbu kontra l-ħajjiet tan-nies. Dawn huma qlub magħluqa, li spiss jistaħbew saħansitra wara t-tagħlim tal-Knisja “biex ipoġġu fuq il-katedra ta’ Mosè u jagħmlu ħaqq, xi drabi b’superjorità u superfiċjalità, mill-każijiet diffiċli u l-familji midruba”.39 F’din l-istess linja tkellmet il-Kummissjoni Teoloġika Internazzjonali: “Għalhekk il-liġi naturali ma tistax tiġi ppreżentata bħala ġabra diġà lesta ta’ regoli imposti a priori fuq is-suġġett morali, imma hi għajn li b’mod oġġettiv tnebbaħ il-proċess, qabelxejn personali, tat-teħid ta’ deċiżjoni”.40 Minħabba fil-kundizzjonamenti jew aspetti li jnaqqsu l-gravità, hu 38 Meta jirriferi għall-għarfien ġenerali tan-norma u għall-għarfien partikulari tad-dixxerniment prattiku, San Tumas jasal biex jgħid li “jekk m’hemmx ħlief waħda minn dawn iż-żewġ xejriet ta’ għarfien, nippreferu li dan ikun l-għarfien tar-realtà partikulari, li aktar toqrob lejn l-għemil” (Sententia libri Ethicorum, VI, 6 [ed. Leonina, t. XLVII, 354]). 39 Diskors fl-għeluq tal-XIV-il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet (24 ta’ Ottubru 2015): L’Osservatore Romano, 26-27 ta’ Ottubru 2015, 13. 40 Infittxu etika universali: ħarsa ġdida lejn il-liġi naturali (2009), 59. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 16 għalhekk possibbli li, f’qagħda oġġettiva ta’ dnub – li mhix suġġettivament ħatja jew li mhijiex ħatja għalkollox – wieħed jista’ jgħix fil-grazzja ta’ Alla, jista’ jħobb, u jista’ wkoll jikber fil-ħajja tal-grazzja u tal-imħabba, u għal dan il-għan jirċievi l-għajnuna tal-Knisja.41 Id-dixxerniment għandu jgħinna nsibu t-toroq miftuħa quddiemna biex nagħtu tweġiba lil Alla u nikbru permezz tal-limiti tagħna. Meta nemmnu li kollox hu abjad jew iswed, xi drabi nkunu nagħlqu t-triq għall-grazzja li minnha l-bniedem irid jgħaddi biex jikber, u naqtgħu qalb dawk li jridu jagħmlu mixjiet ta’ qdusija li jagħtu glorja lil Alla. Niftakru li “pass ċkejken, qalb il-limitazzjonijiet kbar umani, jista’ jkun mogħġub iżjed quddiem Alla minn ħajja – li minn barra tidher tajba – ta’ min jgħaddi ħajtu bla qatt iħabbat wiċċu ma’ diffikultajiet importanti”.42 Il-pastorali konkreta tal-ministri u tal-komunitajiet ma tistax tibqa’ lura milli tagħmel tagħha din ir-realtà. 306. F’kull ċirkustanza, quddiem dawk li qed isibuha bi tqila biex jgħixu b’mod sħiħ il-liġi divina, għandha tidwi l-istedina biex interrqu l-via caritatis. L-imħabba tal-aħwa 41 F’ċerti każi, tista’ tkun ukoll l-għajnuna tas-Sagramenti. Għalhekk, “lis-saċerdoti nfakkarhom li l-konfessjonarju m’għandux ikun kamra tat-tortura imma l-imkien tal-ħniena tal-Mulej” (Eżortazzjoni appostolika Evangelii gaudium [24 ta’ Novembru 2013], 44: AAS 105 [2013], 1038). Bl-istess mod infakkar li l-Ewkaristija “mhix xi premju għall-perfetti biss, imma hi duwa b’saħħitha u ikel għad-dgħajfin” (ibid., 47: 1039). 42 Eżortazzjoni appostolika Evangelii gaudium (24 ta’ Novembru 2013), 44: AAS 105 (2013), 1038-1039. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 17 hi l-ewwel liġi tal-Insara (ara Ġw 15:12; Gal 5:14). Ma ninsewx il-wegħda tal-Iskrittura: “Fuq kollox, ħa jkollkom imħabba sħiħa lejn xulxin, għax l-imħabba tgħatti kotra ta’ dnubiet” (1 Pt 4:8); “infatam minn ħtijietek b’għemejjel tajba, u minn ħżunitek, billi tħenn għall-imsejknin” (Dan 4:24); “l-ilma jitfi nar iħeġġeġ, u l-karità tagħmel tajjeb għad-dnubiet” (Sir 3:30). U anki dak li jgħallem Santu Wistin: “Kif, mela, fil-periklu ta’ ħruq, inħaffu nfittxu l-ilma biex nitfuh, […] bl-istess mod, jekk minn qalb il-qatet tat-tiben tagħna tfiġġ il-fjamma tad-dnub u din il-ħaġa ddejjaqna, malli tiġi quddiemna okkażjoni ta’ opra ta’ ħniena, nifirħu biha bħallikieku kienet għajn ta’ ilma li qed joffrulna biex nistgħu nitfu n-nirien”.43 Il-loġika tal-ħniena pastorali 307. Biex nevitaw kull interpretazzjoni żbaljata, infakkar li bl-ebda mod il-Knisja m’għandha żżomm lura milli tipproponi l-ideal sħiħ taż-żwieġ, il-pjan ta’ Alla fil-kobor sħiħ tiegħu: “Iż-żgħażagħ mgħammdin għandna nqawwulhom qalbhom biex ma jibżgħux quddiem l-għana li s-sagrament taż-żwieġ kapaċi jagħti lill-pjanijiet tagħhom, imsaħħin mill-qawwa li jirċievu mill-grazzja ta’ Kristu u mill-possibbiltà li jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja tal-Knisja”.44 Meta l-affarijiet isiru b’nofs qalb, kif ukoll kull 43 De catechizandis rudibus, I, 14, 22: PL 40, 327; ara Eżortazzjoni appostolika Evangelii gaudium (24 ta’ Novembru 2013), 193: AAS 105 (2013), 1101. 44 Relatio Synodi 2014, 26. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 18 għamla jew oħra ta’ relattiviżmu, jew li noqogħdu nqisu meta ħa nipproponuhom, dan ikun nuqqas ta’ fedeltà lejn l-Evanġelju u anki nuqqas ta’ mħabba min-naħa tal-Knisja lejn l-istess żgħażagħ. Li nifhmu s-sitwazzjonijiet eċċezzjonali qatt ma jfisser li naħbu d-dawl tal-ideal iżjed sħiħ u lanqas li nipproponu xi ħaġa inqas minn dak li Ġesù qed joffri lill-bniedem. Illum, iżjed importanti minn pastorali ta’ fallimenti, hu l-isforz pastorali li rridu nagħmlu biex insaħħu ż-żwiġijiet u hekk inħarsuhom minn kull tifrik. 308. Minkejja dan, minn dan l-għarfien tagħna tal-piż taċ-ċirkustanzi attenwanti – psikoloġiċi, storiċi u anki bijoloġiċi – joħroġ li, “bla nnaqqsu xejn mill-valur tal-ideal tal-Evanġelju, jeħtieġ nakkumpanjaw bil-ħniena u s-sabar il-passi ta’ maturità tal-persuni li huma jibnu jum wara l-ieħor”, u nħallu spazju għall-“ħniena tal-Mulej li jridna nagħmlu l-akbar ġid possibbli”.45 Nifhimhom lil dawk li jippreferu pastorali iżjed riġida li ma tħallix lok għal xi għamla jew oħra ta’ konfużjoni. Imma sinċerament nemmen li Ġesù jrid Knisja attenta għall-ġid li l-Ispirtu jxerred qalb id-dgħufijiet tagħna: Omm li, waqt li tesprimi ċar it-tagħlim oġġettiv tagħha, “qatt ma tgħid le għall-ġid li jista’ jsir, anzi lesta li tidħol għar-riskju li titħammeġ bit-tajn tat-triq”.46 Ir-Ragħajja li jipproponu lill-fidili l-ideal sħiħ tal-Evanġelju u d-duttrina tal-Knisja, għandhom jgħinuhom ukoll jagħmlu tagħhom il-loġika tal-ħniena 45 Eżortazzjoni appostolika Evangelii gaudium (24 ta’ Novembru 2013), 44: AAS 105 (2013), 1038. 46 Ibid., 45: AAS 105 (2013), 1039. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 19 mal-persuni dgħajfa u jevitaw persekuzzjonijiet jew ġudizzji ħorox wisq jew bla sabar. L-Evanġelju stess jitlobna ma niġġudikawx u ma nikkundannawx (ara Mt 7:1; Lq 6:37). Ġesù “jistenna minna li ma noqogħdux infittxu dawk in-niċeċ ta’ kenn personali jew komunitarju li jżommuna mbegħdin minn fejn tħabbat il-qalb tat-tbatija umana, biex nistgħu naċċettaw tabilħaqq li nidħlu f’kuntatt mal-eżistenza konkreta tal-oħrajn u nagħrfu kemm hi kbira l-qawwa tal-ħlewwa. Meta nagħmlu dan, il-ħajja dejjem tikkumplika ruħha b’mod sabiħ”.47 309. Hu tassew providenzjali li dawn ir-riflessjonijiet qed nagħmluhom fid-dawl ta’ din is-Sena Mqaddsa ddedikata lill-Ħniena, għax anki quddiem l-iktar qagħdiet differenti li fihom tinsab il-familja, “il-Knisja għandha l-missjoni li xxandar il-ħniena ta’ Alla, il-qalb tħabbat tal-Evanġelju, li permezz tagħha trid tilħaq il-qalb u l-moħħ ta’ kull bniedem. L-Għarusa ta’ Kristu tagħmel tagħha l-imġiba tal-Iben ta’ Alla li joħroġ jiltaqa’ ma’ kulħadd mingħajr ma jħalli lil ħadd barra”.48 Hi taf tajjeb li Ġesù nnifsu jidher bħala Ragħaj ta’ mitt nagħġa, u mhux ta’ disgħa u disgħin. Kollha jħobbhom. B’dan l-għarfien, hu possibbli li “jilħaq lil kulħadd, kemm dawk li jemmnu u kemm dawk li huma mbiegħda, il-balzmu tal-ħniena bħala sinjal tas-Saltna ta’ Alla li diġà tinsab fostna”.49 47 Ibid., 270: AAS 105 (2013), 1128. 48 Bolla Misericordiæ Vultus (11 ta’ April 2015), 12: AAS 107 (2015), 407. 49 Ibid., 5: 402. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 20 310. Ma rridux ninsew li “l-ħniena mhix biss l-għemil tal-Missier, imma ssir il-kriterju biex nistgħu nifhmu min huma l-ulied veri tiegħu. F’kelma waħda, aħna msejħin ngħixu bil-ħniena, għax qabelxejn kien magħna stess li ntweriet il-ħniena”.50 Mhix xi proposta romantika jew tweġiba dgħajfa quddiem l-imħabba ta’ Alla, li dejjem trid terfa’ lill-bniedem, għax “il-fus li jwieżen il-ħajja tal-Knisja hu l-ħniena. L-azzjoni pastorali kollha tagħha għandha tkun imgeżwra fil-ħniena li biha hi ddur fuq dawk li jemmnu; xejn mit-tħabbira u mix-xhieda tagħha quddiem id-dinja m’għandu jkun nieqes mill-ħniena”.51 Minnu li xi drabi “nġibu ruħna qisna konna aħna li qed nikkontrollaw il-grazzja u mhux bħala dawk li jiffaċilitawha. Imma l-Knisja mhix dwana, hi d-dar tal-Missier fejn hemm post għal kulħadd, kull wieħed bil-ħajja iebsa tiegħu”.52 311. It-tagħlim tat-teoloġija morali m’għandux jibqa’ lura milli jagħmel tiegħu dawn ir-riflessjonijiet, għax imqar jekk hu minnu li jeħtieġ ngħożżu l-integrità tat-tagħlim morali tal-Knisja, dejjem irridu nfittxu b’mod speċjali li nuru u ninkuraġġixxu l-valuri l-iżjed għolja u ċentrali tal-Evanġelju,53 partikularment il-primat tal-karità bħala tweġiba għall-inizjattiva ħielsa tal-imħabba ta’ Alla. Xi drabi jiswielna ħafna li fil-pastorali tagħna nagħtu wisa’ 50 Ibid., 9: 405. 51 Ibid., 10: 406. 52 Eżortazzjoni appostolika Evangelii gaudium (24 ta’ Novembru 2013), 47: AAS 105 (2013), 1040. 53 Ara ibid., 36-37: AAS 105 (2013), 1035. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 21 lill-imħabba bla kundizzjonijiet ta’ Alla.54 Tant nagħmlu kundizzjonamenti għall-ħniena, li nbattluha mit-tifsira konkreta tagħha u mis-sens veru tagħha, u dan hu l-agħar mod kif inkunu nġibu fix-xejn l-Evanġelju. Ngħidu aħna, hu minnu li l-ħniena ma tħallix barra l-ġustizzja u l-verità, imma qabelxejn irridu ngħidu li l-ħniena hi l-milja tal-ġustizzja u l-wirja l-iżjed imdawla tal-verità ta’ Alla. Għalhekk, dejjem għandna nqisu bħala “mhux f’loku kull kunċett teoloġiku li fl-aħħar mill-aħħar iqiegħed fid-dubju il-qawwa ta’ Alla li jista’ kollox, u b’mod partikulari l-ħniena tiegħu”.55 312. Dan jagħtina f’idejna kwadru u klima li jżommuna milli niżviluppaw morali kiesħa tal-iskrivanija meta niġu biex nittrattaw it-temi l-iżjed delikati, imma pjuttost iqegħduna fil-kuntest ta’ dixxerniment pastorali mimli mħabba ħanina, li dejjem issibha lesta tifhem, taħfer, issieħeb, tittama, u fuq kollox tintegra. Din hi l-loġika li għandha tirbaħ fil-Knisja, biex “nagħmlu l-esperjenza li niftħu qalbna għal dawk kollha li qed jgħixu fl-iżjed 54 Forsi bi skruplu, moħbi wara xewqa kbira ta’ fedeltà għall-verità, xi saċerdoti jesiġu mill-penitenti fehma sħiħa li jistqarru dnubiethom bla ebda dell, fejn il-ħniena tisfuma taħt it-tiftixa għal ġustizzja ipotetikament pura. Hawn jixraq li nfakkru fit-tagħlim ta’ San Ġwanni Pawlu II, li afferma li l-prevedibbiltà ta’ waqgħa ġdida “ma tippreġudikax l-awtentiċità tal-fehma” (Ittra tal-Kardinal William W. Baum fl-okkażjoni tal-kors fuq il-foro interno organizzat mill-Penitenzjerija Appostolika [22 ta’ Marzu 1996], 5: Insegnamenti XIX, 1 [1996], 589). 55 KUMMISSJONI TEOLOĠIKA INTERNAZZJONALI, It-tama tas-salvazzjoni għat-trabi li jmutu mingħajr magħmudija (19 ta’ April 2007), 2. Amoris Lætitia Kapitlu VIII 22 periferiji eżistenzjali differenti li jeżistu”.56 Nistieden lill-fidili li qed jgħixu sitwazzjonijiet imqallba biex jersqu bil-fiduċja lejn kollokju mar-Ragħajja tagħhom u ma’ lajċi li ddedikaw ħajjithom lill-Mulej. Mhux dejjem se jsibu fihom konferma tal-ideat u tax-xewqat tagħhom, imma żgur sa jirċievu dawl li jgħinhom jifhmu aħjar dak li għaddejjin minnu u jkunu jistgħu jiskopru mixja ta’ maturità personali. U nistieden lir-Ragħajja jisimgħu bi mħabba u serenità, bix-xewqa sinċiera li jidħlu fil-qalba tad-dramma tal-persuni u jidħlu fiż-żarbun tagħhom, ħa jgħinuhom jgħixu aħjar u jagħrfu x’inhu posthom fil-Knisja. 56 Bolla Misericordiæ Vultus (11 ta’ April 2015), 15: AAS 107 (2015), 409. Dokument maħruġ mill-Arċidjoċesi ta’ Malta u mid-Djoċesi ta’ Għawdexwww.thechurchinmalta.org www.gozodiocese.org
------------
OSSERVATORE ROMANO: April 8, 2016
Presenting the Apostolic Exhortation harvesting the fruits of the two synods on the family in 2014 and 2015
18 Mar 2021 - During a news conference presenting the "Amoris Laetitia" Family Year, Cardinal Kevin J. Farrell responded to a question about the Vatican's recent statement that the Catholic Church could not bless same-sex unions.
...
"But I do want to insist that nobody, nobody must ever be excluded from
the pastoral care and love and concern of the Church"
A Virtual Pilgrimage to the holy sites in Vilnius, Lithuania, associated with the life of St. Faustina.
DIVINE MERCY FILM - The Original Image of Divine Mercy ABOUT THE ORIGINAL IMAGE OF DIVINE MERCY A DOCUMENTARY A team of documentarists travel through Europe and the United States uncovering the details of the untold story about the little-known Original Image of Divine Mercy. In 1934, at the request of Jesus himself, Saint Faustina and her confessor, Blessed Fr. Michal Sopocko, secretly began working with a relatively unknown artist to duplicate on a canvas her mystical vision of the Merciful Jesus. With Fr. Michal modeling as Christ for many hours, the three unlikely friends came up with the only Image of Divine Mercy that Saint Faustina ever saw. But after all the corrections and touch-ups at the insistence of Saint Faustina, the violently anti-Catholic Soviet Occupation of Vilnius, Lithuania, forced the painting into hiding. Finally, two humble nuns accepted the “mission impossible” and transported the miraculous painting across the dangerous border between Lithuania and Belarus.
In 2005, after 75 years of wandering, the painting was placed in a permanent home in a beautiful shrine in Vilnius according to the wishes of Saint Faustina and Blessed Fr. Michal Sopocko.
Despite the popularity of the devotion to the Divine Mercy around the world, very few realize that there is only one Original Image of Divine Mercy. How did so many other renderings of Saint Faustina’s vision become so well-known around the world while the Original Image remains in obscurity? Is this Original Image unique for reasons above and beyond the fact that it is the only image of Divine Mercy that Saint Faustina ever saw? What qualities about the painting are integral to the devotion and are unique to the Original Image? Did John Paul II know about the Original Image when he canonized Saint Faustina? Does this Image have a special role in the upcoming Year of Mercy? A timely documentary, The Original Image of Divine Mercy features key witnesses to the mysterious case of a painting that survived the Soviet Occupation of Vilnius, with exclusive commentary by Bishop Robert Barron, George Weigel, Christoph Cardinal Schönborn of Vienna, Stanisław Cardinal Dziwisz of Kraków, Fr. Dwight Longenecker, Harry Connick Jr., Jim Gaffigan, Immaculee Ilibagiza, Archbishop Fisichella, and many others including a special footage with Pope Francis. The Original Image of Divine Mercy is set to be THE FILM EVENT of the Holy Year of Mercy, and, beginning on Ash Wednesday of 2016, will be playing internationally throughout the Holy Year at parishes, schools and conferences celebrating the Jubilee Year of Mercy --- FROM December 8th (Solemnity of the Immaculate Conception), 2015 TO November 20th (Solemnity of Christ the King), 2016.
fb.com/divinemercy
October 2015
The Holy Year of Mercy & The original image of the Divine Mercy
Indagine ai confini del sacro - I segreti del vero quadro della Divina Misericordia- Published on Apr 26, 2017
Il quadro della Divina Misericordia che custodiamo qui a Vilnius è “l’unica immagine che Santa Faustina ha visto. Tutte le altre immagini, compresa quella che tutti pensano sia l’originale e custodita a Cracovia, sono state realizzate dopo la morte di Suor Faustina e con l’aiuto delle fotografie dell’immagine autentica”. Così l’Arcivescovo di Vilnius (Lituania), mons. Gintaras Grušas, in un’intervista per il programma “Indagine ai confini del Sacro”, in onda domenica 23 aprile alle 22.45, in occasione della festa liturgica dedicata alla Divina Misericordia, ha rivendicato l’autenticità del dipinto chiarendo che il quadro custodito in Polonia in realtà è solo una copia. Nel reportage con immagini inedite, realizzato dal curatore del programma David Murgia, e dal titolo ‘Storia e segreti del vero quadro della Divina Misericordia’ l’Arcivescovo ha sottolineato che “dietro questo quadro c’è una lunga storia durata oltre cinquanta anni e per questo il ‘nostro’ quadro è l’immagine meno conosciuta nel mondo”. Tv2000, dando conto delle diverse paternità rivendicate dalla Lituania e dalla Polonia sul vero quadro del Gesù Misericordioso nato dalla richiesta di Cristo a Santa Faustina Kowalska in un’apparizione, ha ripercorso le vicende incredibili del dipinto che ha dato il via al culto omonimo praticato da milioni di persone. Al momento infatti sono due le immagini al mondo che rappresentano il Gesù Misericordioso su cui da anni è aperta una fervente contesa: il quadro dipinto per la prima volta a Vilnius in Lituania da un artista locale alla presenza di Suor Faustina e quello realizzato da un altro pittore 10 anni dopo nel 1943 nato dal alcune foto dell’originale e che venne posto nel Santuario della Divina Misericordia a Cracovia. Le vicende di questa immagine sono degne di una spy-story che si snoda tra Polonia, Lituania e Bielorussia, in cui si intrecciano guerre, persecuzioni, due regimi totalitari, alcune donne e due artisti. Questo dipinto, infatti, è stato nascosto, sembrava ormai perduto e infine è stato ritrovato. La conservazione nel tempo di questa immagine è da attribuire al meticoloso lavoro di alcune donne coraggiose che sono riuscite a salvare questo dipinto dal nazismo e dal comunismo. Anche a costo di sacrifici e deportazioni.