MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
"Seek beauty in those things that enhance the soul...Continue to be creative...Looking for the beauty, the good things, the things that last forever..." - Pope at Morelia Cathedral: seek the good things that last forever and do not get stepped on - Published on 16 Feb 2016
Pope's educational foundation gets thousands to lend a hand for peace - Published on Dec 25, 2015
Pope Francis: You cannot speak of Catholic education without speaking about humanity - Published on 23 Nov 2015
Pope Francis eats lunch with 60 needy people at Caritas' Florence food bank - Published on Nov 10, 2015
Pope in Florence: The Church must be in tune with the highs and lows of everyday people
Pope to Italian bishops in Florence: We cannot be obsessed with power - Published on Nov 10, 2015
Pope in Prato: Corruption and work exploitation must stop! - Published on Nov 10, 2015
Pope Francis baptizes a waste picker's son at the Vatican - Published on Nov 7, 2015
10 ta' Awwissu Festa ta' San Lawrenz Djaknu u Martri. San Lawrenz twieled fis-sena 226 AD ġewwa Huesca, Aragona. Il-ġenituri tiegħu Orientius u Patentia kienu nisel ta’ familja nobbli minn Aragona fi Spanja. Lorenzo trabba ġewwa Saragoza u meta kien tfajjel ċkejken irċieva s-sagramenti tal-Magħmudija, tat-Tqarbin u l-Griżma ta’ l-Isqof. Kellu jħalli art twelidu u jmur jghix Ruma wara li l-filosfu Grieg Sistu kien insista miegħu biex jitla’ miegħu Ruma ħalli jkun jista’ jkompli l-istudji tiegħu għas-saċerdozju u jagħti l-għajnuna tiegħu lill-Kristjani li kienu diga’ qed jiġu ppersegwitati. Wieħed mill-virtujiet kbar li ħaddan Lorenzo kien li jħobb il-paċi u kellu mħabba speċjali lejn il-proxxmu tiegħu l-aktar il-foqra u l-morda. Fl-eta’ ta’ 24 sena, barra minn dan ix-xogħol volontarju fost il-komunita', Lorenzo kien diġa beda jassisti lid-Djakni f’Ruma u meta laħaq il-Papa l-ġdid, Papa Luzju wara l-mewt tal-Papa Fabianu, dlonk laħħqu bħala wieħed mid-Djakni ta’ Ruma biek ikun jista jgħin aktar mill-qrib lill-foqra, l-morda u l-anzjani. Fis-sena 257 wara Kristu, sena biss qabel ingħata l-martirju, il-Papa Sistu ordnah Arċidjaknu ta’ Ruma. U f’daqqa waħda sab ruħu responsabbli minn sitt djakni ohra. Fl-istess sena l-Imperatur Lucinius Valeriano ħareġ editt li kien ta bidu għall-persekuzzjoni totali ta’ l-Insara prattikanti ta’ dak iż-żmien. Permezz ta’ dak l-editt, kellha tiġi kkonfiskata l-propjeta’ kollha u kull ċelebrazzjoni Kristjana fil-beraħ kienet ipprojbita. U kien proprju waqt funzjoni sagra f’katakombi li l-Papa Sistu II kien ġie arrestat u kkundannat għall-mewt. F’laqgħa qasira li kellu ma’ Lorenzo, il-Papa kien tah ordni biex ifittex iqassam it-tezori kollha tal-knisja lill-morda, foqra u persuni b’diżabilita’ biex jgħinuhom fil-bżonnijiet materjali tagħhom. Wara li obda mill-ewwel din l-ordni, Lorenzo kien jaf li t-tmiem tiegħu kien fil-qrib. F’kull katakombi li kien iżur biex iqassam il-ġid tal-knisja huwa kien jagħmel kuraġġ u jqawwi qalb l-insara kollha u jħeġġiġhom biex jitolbu dejjem lill-Alla l-ħaj. Huwa saħansitra kien jieħu l-okkażjoni biex ifejjaq bosta nies għomja u morda bil-pesta permezz tas-Sinjal tas-Salib. Lorenzo ġie arrestat wara li xi suldati kienu semgħuh jikkonferma mal-Papa Sistu u sitt Djakni li kien jieħu ħsieb, li x-xewqa tal-Papa li jitqassam il-ġid kollu tal-knisja ġiet imwettqa. Wara li kien mitfugħ f’ċella taħt l-art jistenna s-sentenza tal-mewt, Lorenzo mhux talli ma qatax qalbu, talli ħa l-okkażjoni u kompla jippriedka l-fidi u jagħmel il-mirakli mal-priġuniera insara. Kien hawnhekk ukoll li rnexxielu jikkonverti lill-gwardjani tal-ħabs stess għal-fidi nisranija. Meta sar jaf b’din l-‘ħsara’ kollha li Lorenzo kien qed jagħmel lill-Imperu Ruman, l-prefett ta’ Ruma Cornelius inkorla mhux ftit u ħalef vendetta. Huwa bagħat għal Lorenzo u bi skuża li kien se jeħilsu mill-mewt, huwa ordnalu biex jagħti l-ġid kollu li kellha l-knisja lil Ruma. Lorenzo talab lill-Prefett biex jingħata tlett ijiem biex jerġa’ jiġbor it-teżori kollha u jgħaddihom lill-Istat. Fit-tliet ijiem Lorenzo żar l-ifqar postijiet ta’ Ruma u ġabar numru kbir ta’ fqar u morda u ħadhom fil-loġġa tal Palazz. ‘Dawn huma t-teżori kollha tal-Knisja.’ L-Imperatur, b’rabja kbira, ikkundanna lil Lorenzo għall-martirju talli kien daħaq bl-awtorita’ u bl-aġir tiegħu kien insulta lill-Imperu Ruman. Qabel ma miet fl-10 t’Awwissu tas-sena 258 AD fl-eta’ ta’ 32 sena, Lorenzo kellu jgħaddi minn sensiela ta’ kastigi ħorox biex forsi jbiddel fehemtu u jiċħad it-twemmin nisrani tiegħu. Fil-fatt jingħad li qabel intemmet ħajtu, Lorenzo sofra għaxar martirji kbar. Imma Lorenzo dejjem żamm sod u laqa’ kull martirju b’entużjażmu kbir u bħala grazzja mingħand Alla. Il-kittieb Prudentius kien kiteb illi l-martirju kollu ta’ Lorenzo bla ebda dubju serva bħala preludju għat-tmiem tal-Paganiżmu Ruman. Kull min segwa l-martirju taż-żagħżugħ Lorenzo kien skanta bil-kuraġġ u l-eroiżmu li kien wera . Is-serenita’ u l-kalma li żamm waqt l-eħrex turmenti kienu l-kaġun ta’ bosta konverżjonijiet minħabba l-fatt illi dawn it-turmenti kienu meqjusa bħala l-eħrex fl-istorja ta’ Ruma pagana. Santu Wistin jiddeskrivi lil San Lawrenz bħala ‘Il-Padrun tal-Knisja u l-Kampjun tal-Qaddisin kollha’.
--- mill-Facebook - Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar
St. Lawrence (Feast Day 10-Aug)
><> ><> ><>
IL-QARI TAL-QUDDIESA.
10 TA' AWWISSU. SAN LAWRENZ, DJAKNU U MARTRI
THE GOSPEL Jn 12:24-26 -- ...as a kernel of wheat.. - ...bħal mal-ħabba tal-qamħ trid taqa' fl-art u tmut..
Marbuta mal-Festa ta’ San Lawrenz teżisti tradizzjoni antika li tinterpreta ċertu xrar li jaqa’mis-sema matul il-lejl bejn l-10 u l-11 ta’ Awwissu bħala “stilel” f’ġieħ il-Levita Martri Lorenzo. Imbagħad hemm oħrajn li f’dan ix-xrar jaraw “il-faħam” li jfakkarna fin-nar li fuqu tqiegħdet il-gradilja b’San Lawrenz marbuta magħha. Niftakar meta snin ilu,qabel ma ġejt fdat bil-ministeru ta’ Isqof tad-Djoċesi, f’jum il-Festa kont niġi f’din il-parroċċa u nisma’ lil Mons. Ġużepp Piscopo jgħidli li mas-sebħ tal-għada kien ser imur ifittex fl-għelieqi tal-madwar “il-faħam ta’ San Lawrenz”. Hemm oħrajn li jgħidu li dan ix-xrar huwa d-dmugħ ta’ San Lawrenz. Il-poeta Taljan Giovanni Pascoli għandu poeżija sabiħa fejn jitkellem dwar dan id-dmugħ ta’ San Lawrenz.
Naturalment hemm tifsira meteoroloġika għal dan il-fenomenu naturali. Dawn huma xrar magħruf bħala Perseid meteor shower,imma r-reliġjożità popolari tathom din it-tifsira marbuta ma’ San Lawrenz. Ħasra li minħabba t-tinġis tal-lejl minn dwal żejda, llum sar diffiċli li wieħed japprezza dan l-aspett tan-natura!
F’messaġġ li għamel liż-żgħażagħ meta kien fuq Vjaġġ Appostoliku fil-Filippini, il-Papa Franġisku qal sentenza li għandha tħassibna: “Id-dinja tal-lum jonqosha d-dmugħ. Jibku l-immigranti, jibku dawk li huma skartati, jibku dawk li ma humiex rispettati, imma dawk li ma jonqoshom xejn ma jafux jibku. Ċerti veritajiet tal-ħajja wieħed jista’ jarahom biss b’għajnejh imxarrba bid-dmugħ” (18 ta’ Jannar 2015). Fi kliem ieħor, bħal donnu għajnejna xxuttaw mid-dmugħ. Proprju f’dawn il-jiem iltqajt ma’ persuna li qaltli li ilha ħdax-il sena ma tibki!
Tlifna d-don tad-dmugħ. Forsi għax nistħu nibku quddiem in-nies,għax naħsbu li l-biki huwa sinjal ta’ dgħufija. Imma drabi oħra ma nibkux għax fuq għajnejna hemm għamad li ma jħalliniex naraw la l-miżerja tal-umanità u lanqas il-ġmiel ta’ madwarna. Għax il-bniedem jibki mhux biss meta jkollu qalbu tqila bid-dwejjaq, imma wkoll meta qalbu tkun ser ittir bil-ferħ.
Fid-dawl ta’ dan, nixtieq nagħmel riflessjoni dwar id-dmugħ ta’ San Lawrenz. Għaliex naħsbu li San Lawrenz beka?
Huwa beka ma’ dawk li kienu jibku. Beka mal-morda – nafu li fejjaq diversi għomja; beka ma’ dawk li kienu fil-luttu għax tilfu lil xi ħadd għażiż tagħhom fil-persekuzzjoni; beka ma’ dawk li sabu ruħhom soċjalment diskriminati minħabba t-twemmin tagħhom; fuq kollox huwa beka mal-foqra abbandunati mill-istituzzjonijiet. Kif seta’ ma jinkisirx meta jara l-qalb insensittiva tal-kotra li kienu indifferenti quddiem it-tbatija ta’ dawk li ma kellhomx għaxja ta’ lejla?
Nistħajjel lil San Lawrenz jibki meta kien jara lil dawk l-Insara jħallu l-Knisja, jiċħdu lil Kristu biex iqimu lill-idoli. Kien żmien il-persekuzzjoni ta’ Valerjanu, u biex l-Insara jsalvaw ġildhom kienu jirrinunzjaw it-twemmin tagħhom (apostasija);biex jiksbu vantaġġ fis-soċjetà, kienu jinsew lil Kristu! Min jista’jfisser id-diżappunt tal-Levita meta sar jaf li Nsara li huwa kien jorbot fuqhom, kienu saru bħal qasba tixxejjer mar-riħ. Ma nistax nimmaġina lil Lorenzo ma jinkeddx meta ntebaħ lil kienu għosfru dawk li kienu tgħammdu, tqarbnu u ħadu l-Griżma; jinkeddquddiem dawk li għamlu mill-fidi tagħhom libsa fil-kexxun li tintlibes biss f’xi solennità jew festa patronali. In-nuqqas ta’ konvinzjoni, il-laxkezza morali, il-kompromessi mad-dinja, żgur li qabbżu d-demgħat lil San Lawrenz.
Nistħajjel lid-Djaknu Lawrenz jibki meta ra lill-Papa Sistu jittieħed għall-martirju. Kien hemm rabta qawwija bejnu u bejn il-Papa. Huwa beka mhux biss għax ra t-tmiem ta’ dak li kien sejjaħlu minn Spanja biex ikun l-Arċidjaknu tiegħu, imma wkoll għax ra li l-qawwa evanġelizzatriċi tal-Knisja kienet qed titnaqqa. L-għedewwa tal-Knisja kienu qed jeliminaw lill-ministri tal-Knisja u hekk bil-mod il-mod joħonqu l-vuċi tal-Vanġelu. Fi kliem ieħor, San Lawrenz beka għax ra l-Knisja tinħatt.
Aħna, devoti ta’ San Lawrenz, għandna din il-ħila li nibku quddiem fenomeni bħal dawn li semmejt? Nibku meta naraw lis-soċjetàtagħti daharha lil dawk li huma fil-bżonn? Nibku quddiem il-fatt li l-komunità Nisranija f’Għawdex qiegħda dejjem tiċkien? Taqbżilna demgħa meta naraw dejjem jonqos in-numru ta’ dawk li huma lesti li jagħtu ħajjithom biex jipprietkaw il-Vanġelu? Għall-grazzja ta’ Alla, il-komunità parrokkjali ta’ San Lawrenz qed trodd ħajr lil Alla għad-djaknu Andrew u sentejn ilu kellha saċerdot ġdid, Dun Michael. Imma n-nuqqas ta’ vokazzjonijiet, anki missjunarji, huwa motiv ta’ tħassib għalina lkoll? Qed nirreferi wkoll għall-ħajja kkonsagrata reliġjuża (hawn Patri Gabrijel) u lajkali. Bħal donnu l-ħajja reliġjuża saret oġġett tal-arkeoloġija jew tal-mużew. F’dawn il-ħmistax-il sena għamilna passi żgħar biex noħolqu aktar spazju għall-ministeri lajkali, imma fadal ħafna xi jsir f’dan ir-rigward.
Billi, kif għedna, il-bniedem jibki wkoll bil-ferħ, nixtieq nikkontempla lil San Lawrenz jibki bil-ferħ.
Żgur li Lawrenz feraħ meta waqt li kien qed il-ħabs, il-Prefett Ipollitu, Luċillu, u Ruman, it-tlieta pagani, l-ewwel talbuh biex ikellemhom dwar ĠesùKristu, imbagħad talbuh il-Magħmudija. Dan huwa l-ferħ veru tal-komunità Nisranija – meta jirnexxilna nxennqu lil ħaddieħor jistaqsi dwar Ġesù, meta jirnexxilna nbejtu fil-qalb ix-xewqa għal Alla. Nistħajjel li dan huwa s-sodisfazzjon spiritwalili jġarrbu l-katekisti meta jakkumpanjaw liż-żgħar fil-mixja lejn is-sagramenti. F’Għawdex mhux daqshekk komuni li niltaqgħu ma’min jitlobna l-Magħmudija, imma żgur niġi wiċċ imb wiċċ ma’ diversi li,għalkemm tgħammdu meta kienu żgħar, illum għandhom bżonn jiskopru mill-ġdid xi tfisser il-Magħmudija. Huwa fatt li għalkemm il-kotra f’din il-gżira huma mgħammda, diversi nsew xi tfisser il-Magħmudija.
Nimmaġina lil San Lawrenz jibki bil-ferħ meta ra lill-Papa Sistu u lill-Insara l-oħrajn sejrin għall-maritrju b’rashom mgħollija. Ix-xhieda kuraġġjuża tagħhom imlietu bil-ferħ. Jekk, kif għidna,Lorenzo beka meta ra Nsara jwarrbu lil Kristu, ċertament li qalbu mtliet bil-ferħ quddiem l-imħabba qawwija li wrew il-martri. Jien konvint li hawn ħafna fostna li jafu x’inhu dan il-ferħ – li jifirħu meta jaraw persuni jagħtu xhieda tal-valuri tal-Vanġelu li xandrilna Ġesù. Ħafna drabi fil-moħbi, anki ta’ djarna, hemm Insara li proprju għax iħobbu lil Ġesù litteralment jissagrifikaw ħajjithom għall-oħrajn. Min jista’jżommilna d-dmugħ milli jaqbeż meta niltaqgħu ma’persuni li, għax huma “boloh għall-Bambin”, jagħmlu affarijiet tal-blieh, fis-sens li ma jirraġunawx skont il-loġika tad-dinja imma skont il-Vanġelu – bħal meta wieħed jaħfer lil min ikun weġġgħu!
Nistħajjel li San Lawrenz beka bil-ferħ meta ltaqa’ ma’ dik l-armla li tat kenn f’darha lil xi Nsara mfittxija mill-persekuturi. Minkejja li kienet armla u għalhekk b’mezzi limitati, u waħidha mingħajr sapport ta’ ħadd, hija tipprova ssalva l-ħajjiet anki jekk dan kien ifisser li jekk tinqabad, tlaqqatha magħhom. Kellha l-kuraġġ li tiftaħ il-bieb ta’ darha biex tilqa’lill-barrani. Din hija sfida tagħna llum. Ħafna drabi qed insibu l-barranin fl-ibħra ta’ madwarna. It-tentazzjoni hija li ma nagħtux kas tagħhom bir-riskju li jitilfu ħajjithom. Hemm ħafna propaganda qarrieqa għaddejja dwar id-dramma tal-immigranti. Huwa fatt li aħna għandna d-diffikultajiet u l-limiti tagħna u aħna fid-dmir li nieħdu l-prekawzjonijiet kollha; huwa minnu li l-pajjiżi l-kbar ma jistgħux iħalluna waħidna f’din is-sitwazzjoni; imma ma nistgħux nonfħu fuq il-ġamar tar-razziżmu.
Jien konvint li l-wasla tal-istatwa rrestawrata ta’ San Lawrenz imlitilkom għajnejkom bid-dmugħ bħalma bkew l-antenati tagħkom meta laqgħuh għall-ewwel darba 125 sena ilu. Bir-raġun, għax San Lawrenz huwa l-ġojjell u l-għożża tal-Lawrenzjani. Minn qalbi nawguralkom li bħala komunitàma titilfux il-ħila li tibku – li jkollkom id-dmugħ li jinżel fil-lejl ta’ San Lawrenz – dmugħ ta’ dulur imma wkoll ta’ ferħ. Jalla dan tal-aħħar jgħaddi bil-bosta lil tal-ewwel. Niftakru f’dak li jgħid wieħed mill-Missirijiet tal-Knisja,Xmun it-Teologu (949-1022): “Ma hemmx triq oħra barra dik tad-dmugħ biex tkun tista’tara l-misteru” (Inni 15, 259-260).