MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Lk 7:31-35 -- To what, then, can I compare the people of this generation ? - Ma' min, mela se...
--- 'We played the pipes, and you wouldn't dance' --- WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME Evanġelju Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom. Lq 7, 31-35
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: [Lq:7:31] "Ma' min, mela, se nxebbahhom in-nies ta' dan iż-żmien? Lil min jixbhu? [Lq:7:32] Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajjtu lil xulxin u jgħidu, 'Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta' niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!'
[Lq:7:33] Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li 'għandu fih xitan'. [Lq:7:34] Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u tgħidu, 'Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin!' [Lq:7:35] Imma l-ulied ta' Alla kollha taw raġun lill-għerf tiegħu."
Lk 7:36-50 -- Jesus Anointed by a Sinful Woman - Ġesù għand Xmun il-Fariżew
Ġesù għand Xmun il-Fariżew [Lq:7:36] Wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. [Lq:7:37] Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett ta' l-alabastru biż-żejt ifuħ; [Lq:7:38] u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b'xuxitha; mbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ. [Lq:7:39] Kif ra hekk il-Fariżew li stiednu qal bejnu u bejn ruħu: "Dan, li kien profeta, kien ikun jaf min hi u x'mara hi din li qiegħda tmissu; kien ikun jaf, għax hi midinba!" [Lq:7:40] Imma Ġesù qabad u qallu: "Xmun, għandi ħaġa xi ngħidlek.""Għid, mgħallem" qallu dak. [Lq:7:41] "Tnejn min-nies kellhom id-dejn ma' wieħed li jislef il-flus; wieħed kellu jagħtih ħames mitt dinar u l-ieħor ħamsin. [Lq:7:42] Minn fejn iħallsu dejnhom ma kellhomx, u hu ħafrilhom it-tnejn. Min minnhom se jħobbu l-iżjed?" [Lq:7:43] Wieġeb Xmun u qal: "Jidhirli jien li dak li ħafirlu l-iżjed." "Ħsibtha tajjeb" qallu Ġesù. [Lq:7:44] Mbagħad dar lejn il-mara u qal lil Xmun: "Qiegħed taraha lil din il-mara? Dħalt għandek, u ilma għal riġlejja ma tajtnix, iżda hi riġlejja xarrbithomli bi dmugħha u xxuttathomli b'xuxitha. [Lq:7:45] Bewsa ma tajtnix, iżda hi minn xħin daħlet ma waqfitx tbusli riġlejja. [Lq:7:46] Rasi ma dlikthilix biż-żejt, imma hi dilkitli riġlejja b'żejt ifuħ. [Lq:7:47] Għalhekk ngħidlek li dnubietha, li kienu ħafna, nħafrulha, għax ħabbet ħafna; imma min jinħafirlu ftit, ftit iħobb." [Lq:7:48] Mbagħad qal lilha: "Dnubietek maħfura." [Lq:7:49] Dawk li kienu fuq il-mejda miegħu bdew jgħidu fihom infushom: "Dan min hu biex jaħfer id-dnubiet ukoll?" [Lq:7:50] Iżda hu qal lill-mara: "Il-fidi tiegħek salvatek; mur bis-sliem."
================
Pope Francis at Santa Marta: We experience Christ's forgiveness when recognizing our sins
Just as a human body, though it is made up of many parts, is a single unit because all these parts, though many, make one body, so it is with Christ. In the one Spirit we were all baptised, Jews as well as Greeks, slaves as well as citizens, and one Spirit was given to us all to drink.
Nor is the body to be identified with any one of its many parts. Now you together are Christ’s body; but each of you is a different part of it. In the Church, God has given the first place to apostles, the second to prophets, the third to teachers; after them, miracles, and after them the gift of healing; helpers, good leaders, those with many languages. Are all of them apostles, or all of them prophets, or all of them teachers? Do they all have the gift of miracles, or all have the gift of healing? Do all speak strange languages, and all interpret them? Be ambitious for the higher gifts.
Psalm
Psalm 99:1-5
We are his people, the sheep of his flock.
Cry out with joy to the Lord, all the earth.
Serve the Lord with gladness.
Come before him, singing for joy.
We are his people, the sheep of his flock.
Know that he, the Lord, is God.
He made us, we belong to him,
we are his people, the sheep of his flock.
We are his people, the sheep of his flock.
Go within his gates, giving thanks.
Enter his courts with songs of praise.
Give thanks to him and bless his name.
We are his people, the sheep of his flock.
Indeed, how good is the Lord,
eternal his merciful love.
He is faithful from age to age.
We are his people, the sheep of his flock.
Gospel Acclamation
cf.2Tim1:10
Alleluia, alleluia!
Our Saviour Jesus Christ abolished death
and he has proclaimed life through the Good News.
Alleluia!
Or
Lk7:16
Alleluia, alleluia!
A great prophet has appeared among us;
God has visited his people.
Alleluia!
Gospel Lk 7:11-17 -- Jesus Raises a Widow's Son - Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum!
Ġesù jqajjem lil bin l-armla ta' Najn mill-mewt [Lq:7:11] Wara dan imbagħad mar f'belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta' nies. [Lq:7:12] Kif wasal qrib il-bieb tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta' nies mill-belt. [Lq:7:13] Kif raha l-Mulej tħassarha."Tibkix" qalilha. [Lq:7:14] Resaq, u mess it-tebut. Dawk li kienu qegħdin jerfgħuh waqfu. U hu qal: "Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum!" [Lq:7:15] U l-mejjet qam bilqiegħda u beda jitkellem. U Ġesù tah lil ommu. [Lq:7:16] In-nies kollha tkexkxu bil-biża', u bdew jagħtu glorja lil Alla u jgħidu: "Profeta kbir qam fostna" u,"Alla żar il-poplu tiegħu." [Lq:7:17] U dan il-kliem li qalu xtered mal-Lhudija u dawk l-inħawi kollha.
The feast of the Exaltation of the Holy Cross celebrates two historical events: the discovery of the True Cross by Saint Helena, the mother of the Emperor Constantine, in 320 under the temple of Venus in Jerusalem, and the dedication in 335 of the basilica and shrine built on Calvary by Constantine, which mark the site of the Crucifixion.
The basilica, named the Martyrium, and the shrine, named the Calvarium, were destroyed by the Persians in 614. The Church of the Holy sepulcher which now stands on the site was built by the crusaders in 1149.
However the feast, more than anything else, is a celebration and commemoration of God's greatest work: his salvific death on the Cross and His Resurrection, through which death was defeated and the doors to Heaven opened.
The entrance antiphon for the Feast of the Exaltation of the Holy Cross is: "We should glory in the cross of our Lord Jesus Christ, for he is our salvation, our life and our resurrection: through him we are saved and made free."
Collect Prayer: O God, who willed that your Only Begotten Son should undergo the Cross to save the human race, grant, we pray, that we, who have known his mystery on earth, may merit the grace of his redemption in heaven. Through our Lord Jesus Christ, your Son, who lives and reigns with you in the unity of the Holy Spirit, one God, for ever and ever.
Source: Catholic News Agency
Informazzjoni fuq din il-festa għażiża. Wara li l-Ġisem Imqaddes ta’ Ġesù tniżżel minn fuq is-salib u tpoġġa fil-qabar, neħħew is-salib minn postu, tefgħuh ġo ħofra u radmuh. Xi tliet mitt sena wara, għall-ħabta ta’s-sena 327, fi żmien Kostantinu, meta fuq il-Knisja reġgħet feġġet il-paċi, San Makarju, Isqof ta’ Ġerusalemm, imħeġġeġ u megħjun minn Santa Elena waqt li kienet f’pellegrinaġġ fl-Artijiet Imqaddsa (326-327), ta ordni ħalli jinstabu l-imkejjen sagri. Hekk fost affarijiet oħra nstabu l-qabar ta’ Kristu, il-Kalvarju u s-Salib imqaddes. Kostantinu bena knisja fuq il-post fejn instab is-Salib, li l-konsagrazzjoni tagħha saret fl-14 ta’ Settembru 335. Fis-sena 614, ir-Re Kosroe II tal-Persjani kien għamel ħerba minn Ġerusalemm u mill-Artijiet Imqaddsa, u ġarraf jew ħaraq bosta knejjes u istituti reliġjużi nsara. Fost kollox kien karkar miegħu biċċa kbira tas-Salib li kienet miżmuma ġo relikwarju bil-ġawhar. L-Imperatur Eraklju ta’ Kostantinopli, wara li ma rnexxilux jasal ftehim mal-Persjani, mexxa l-armati tiegħu kontriehom. Fis-sena 627, Kosroe II ħarab u ġie maqtul minn ibnu Siroe. Eraklju wasal fi ftehim ma’ Siroe, u fost affarijiet oħra ħa r-relikwa tas-Salib f’Kostantionopli fejn kellh laqgħa trijonfali. Fis-sena 629, Eraklju ħa s-Salib lura Ġerusalemm. Meta wasal fit-triq li kienet tagħti għall-Kalvarju, neħħa l-ilbies ta’ Imperatur minn fuqu, libes ilbies ordinarju u ħafi, wassal ir-relikwa tas-Salib u taha lill Żakkarija, Patrijarka ta’ Ġerusalemm. Din hi l-ġrajja li l-Knisja qed tfakkarna fiha llum. Inċidentalment, Rohault de Fleury, għamel tfittix bir-reqqa, u wera (Memoire sue les Instruments de la Passion, Paris, 1870) li jekk tiġbor flimkien ir-relikwi kollha li huma mxerrdin ’l hawn u ’l hemm fid-dinja, ma jlaħħqux iktar mit-tlieta waħda (1/3) ta’ salib normali. Talba Ġesù twajjeb, aħna dnibna, dorna lura mit-triq tiegħek; o Mulej ħanin, aħfrilna l-għilt u l-ħażen kollu tagħna. Bis-salib imqaddes tiegħek, is-sinjal għażiż tal-fidwa, kullimkien u dejjem żommna taħt għajnejk, għax aħna wliedek. (Mill-Uffiċċju tal-Qari, Innu matul is-sena, l-I Ġimgħa, il-Ġimgħa) (Laikos)
Quddiesa mill-Knisja ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta - 14 ta' Settembru 2020
><> ><> ><>
Book of Numbers 21:4b-9 -- The bronze serpent --- Ktieb tan-Numri 21:4b-9 -- Is-serp tal-bronż
If anyone was bitten by a serpent, he looked up at the bronze serpent and lived
1st Reading on SEPTEMBER 14 - on THE EXALTATION OF THE HOLY CROSS, Feast
14 TA' SETTEMBRU - L-EŻALTAZZJONI TAS-SALIB IMQADDES, Festa
- Jinħtieġ li Bin il- bniedem ikun merfugħ.
Numri 21:4b-9
Qari mill-Ktieb tan-Numri
F’dak iż-żmien, [Num:21:4b] x’ħin refgħu il-kamp
u telqu minn ħdejn il-muntanja Ħor,
l-Iżraelin għaddew mat-triq tal-Baħar tal-Qasab
biex jeħduha bid-dawra mal-art ta’ Edom,
imma l-poplu ddejjaq jimxi,
[Num:21:5] u beda jgerger kontra Alla u kontra Mosè:
«Għala tellajtuna mill-Eġittu biex immutu fid-deżert?
M’hawnx ħobż u lanqas ilma; aħna xbajna b’dan l-ikel ħafif.»
[Num:21:6] U l-Mulej bagħat sriep velenużi f’nofs il-poplu
u bdew jigdmuhom;
u mietu ħafna mill-poplu ta’ Iżrael.
[Num:21:7] U l-poplu mar għand Mosè, u qalulu:
«Dnibna għax tkellimna kontra l-Mulej
u kontra tiegħek.
Itlob lill-Mulej ħa jwarrab is-sriep minn fostna.»
U Mosè mar jitlob għall-poplu.
[Num:21:8] U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:
«Agħmel serp tal-bronż velenuż,
u arbulah bħal stendard;
u kull min jingidem u jħares lejh ifiq u jgħix.»
[Num:21:9] U Mosè għamel serp tal-bronż,
u arbulah bħal stendard.
U ġara li kull min kien jigdmu s-serp
kien iħares lejn is-serp tal-bronż,
u kien ifiq u jgħix.
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.
=======
GOSPEL -- Jn 3:13-17 -- God sent his Son so that through him the world might be saved - Jinħtieġ li Bin il-bniedem ikun merfugħ.
Evanġelju Ġw 3:13-17
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: "[Ġw:3:13] Ħadd ma tela' s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema. [Ġw:3:14] U kif Mosè rafa' s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, [Ġw:3:15] biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta' dejjem. [Ġw:3:16] Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem. [Ġw:3:17] Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva." Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu.
.
><> ><> ><>
Triumph of the Cross
At the Mass for the Feast of the Exaltation of the Holy Cross, Pope Francis said the mystery of the Cross is a great mystery for mankind, a mystery that can only be approached in prayer and in tears.
Pope Francis at Santa Marta explains the meaning of the Cross