blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: SEPTEMBER 14 - Feast - Exaltation of the Holy Cross --- Jn 3:13-17 --- 14 ta' Settembru - L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes

Saturday, September 13, 2014

SEPTEMBER 14 - Feast - Exaltation of the Holy Cross --- Jn 3:13-17 --- 14 ta' Settembru - L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes












The feast of the Exaltation of the Holy Cross celebrates two historical events: the discovery of the True Cross by Saint Helena, the mother of the Emperor Constantine, in 320 under the temple of Venus in Jerusalem, and the dedication in 335 of the basilica and shrine built on Calvary by Constantine, which mark the site of the Crucifixion.
The basilica, named the Martyrium, and the shrine, named the Calvarium, were destroyed by the Persians in 614. The Church of the Holy sepulcher which now stands on the site was built by the crusaders in 1149.
However the feast, more than anything else, is a celebration and commemoration of God's greatest work: his salvific death on the Cross and His Resurrection, through which death was defeated and the doors to Heaven opened.
The entrance antiphon for the Feast of the Exaltation of the Holy Cross is: "We should glory in the cross of our Lord Jesus Christ, for he is our salvation, our life and our resurrection: through him we are saved and made free."
Collect Prayer: O God, who willed that your Only Begotten Son should undergo the Cross to save the human race, grant, we pray, that we, who have known his mystery on earth, may merit the grace of his redemption in heaven. Through our Lord Jesus Christ, your Son, who lives and reigns with you in the unity of the Holy Spirit, one God, for ever and ever.
Source: Catholic News Agency






 Informazzjoni fuq din il-festa għażiża.

Wara li l-Ġisem Imqaddes ta’ Ġesù tniżżel minn fuq is-salib u tpoġġa fil-qabar, neħħew is-salib minn postu, tefgħuh ġo ħofra u radmuh.

Xi tliet mitt sena wara, għall-ħabta ta’s-sena 327, fi żmien Kostantinu, meta fuq il-Knisja reġgħet feġġet il-paċi, San Makarju, Isqof ta’ Ġerusalemm, imħeġġeġ u megħjun minn Santa Elena waqt li kienet f’pellegrinaġġ fl-Artijiet Imqaddsa (326-327), ta ordni ħalli jinstabu l-imkejjen sagri. Hekk fost affarijiet oħra nstabu l-qabar ta’ Kristu, il-Kalvarju u s-Salib imqaddes.

Kostantinu bena knisja fuq il-post fejn instab is-Salib, li l-konsagrazzjoni tagħha saret fl-14 ta’ Settembru 335.

Fis-sena 614, ir-Re Kosroe II tal-Persjani kien għamel ħerba minn Ġerusalemm u mill-Artijiet Imqaddsa, u ġarraf jew ħaraq bosta knejjes u istituti reliġjużi nsara. Fost kollox kien karkar miegħu biċċa kbira tas-Salib li kienet miżmuma ġo relikwarju bil-ġawhar.

L-Imperatur Eraklju ta’ Kostantinopli, wara li ma rnexxilux jasal ftehim mal-Persjani, mexxa l-armati tiegħu kontriehom. Fis-sena 627, Kosroe II ħarab u ġie maqtul minn ibnu Siroe.

Eraklju wasal fi ftehim ma’ Siroe, u fost affarijiet oħra ħa r-relikwa tas-Salib f’Kostantionopli fejn kellh laqgħa trijonfali.

Fis-sena 629, Eraklju ħa s-Salib lura Ġerusalemm. Meta wasal fit-triq li kienet tagħti għall-Kalvarju, neħħa l-ilbies ta’ Imperatur minn fuqu, libes ilbies ordinarju u ħafi, wassal ir-relikwa tas-Salib u taha lill Żakkarija, Patrijarka ta’ Ġerusalemm. Din hi l-ġrajja li l-Knisja qed tfakkarna fiha llum.

Inċidentalment, Rohault de Fleury, għamel tfittix bir-reqqa, u wera (Memoire sue les Instruments de la Passion, Paris, 1870) li jekk tiġbor flimkien ir-relikwi kollha li huma mxerrdin ’l hawn u ’l hemm fid-dinja, ma jlaħħqux iktar mit-tlieta waħda (1/3) ta’ salib normali.

Talba
Ġesù twajjeb, aħna dnibna, dorna lura mit-triq tiegħek; o Mulej ħanin, aħfrilna l-għilt u l-ħażen kollu tagħna. Bis-salib imqaddes tiegħek, is-sinjal għażiż tal-fidwa, kullimkien u dejjem żommna taħt għajnejk, għax aħna wliedek. (Mill-Uffiċċju tal-Qari, Innu matul is-sena, l-I Ġimgħa, il-Ġimgħa)

(Laikos)


HOLY MASS READINGS
on September 14
THE EXALTATION OF THE CROSS 



===================


Quddiesa mill-Knisja ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta - 14 ta' Settembru 2020






Book of Numbers 21:4b-9 -- The bronze serpent --- Ktieb tan-Numri 21:4b-9 -- Is-serp tal-bronż
 
If anyone was bitten by a serpent, he looked up at the bronze serpent and lived
1st Reading on SEPTEMBER 14 - on THE EXALTATION OF THE HOLY CROSS, Feast 14 TA' SETTEMBRU - L-EŻALTAZZJONI TAS-SALIB IMQADDES, Festa - Jinħtieġ li Bin il- bniedem ikun merfugħ. Numri 21:4b-9 Qari mill-Ktieb tan-Numri
F’dak iż-żmien, [Num:21:4b] x’ħin refgħu il-kamp u telqu minn ħdejn il-muntanja Ħor, l-Iżraelin għaddew mat-triq tal-Baħar tal-Qasab biex jeħduha bid-dawra mal-art ta’ Edom, imma l-poplu ddejjaq jimxi, [Num:21:5] u beda jgerger kontra Alla u kontra Mosè: «Għala tellajtuna mill-Eġittu biex immutu fid-deżert? M’hawnx ħobż u lanqas ilma; aħna xbajna b’dan l-ikel ħafif.» [Num:21:6] U l-Mulej bagħat sriep velenużi f’nofs il-poplu u bdew jigdmuhom; u mietu ħafna mill-poplu ta’ Iżrael. [Num:21:7] U l-poplu mar għand Mosè, u qalulu: «Dnibna għax tkellimna kontra l-Mulej u kontra tiegħek. Itlob lill-Mulej ħa jwarrab is-sriep minn fostna.» U Mosè mar jitlob għall-poplu. [Num:21:8] U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu: «Agħmel serp tal-bronż velenuż, u arbulah bħal stendard; u kull min jingidem u jħares lejh ifiq u jgħix.» [Num:21:9] U Mosè għamel serp tal-bronż, u arbulah bħal stendard. U ġara li kull min kien jigdmu s-serp kien iħares lejn is-serp tal-bronż, u kien ifiq u jgħix. Il-Kelma tal-Mulej. R/. Irroddu ħajr lil Alla.
=======


 GOSPEL -- Jn 3:13-17 -- God sent his Son so that through him the world might be saved - Jinħtieġ li Bin il-bniedem ikun merfugħ.




Evanġelju
Ġw 3:13-17


Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: "[Ġw:3:13] Ħadd ma tela' s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema. [Ġw:3:14] U kif Mosè rafa' s-serp  fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, [Ġw:3:15] biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta' dejjem. [Ġw:3:16] Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem. [Ġw:3:17] Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.



.

><>            ><>            ><>



Triumph of the Cross





At the Mass for the Feast of the Exaltation of the Holy Cross, Pope Francis said the mystery of the Cross is a great mystery for mankind, a mystery that can only be approached in prayer and in tears.





Pope Francis at Santa Marta explains the meaning of the Cross








.