--- 'We played the pipes, and you wouldn't dance' ---
WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom.
Lq 7, 31-35
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: [Lq:7:31] "Ma' min, mela, se nxebbahhom in-nies ta' dan iż-żmien? Lil min jixbhu? [Lq:7:32] Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajjtu lil xulxin u jgħidu,
'Daqqejnielkom il-flawt
u ma żfintux,
għannejnielkom għanja ta' niket
u ma ħabbattux fuq sidirkom!'
[Lq:7:33] Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li 'għandu fih xitan'. [Lq:7:34] Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u tgħidu, 'Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin!' [Lq:7:35] Imma l-ulied ta' Alla kollha taw raġun lill-għerf tiegħu."
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.
.