blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Saturday, September 06, 2014

Lk 6:1-5 -- Jesus Is Lord of the Sabbath - Id-dixxipli jaqtgħu s-sbul is-Sibt --- Saturday morning of week 22 in Ordinary Time


 
 
Saturday morning Gospel of week 22 in Ordinary Time
 
 
 
 



Lk 6:1-5 -- Jesus Is Lord of the Sabbath - Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?


SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 22 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?
Lq 6, 1-5


Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

[Lq:6:1] Ġara li darba s-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa,  u  d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b'idejhom u jikluh. [Lq:6:2] Xi wħud mill-Fariżej qalulhom: "Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta' Sibt?" [Lq:6:3] Qabeż Ġesù u weġibhom: "Anqas dan ma qrajtu, x'għamel David meta ħadu l-ġuħ, huwa u dawk li kienu miegħu? [Lq:6:4] Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta' Alla u ħa l-ħobż tal-preżenza ta' quddiem il-Mulej, u kiel minnu hu u ta lil dawk li kienu miegħu? U madankollu ħadd ma kien jista' jiekol minnu ħlief il-qassisin biss!" [Lq:6:5] U qalilhom: "Bin il-bniedem huwa sid is-Sibt ukoll."


Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu





Video Reflection on the Gospel from Luke 6:1-5










.

Prof. Americo Pablo Lopez Ortiz --- THE BLESSED VIRGIN MARY IN TODAY'S CHURCH --- & --- PRIVATE REVELATIONS AND THEIR ROLE IN THE CHURCH


Prof. Americo Pablo Lopez Ortiz --- International President World Apostolate of Fatima
http://childrenoftheeucharist.org/fatima-documents/



          


The Blessed Virgin Mary in Today's Church: Fatima -

by Prof. Americo Pablo Lopez Ortiz







EWTN Live - 2012-10-10 - Prof. Americo Pablo Lopez Ortiz





Private Revelations And Their Role In The Church -
by Prof. Americo Pablo Lopez Ortiz
http://worldfatima.com/images/Private_Revelations_and_role_in_the_Chrurch_-_Prof._Americo.pdf





.

Friday, September 05, 2014

Lk 5:33-39 -- Jesus Questioned About Fasting - Mistoqsija fuq is-sawm -- Luqa 5:33-39 --- FRIDAY GOSPEL OF WEEK 22 IN ORDINARY TIME



FRIDAY GOSPEL OF WEEK 22 IN ORDINARY TIME




 
 
 
 




Lk 5:33-39 -- Jesus Questioned About Fasting - Mistoqsija fuq is-sawm


FRIDAY GOSPEL OF WEEK 22 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, imbagħad isumu dakinhar.
Lq 5, 33-39


Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F'dak iż-żmien, il-Fariżej u l-kittieba tagħhom qalu lil Ġesù: [Lq:5:33] "Id-dixxipli ta' Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Fariżej ukoll, imma tiegħek jieklu u jixorbu!"

[Lq:5:34] U Ġesù qalilhom: "Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb ta' l-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? [Lq:5:35] Imma għad jasal iż-żmien meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu dakinhar."

[Lq:5:36] Qalilhom ukoll parabbola: "Ħadd ma jaqta' biċċa drapp minn libsa ġdida biex biha jraqqa' waħda qadima, għax inkella mhux biss ikun qatta' l-ġdida, imma anqas il-biċċa meħuda mill-ġdida ma tkun taqbel mal-qadima.

[Lq:5:37] Anqas ma jqiegħdu l-inbid il-ġdid f'damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella l-inbid il-ġdid jifqa' d-damiġġani, u jixtered hu u jintilfu d-damiġġani. [Lq:5:38] Iżda nbid ġdid iqegħduh f'damiġġani ġodda. [Lq:5:39] U ħadd ma jkun irid mill-inbid ġdid wara li jkun xorob mill-qadim, għax jgħidlek, 'Il-qadim tajjeb!' "



Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu




.
************




Pope Francis at Santa Marta: “The Church asks us to change”  











.

Thursday, September 04, 2014

Luke 5:1-11 -- Jesus Calls His First Disciples - Ġesù jsejjaħ l-ewwel dixxipli -- Luqa 5:1-11 --- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 22, IN ORDINARY TIME



https://blogger.googleusercontent.com/img/b/R29vZ2xl/AVvXsEhWTRB8wxKELEgQdEVtPsUOYGHpwzf1aQVQIQC7fnuzOyXXNyusOkh46AD-Jay8zwTApIPRi4ASY-HRJljRbLJSfyyh2gwg1LYh_fmlaTtIuJso5B2CArTID7auc9pW1O4FYBl9-DIyucU/s1600/The_Miraculous_Draught_of_Fishes_(La_pe%CC%82che_miraculeuse)_-_James_Tissot_-_overall.jpg
 --- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 22, IN ORDINARY TIME ---




Lk 5:1-11 -- Jesus Calls His First Disciples - Ġesù jsejjaħ l-ewwel dixxipli

- THURSDAY OF WEEK 22 IN ORDINARY TIME 
- IN YEAR C, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 5 IN ORDINARY TIME 
Evanġelju 
Telqu kollox u marru warajh. 
Lq 5, 1-11 

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa 

 [Lq:5:1] Darba l-kotra bdiet tross fuq Ġesù biex tisma' l-kelma ta' Alla. Hu kien qiegħed f'xatt l-għadira ta' Ġennesaret. [Lq:5:2] U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. [Lq:5:3] Tela' fuq waħda minnhom, li kienet ta' Xmun, u talbu jaqla' kemmxejn 'il barra mill-art; mbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa. 

[Lq:5:4] Meta temm li kellu jgħid, qal lil Xmun: "Aqdef 'il barra fil-fond, u kalaw ix-xbiek tagħkom għas-sajd." [Lq:5:5] Wieġbu Xmun u qallu: "Mgħallem, għamilna lejl sħiħ nitħabtu u ma qbadna xejn. Imma, la qiegħed tgħid int, ħa nkala x-xbiek." [Lq:5:6] Hekk għamlu, u qabdu kotra hekk kbira ta' ħut li x-xbiek tagħhom kien għoddu nqasam. [Lq:5:7] Għalhekk għamlu sinjal lil sħabhom li kienu fid-dgħajsa l-oħra biex jiġu jgħinuhom. Dawk ġew, u mlew iż-żewġ dgħajjes hekk li għal ftit ma għerqux. 

[Lq:5:8] Xmun Pietru, kif ra dan, nxteħet f'riġlejn Ġesù u qallu: "Tbiegħed minni, Mulej, għaliex jiena raġel midneb!" [Lq:5:9] Għax baqgħu tassew mistagħġba, kemm hu u kemm dawk kollha li kienu miegħu, għal dik il-qabda ħut li qabdu. [Lq:5:10] U hekk ukoll ġralhom Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, li kienu sħab Xmun. Mbagħad Ġesù qal lil Xmun: "Tibżax; minn issa 'l quddiem tkun taqbad in-nies." [Lq:5:11] Meta mbagħad ressqu d-dgħajjes ma' l-art, telqu kollox u marru warajh. 


Il-Kelma tal-Mulej 
R/. Tifħir lilek Kristu







Pope: When you recognize your sins, you're transformed by God  













.