blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Tuesday, September 02, 2014

Lk 4:31-37 -- Jesus Drives Out an Impure Spirit - Ir-raġel bi spirtu ħażin --- "HU ORDNA B’SETGHA U QAWWA” --- TUESDAY OF WEEK 22 IN ORDINARY TIME

 
Luke 4:31-37

 
 

Beautiful Reflection on the Gospel -- Lk 4:31-37

 





HU ORDNA B’SETGHA U QAWWA”
Qari mill-Evangelju skont San Luqa (4:31-37)

F’dak iz-zmien, Gesu` niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f'jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta' wieħed li għandu s-setgħa.
U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta' xitan imniġġes, u qabad jgħajat b'leħen għoli: "Ah! x'għandna x'naqsmu, Ġesù ta' Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jiena naf min int: il-Qaddis ta' Alla!" Imma Ġesù widdbu bis-sħiħ u qallu: "Iskot, u oħroġ minnu!" Mbagħad l-ispirtu xeħtu fin-nofs u ħareġ minnu bla ma għamillu ħsara. U kulħadd stagħġeb, u bdew jistaqsu wieħed lil ieħor u jgħidu: "Dan xi kliem hu? Għax hu jordna b'setgħa u qawwa lill-ispirti mniġġsa u huma joħorġu!" U l-fama tiegħu xterdet ma' kullimkien f'dawk l-inħawi kollha.
___________________________________________
 
(Il-qawwa tar-Ruh t’Alla kontra x-xitan)

Barra r-raħal tiegħu Ġesù sab nies b’qalb iktar miftuħa biex tilqa’ kliemu u l-għajnuna tiegħu. Fis-silta ta' llum narawh jgħallem bis-setgħa ġos-sinagoga. Għan-nies li kienu mdorrijin jisimgħu il-kliem meqjus iżda fieragħ tal-Farizej, is-setgħa fi kliem Kristu kienet xi ħaġa ġdida li ħalliethom mgħaġġbin. L-Ispirtu Qaddis li kien jaħdem fi Kristu, insibuh isikket lir-ruħ il-ħażen: ix-xitan --- Jiġifieri x-xitan ukoll stqarr min hu Kristu, iżda mhux b’qima u mħabba lejh...
 
Kos, kif kont inġib ruħi kieku jien kont hemm dak il-ħin? Xi tfisser dik l-għajta qawwija iżda mimlija biża’ li għajjat ix-xitan quddiem Ġesù? Kif naraha dik il-ħarsa iebsa li tah Ġesù, u s-setgħa li biha qabbdu joħroġ minn ġor-raġel?

Ġie li bżajt jien minn Ġesù u ħsibt li ġie biex jeqridni, biex 'ifixkilli' l-ħajja mimlija frugħa u libertinaġġ - bħax-xitan? Jekk ikolli għalfejn nibża’ minnu minħabba dnubieti, għandi ħila ngħidlu dak li qallu x-xitan: “X’għandek x’taqsam miegħi, Ġesù ta’ Nazzaret ?” U jekk ma jkollux x’jaqsam miegħi Ġesù bis-setgħa bla tarf tiegħu t’Alla, x’isir minni ?...Nibqa' maqqgħad fix-xibka ta' l-illużjoni, nogħdos fil-ħama... u meta fuqi jew fuq dawk li nħobb tiġi xi diżgrazzja, xi traġedja, xi marda, xi telfa...x'nagħmel ? Niddispra ? Naħrab ?...jew xi ħaġa li kienet minsija ġewwa fija, ġġgħelni nidħol f'qoxorti, nħoss li għandi niġi nitolbok tgħinni ?
 
U meta nistagħġeb b’Ġesù jien ? B’xi miraklu biss ? Għax ma nistagħġibx bl-imħabba tiegħu lejja, bil-ħniena tiegħu miegħi, bil-paċenzja tiegħu miegħi ?... Jekk nilqa' lil Ġesù, ma jkollix għalfejn nibża’ minnu, bħal ma għamel ix-xitan. Ġesù ma jkeċċi ‘l ħadd ħlief lix-xitan għax huwa l-għerq u l-għajn ta’ kull ħażen. U jekk bniedem ikun mimli xjaten u ħażen, ikeċċi x-xjaten minn ġo fih mhux lill-bniedem, bħal ma għamel f’din il-ġrajja li naqraw illum.

TALBA:
Mgħallem Ġesù, bis-setgħa ta’ kelmtek keċċili minn ġo fija kull qawwa ta’ kull ħażen, ħalli nxandar ma'  kulħadd l-imħabba u l-ħniena tiegħek. Ammen.


                    (from David Borg' facebook original post of 1st September 2014)


><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>
 


Pope Francis: Christian identity comes from the Holy Spirit, not theological degrees

 






.

Monday, September 01, 2014

Luke 4:16-30 -- ... Jesus not welcomed in Nazareth --- Luqa 4:16-30 -- ... In-nies ta' Nazzaret ma jilqgħux lil Ġesù --- Monday Gospel of week 22 in Ordinary Time

Monday Gospel of week 22 in Ordinary Time









    
Luke 4:16-30 -- ... Jesus not welcomed in Nazareth --- Luqa 4:16-30 -- ... In-nies ta' Nazzaret ma jilqgħux lil Ġesù


In-nies ta' Nazzaret ma jilqgħux lil Ġesù
(Mk 13, 53-38 ; Mt 6, 1-6)

[Lq:4:16] U ġie Nazzaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta' Sibt, u qam biex jaqra.[Lq:4:17] Tawh f'idejh il-ktieb ta' Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej:
        [Lq:4:18] 'L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,
        għax hu kkonsagrani,
        Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin,
        nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,
        u d-dawl mill-ġdid lill-għomja,
        nrodd il-ħelsien lill-maħqurin
        [Lq:4:19] u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.'

[Lq:4:20] Mbagħad raġa' għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. [Lq:4:21] U beda jgħidilhom: "Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu." [Lq:4:22] U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: "Dan m'huwiex bin Ġużeppi?" [Lq:4:23] Iżda hu qalilhom: "Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju, 'Tabib, fejjaq lilek innifsek : dak kollu li smajna li ġara f'Kafarnahum agħmlu hawn f'pajjiżek ukoll." [Lq:4:24] U żied jgħidilhom: "Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f'pajjiżu. [Lq:4:25] Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f'Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa' tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa' ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; [Lq:4:26] madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta' Sidon. [Lq:4:27] U kien hemm bosta lebbrużi f'Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja." [Lq:4:28] Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; [Lq:4:29] qamu, u ħarġuh 'il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta' rdum ta' l-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel. [Lq:4:30] Iżda hu għadda minn ġo nofshom u baqa' sejjer.


=========================




Pope Francis - How do I receive the Word of God ?

https://www.youtube.com/watch?v=mO4bPWIT8AE






.

Friday, August 29, 2014

NADA TE TURBE - LET NOTHING DISTURB YOU - TĦALLI XEJN IFIXKLEK --- ST TERESA OF AVILA - ST TERESA OF JESUS --- The effectiveness of patience through GOD

Teresa of Avila, also called Saint Teresa of Jesus(28 March 1515 – 4 October 1582),

 

 
            Spanish
Nada te Turbe
Nada te turbe,
nada te espante,
todo se pasa,
Dios no se muda;
la paciencia
todo lo alcanza;
quien a Dios tiene
nada le falta:
Sólo Dios basta.
Eleva tu pensamiento,
al cielo sube,
por nada te acongojes,
nada te turbe.
A Jesucristo sigue
con pecho grande,
y, venga lo que venga,
nada te espante.
¿Ves la gloria del mundo?
Es gloria vana;
nada tiene de estable,
todo se pasa.
Aspira a lo celeste,
que siempre dura;
fiel y rico en promesas,
Dios no se muda.
Ámala cual merece
bondad inmensa;
pero no hay amor fino
sin la paciencia.
Confianza y fe viva
mantenga el alma,
que quien cree y espera
todo lo alcanza.
Del infierno acosado
aunque se viere,
burlará sus furores
quien a Dios tiene.
Vénganle desamparos,
cruces, desgracias;
siendo Dios tu tesoro
nada te falta.
Id, pues, bienes del mundo;
id dichas vanas;
aunque todo lo pierda,
sólo Dios basta.
              English
Let nothing disturb you
Let nothing disturb you,
let nothing frighten you,
everything passes,
God does not change.
Pacience reaches all;
he who has God
nothing lacks:
God alone suffices.
Lift your thinking,
up to heaven,
let nothing anguish you,
let nothing disturb you.
Follow Jesus Christ
with an open heart,
and, no matter what may come,
let nothing frighten you.
Do you see the glory of the world ?
It's vain glory;
it is not everlasting,
everything passes.
Yearn for the celestial
that lasts forever:
faithful and rich in promises,
God doesn't change.
Love it the way it deserves
immense goodness;
but there is not fine love
without the patience.
Trust and living faith
maintain the soul,

that whoever believes and hopes
achieves everything.
Although harassed by hell
one may see himself,
he who has God
will defeat its rage.
Come abandonment,
crosses, misfortune;
God being your treasure,
you lack nothing.
Go, then, wordly goods
go, vain happiness;
even if everything is lost
God alone suffices.
 
 
 Virtual Carmelite Choir celebrates the 500th anniversary of St. Teresa of Avila's birth  

 
><>  ><>  ><>
  



><>  ><>  ><>





><>  ><>  ><>
 

NADA TE TURBE - TĦALLI XEJN IFIXKLEK (by Sr Magdalene Cauchi


 
Tħalli xejn ifixklek, tħalli xejn iħawwdek
Kollox jgħaddi, kollox jgħaddi
Tħalli xejn ifixklek, tħalli xejn iħawwdek
Alla ma jidbiddilx

Is-sabar kollox jikseb
Min għandu l’Alla ma jonqsu xejn
Min għandu l’Alla ma jonqsu xejn
Alla waħdu bizzejjed

--- Santa Tereża t'Avila

 ><>  ><>  ><> 

Let nothing disturb you,
Let nothing frighten you,
All things are passing away:
God never changes.
Patience obtains all things
Whoever has God lacks nothing;
God alone suffices.

--- St. Teresa of Avila

><>  ><>  ><>
 

Why Do We Need to Develop Patience?

On any given day, we may encounter frustrating people and situations, such as the slow driver, mischievous child, or uncooperative co-worker. We may feel like lashing out, but God wants us to stay calm and be patient with everyone (1 Thessalonians 5:14).
 
Why should we want to develop patience?

Our calling. Though once alienated from the Lord, we have been made part of His family through Jesus' shed blood. As God’s children, we’re called to live a life worthy of Him—one that is characterized by humility, gentleness, and patience (Ephesians 4:1–3).
Biblical teaching. Scripture tells us to be tolerant of one another, bearing each other’s burdens, and responding with kindness.
Jesus’ example. The Lord demonstrated patience toward Peter’s impetuous actions, the crowd’s demands, and the leaders’ false accusations. We are to cultivate an attitude of composure.
Healthy relationships. Our impatience can hurt others and close off dialogue. Responding calmly gives room for the other person to confess wrongdoing, explain his attitude, and make changes.
God’s approval. The apostle Paul wrote that we are to be joyful in hope and patient in affliction (Romans 12:12). When we quietly endure our suffering, we find favour with the Lord (1 Peter 2:20).

The Holy Spirit is conforming us to Christ’s image. As we cooperate with Him, He will develop in us the ability to persevere—without becoming agitated—when waiting or provoked. A calm demeanor in times of delay or adversity can be a powerful witness to the transforming work of God.


http://www.jesus.org/following-jesus/discipleship/why-do-we-need-to-develop-patience.html


.

Thursday, August 28, 2014

AUGUST 28 - ST AUGUSTINE, BISHOP, DOCTOR OF THE CHURCH


ST AUGUSTINE & HIS MOTHER ST MONICA
Saint Augustine, Bishop and Doctor of the Church; Memorial - August 28“And men go abroad to admire the heights of mountains, the mighty billows of the sea, the broad tides of rivers, the compass of the ocean, and the circuits of the stars, and pass themselves by;…” - St. Augustine, (Confessions, 221)St. Augustine was born in 354 in northern Africa to a Christian mother and a pagan father. He received a Christian education, but spent his teen years in worldly pursuits. He graduated with degrees in grammar and rhetoric and became a professor.
He resisted the Church, choosing to practice the Manichaean faith of Persia and later, Neo-platonism. Eventually, through the tireless efforts of his mother, St. Monica; and St. Ambrose, Bishop of Milan; St. Augustine reasoned himself into the Christian faith, becoming baptized at age 33.
Content to ponder the mysteries of God and live a hermetic lifestyle, St. Augustine initially resisted the priesthood. Upon a trip to Hippo, the townspeople – knowing of St. Augustine’s holiness, begged the aging bishop, Valerius, to ordain him. St. Augustine accepted Holy Orders and took it on with his characteristic ardor. Four years later, he became Bishop of Hippo, blending a monastic lifestyle with clerical duties. 
St. Augustine is most beloved for his fount of doctrinal truths. He preached and wrote extensively on God, leaving a treasury of wisdom dear to all the faithful. Some of his most famous works include; Confessions, City of God, On Christian Doctrine, and Handbook on Faith, Hope, and Love. He is the patron saint of theologians and was declared a Doctor of the Church in 1298 by Boniface VIII.



HOLY MASS READINGS
http://www.liturgies.net/saints/augustine/readings.htm


SAINT AUGUSTINE, Bishop and Doctor of the Church
http://www.liturgies.net/saints/augustine/augustine.htm























































ST AUGUSTINE, BISHOP, DOCTOR OF THE CHURCH
 
Saint Augustine, Bishop and Doctor of the Church; Memorial - August 28

“And men go abroad to admire the heights of mountains, the mighty billows of the sea, the broad tides of rivers, the compass of the ocean, and the circuits of the stars, and pass themselves by;…” - St. Augustine, (Confessions, 221)

St. Augustine was born in 354 in northern Africa to a Christian mother and a pagan father. He received a Christian education, but spent his teen years in worldly pursuits. He graduated with degrees in grammar and rhetoric and became a professor.

He resisted the Church, choosing to practice the Manichaean faith of Persia and later, Neo-platonism. Eventually, through the tireless efforts of his mother, St. Monica; and St. Ambrose, Bishop of Milan; St. Augustine reasoned himself into the Christian faith, becoming baptized at age 33.
Content to ponder the mysteries of God and live a hermetic lifestyle, St. Augustine initially resisted the priesthood. Upon a trip to Hippo, the townspeople – knowing of St. Augustine’s holiness, begged the aging bishop, Valerius, to ordain him. St. Augustine accepted Holy Orders and took it on with his characteristic ardor. Four years later, he became Bishop of Hippo, blending a monastic lifestyle with clerical duties. 
St. Augustine is most beloved for his fount of doctrinal truths. He preached and wrote extensively on God, leaving a treasury of wisdom dear to all the faithful.
Some of his most famous works include;

Confessions -
https://www.youtube.com/playlist?list=PL069301B77518BF12,


City of God, On Christian Doctrine -
https://www.youtube.com/playlist?list=PLEYDcemW6Gv-WQCds84aDm-6HbuGHbllc

&
 
Handbook on Faith, Hope, and Love. https://www.youtube.com/playlist?list=PLEYDcemW6Gv_aowa1r7oIiM5N3f9FVvdz



He is the patron saint of theologians and was declared a Doctor of the Church in 1298 by Pope Boniface VIII.




ANOTHER WAY



PROPER GOSPEL AUGUST 28 - FEAST OF ST AUGUSTINE
Mt 23:8-12 - ...whoever humbles himself will be exalted - min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla.

Evanġelju
min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla.
Mt 23, 8-12


Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Mt:23:8] Intom tħallux min isejjħilkom Rabbi, għax l-Imgħallem tagħkom wieħed hu, u intom ilkoll aħwa. [Mt:23:9] U ssejjħu lil ħadd missierkom fuq din l-art, għax il-Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fis-smewwiet. [Mt:23:10] Hekk ukoll tħallux min isejjħilkom mexxejja, għax il-mexxej tagħkom wieħed hu, il-Messija. [Mt:23:11]  Il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom; [Mt:23:12] min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu



.



-------------------------------------------
-------------------------------------------
-------------------------------------------




--- mill Facebook - Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar - 27 ta' Awwissu, 2017 ---

28 ta' Awwissu - Festa ta' Santu Wistin, Isqof u Duttur tal-Knisja.

Ħajja u Storja 

Santu Wistin huwa wieħed mill-erba’ Santi Padri ewlenin tal-Punent, flimkien ma’ Sant'Ambroġju, San Ġlormu u l-Papa San Girgor il-Kbir. Huwa kien isqof ta’ Ippona, belt ewlenija tal-Afrika Rumana (illum Annaba fl-Alġerija) u wieħed mill-figuri ewlenin tal-Knisja tar-raba’ seklu.
Wistin twieled fit-13 ta’ Novembru 354 minn missier pagan, Patrizju, li kien Kunsillier ta’ muniċipju, u minn omm nisranija Kattolika, Monnika, ta’ razza bérbera f’Tagaste, fin-Numidja, Souk-Ahras, illum l-Alġerija. Minħabba l-edukazzjoni li kellu, hu kien marbut b’ruħu u b’ġismu ma’ Ruma, mal-Imperu Ruman, u mal-kultura Rumana. Studja f’Tagaste fejn twieled, wara kompla jistudja fil-belt ta’ Madawra (ġewwa l-Alġerija) u mbagħad temm l-istudji f’Kartaġni. L-ilsien Grieg ma setax jaqbdu fl-iskola, imma iżjed tard wara li kien kbir tgħallmu biżżejjed biex ikun jista’ jittraduċi għal-Latin. Min-naħa l-oħra, il-Puniku baqa’ ma tgħallmu qatt, neħħi xi ftit kliem ’l hawn u ’l hemm li laħaq tgħallem u li nqeda bih biex ifisser kliem Lhudi li kien jixxiebah etimoloġikament. Meta kellu tnax-il sena kien se jmut minħabba x-xedda li qabditu, u kien se jitgħammed. Imma billi għaddielu, hu baqa’ ma tgħammidx żgħir.
Ta’ dsatax-il sena tbiegħed mill-fidi Kattolika. Wara li qara l-ktieb l-Ortensju ta’ Ċiċerun li kien iħajjar għat-triq tal-filosofija, Wistin sar Manikew. Issa mietlu missieru (373), u reġa’ lura lejn Tagaste, u miegħu ħa l-mara li kien jgħix magħha u lil binhom Adeodat. Ommu ma laqgħethomx għandha. Hu beda jgħallem il-grammatika Latina fl-istess Tagaste (374). Wara dan huwa qabad jgħallem ir-retorika l-ewwel f’Kartaġni (375-383), imbagħad f’Ruma (384), u fl-aħħar Milan (Ħarifa 384 – Sajf 386). F’Milan stess hu ġie f’kuntatt mal-Isqof Sant'Ambroġju u mal-istudji tan-neoplatoniċi li għenuh iħoll il-problema tal-materjaliżmu u tal-ħażen. Bil-qari ta’ San Pawl hu għeleb il-problema tan-naturaliżmu, u fehem li Kristu mhux biss hu l-Imgħallem, imma wkoll il-Feddej. Hekk wasal biex aċċetta l-medjazzjoni divina u l-grazzja. U fl-aħħar wasal ukoll għall-konverżjoni tiegħu.
Wistin ikkonverta fl-ewwel jiem tax-xahar ta’ Awwissu tas-sena 386, jiġifieri 44 sena qabel ma miet bħala Isqof ta’ Ippona. Bejn il-konverżjoni u l-episkopat tiegħu għaddew ftit inqas minn għaxar snin, imma dan kien perjodu mimli progress spiritwali u kisba ta’ tagħlim tat-teoloġija Kattolika.
Hekk kif ikkonverta hu ħa żewġ deċiżjonijiet kbar: dik li jirrinunzja għat-tagħlim tar-retorika, u dik li jirrinunzja għaż-żwieġ. Hekk, qrib it-tmiem ta’ Ottubru tas-sena 386 Wistin irtira f’Kassiċijaku, x’aktarx Cossago fil-Brianza, biex hemm iħejji ruħu għall-magħmudija. F’dan il-post hu għamel inqas minn ħames xhur għaliex fl-ewwel ġranet ta’ Marzu tas-sena 387 hu reġa’ lura lejn Milan, inkiteb katekumenu, segwa l-kors tal-katekeżi li għamel Ambroġju u kien mgħammed flimkien ma’ Alipju, sieħbu, u Adeodat, ibnu, fil-lejl ta’ bejn l-24 u l-25 ta’ April, il-viġilja tal-Għid tas-sena 387. Minn hemm Wistin qatagħha li jerġa’ lura lejn l-Afrika, imma ftit wara li waslu f’Ostia Tiberina, ommu mardet u mietet. Wistin reġa’ lura lejn Ruma u baqa’ sas-sena ta’ wara jikteb il-kotba u jitkixxef iżjed dwar il-ħajja monastika. Wara l-mewt tal-Imperatur Massimu li ġrat f’Lulju jew f’Awissu tas-sena 388, Wisin ħalla Ruma u mar Tagaste fejn beda l-ħajja komunitarja flimkien mal-ħbieb tiegħu u ma’ Adeodat li mbagħad miet minn sena sa tliet snin wara (389-391).
Fis-sena 391, Wistin mar Ippona bil-ħsieb li jsib xi post fejn ikun jista’ jwaqqaf knisja. F’dik l-okkażjoni hu aċċetta kontra qalbu li jkun ordnat saċerdot. L-Isqof Valerju tah biċċa mill-kwartier nisrani biex iwaqqaf hemm il-monasteru tal-lajċi li xtaq jibni. Hawn beda jagħti ruħu għal iżjed ħajja axxetika, għal iżjed studji tat-teoloġija, u fl-istess ħin beda l-ħidma tiegħu tal-predikazzjoni. Fis-sena 395 jew 396 hu kien ikkonsagrat Isqof. Għadda xi żmien jgħin lill-Isqof Valerju, imbagħad, għallinqas minn Awissu tas-sena 397, hu beda l-ħidma tiegħu proprja bħala Isqof ta’ Ippona. Meta sar Isqof tal-post, Wistin ħalla l-monasteru tal-lajċi fejn qabel kien superjur, u mar fid-dar ta’ l-Isqof u għamel minn din monasteru tal-Kjeriċi.
Bħala Isqof, Santu Wistin ħadem bis-sħiħ kemm fid-djoċesi tiegħu, kemm fi djoċesijiet oħra fejn mar ħafna drabi l-iktar biex jipprietka, u kemm għall-Knisja universali l-iktar bil-kotba tiegħu. Fid-djoċesi tiegħu, Wistin kien jipprietka regolarment darbtejn fil-ġimgħa, jiġifieri s-Sibt u l-Ħadd. F’xi okkażjonijiet kien jipprietka għal ġranet sħaħ wara xulxin, meta mhux ukoll jagħmel żewġ prietki kuljum. Kellu wkoll laqgħat tal-Isqof mal-membri tad-djoċesi, li kienu jissejħu audientia episcopalia, u dan biex jisma’ u jaqta’ s-sentenzi fil-kawżi li kienu jippreżentawlu l-fidili. Xi kultant dawn il-laqgħat kienu jdumu l-ġurnata kollha. Kellu wkoll jieħu ħsieb il-fqar, ir-romol u l-iltiema permezz ta’ tqassim ta’ affarijiet meħtieġa għall-ikel u għall-ħajja mill-imħażen li kien hemm apposta fil-kwartier nisrani. Kien jieħu ħsieb it-tagħlim reliġjuż tal-kleru li fosthom ġab riforma kbira bil-ħsieb li s-saċerdoti jkunu iktar kapaċi teoloġikament u liturġikament. Organizza l-monasteri kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa. Kien iżur il-morda fi djarhom stess. U kien jaqbeż għall-fidili quddiem l-awtorita’ ċivili. Kien ukoll jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-ġid tal-Knisja, xogħol li kien jagħmel kontra qalbuGħall-Knisja ta’ l-Afrika u b’xi mod għall-Knisja Universali, hu ħa sehem f’diversi konċilji Afrikani. Kiteb ħafna ittri bħala tweġiba għall-problemi jew mistoqsijiet li kienu jagħmlulu. Ħa sehem f’disputi pubbliċi mal-eretiċi meta tqum l-okkażjoni, fosthom fil-konferenza tas-sena 411 bejn Isqfijiet Kattoliċi u Isqfijiet Donatisti. Hu ħadem ħafna għas-soluzzjoni tax-xiżma Donatista u tal-kontroversja Pelaġjana. Meta miet fit-28 ta’ Awissu tas-sena 430, fit-tielet xahar ta’ l-assedju ta Ippona mill-Vandali, ħalla warajh ħafna opri mhumiex mitmuma. L-aħħar xogħol tiegħu kienet l-Ittra 228 li x’aktarx li ddettaha fuq is-sodda ta’ mewtu u indirizzaha lis-saċerdoti tad-djoċesi dwar id-dmirijiet tagħhom għal waqt l-invażjoni barbarika. Hu kien midfun fil-Bażilika Pacis ġewwa Ippona. Iktar tard l-għadam tiegħu, f’data inċerta, ittieħed f’Sardinja, u qrib is-sena 725 kien ittrasportat f’Pavia fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ciel d’Oro, fejn għadu sal-lum.

Il-Belt ta’ Alla. Din hi l-aqwa biċċa xogħol ta’ Santu Wistin. Fiha hu jagħti fil-qosor il-ħsieb tiegħu filosofiku, teoloġiku u politiku. Kitbu bejn is-snin 413-426. Fir-Ritrattazzjonijiet Santu Wistin meta wasal sabiex jerġa’ jagħti daqqa t’għajn lejn ix-xogħol li kien għadu kemm temm, fuq il-Belt ta’ Alla, kiteb: “Waqt dan kollu, Ruma kollha kienet tinsab imfarrka taħt il-qilla ta’ l-invażjoni tal-Goti li kienu taħt it-tmexxija tar-re Alariku (370-410); kien diżastru kbir. Dawk li aħna mdorrijn insejħu l-pagani, dawk li jagħtu qima lil bosta allat foloz, għamlu l-almu tagħhom kollu sabiex iqiegħdu l-ħtija ta’ dan kollu wara bieb it-twemmin nisrani, u dan sabiex iżebilħu lil Alla l-veru bi lsien iniggeż aktar u bi ħdura mhux tas-soltu. Għalhekk jien mifni bil-ħeġġa għad-dar ta’ Alla, qtajtha illi nikteb kontra dawn id-dagħajja u l-iżbalji tagħhom, il-kotba ta’ l-Belt ta’ Alla.”

Mela skond Wistin dawn kienu raġunijiet ewlenija għaliex ried jikteb il-Belt ta’ Alla. L-idea ewlinija hi dik li l-Providenza divina ddawwal u tmexxi l-istorja kollha tal-bniedem. Fiha 22 ktieb. ~ertament hija l-‘Magnum Opus’ ta’ Santu Wistin - opra twila ħafna u trid iż-żmien biex taqraha kollha. Tinqasam f’żewġ partijiet. Il-kotba 1-10 fihom il-ħsieb ta’ apoloġetika u polemika. Fil-kotba 1-5 Santu Wistin jirrifjuta l-opinjoni pagana li l-politeiżmu, jew l-adorazzjoni ta’ ħafna allat, kien bżonnjuż sabiex tinstab hena fuq din id-dinja; fil-kotba 6-10 huma miktuba kontra l-filosfi Neo-Platoniċi li kien jżommu li l-adorazzjoni ta’ l-allat hija neċessarja għall-ħajja futura. Il-kotba 11-22 huma spekulattivi. Hemm żewġ saltniet kbar li fihom isir l-iżvilupp tal-ħajja u ta’ l-umanita’: ‘Regnum Dei, Regnum mundi’,- ‘ir-renju ta’ Alla u r-renju tad-dinja.’ Il-konflitt bejn dawn it-tnejn jifforma suġġett ta’ dan ix-xogħol.

Ir-renju ta’ Alla jikkonsisti: fl-anġli tiegħu u n-nies ġusti, u l-essenza tar-renju tad-dinja hi l-apostasiji minn Alla. Huwa hawn li dawn iż-żewġ renji jidħlu ġo xulxin għaliex iċ-ċittadini ta’ l-ewwel jgħixu bħala ċittadini qalb tat-tieni. Il-kotba 11-14 jiddeskrivu l-oriġini ta’ kull renju, bil-ħolqien tal-anġli u tal-waqgħa ta’ dawk apostati. Il-kotba 15-18 jittrattaw fuq l-iżvilupp u l-progress ta’ dawn iż-żewġ renji u l-kotba 19-22 l-għan ta’ kull renju u kif isib tmiemu.

Ix-xogħol fih ħafna tagħrif storiku u arkeoloġiku għax Wistin ħa ħafna minn Ċiċerun, Verro u mir-reċensjoni tal-‘Chronicon’ ta’ Ewsebju. Ċertament dan ix-xogħol kellu u għad għandu influwenza kbira mill-mewt ta’ Wistin l’ hawn. Għall-grazzja ta’ Alla għandna traduzzjoni tajba ħafna tal-Belt ta’ Alla, tradotta minn Valentin V. Barbara, maħruġa mill-Provinċja Agostinjana, Malta, fil-1996, bin-noti estiżi ta’ P. Salvino Caruana OSA.








.