blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Lk 4:31-37 -- Jesus Drives Out an Impure Spirit - Ir-raġel bi spirtu ħażin --- "HU ORDNA B’SETGHA U QAWWA” --- TUESDAY OF WEEK 22 IN ORDINARY TIME

Tuesday, September 02, 2014

Lk 4:31-37 -- Jesus Drives Out an Impure Spirit - Ir-raġel bi spirtu ħażin --- "HU ORDNA B’SETGHA U QAWWA” --- TUESDAY OF WEEK 22 IN ORDINARY TIME

 
Luke 4:31-37

 
 

Beautiful Reflection on the Gospel -- Lk 4:31-37

 





HU ORDNA B’SETGHA U QAWWA”
Qari mill-Evangelju skont San Luqa (4:31-37)

F’dak iz-zmien, Gesu` niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f'jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta' wieħed li għandu s-setgħa.
U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta' xitan imniġġes, u qabad jgħajat b'leħen għoli: "Ah! x'għandna x'naqsmu, Ġesù ta' Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jiena naf min int: il-Qaddis ta' Alla!" Imma Ġesù widdbu bis-sħiħ u qallu: "Iskot, u oħroġ minnu!" Mbagħad l-ispirtu xeħtu fin-nofs u ħareġ minnu bla ma għamillu ħsara. U kulħadd stagħġeb, u bdew jistaqsu wieħed lil ieħor u jgħidu: "Dan xi kliem hu? Għax hu jordna b'setgħa u qawwa lill-ispirti mniġġsa u huma joħorġu!" U l-fama tiegħu xterdet ma' kullimkien f'dawk l-inħawi kollha.
___________________________________________
 
(Il-qawwa tar-Ruh t’Alla kontra x-xitan)

Barra r-raħal tiegħu Ġesù sab nies b’qalb iktar miftuħa biex tilqa’ kliemu u l-għajnuna tiegħu. Fis-silta ta' llum narawh jgħallem bis-setgħa ġos-sinagoga. Għan-nies li kienu mdorrijin jisimgħu il-kliem meqjus iżda fieragħ tal-Farizej, is-setgħa fi kliem Kristu kienet xi ħaġa ġdida li ħalliethom mgħaġġbin. L-Ispirtu Qaddis li kien jaħdem fi Kristu, insibuh isikket lir-ruħ il-ħażen: ix-xitan --- Jiġifieri x-xitan ukoll stqarr min hu Kristu, iżda mhux b’qima u mħabba lejh...
 
Kos, kif kont inġib ruħi kieku jien kont hemm dak il-ħin? Xi tfisser dik l-għajta qawwija iżda mimlija biża’ li għajjat ix-xitan quddiem Ġesù? Kif naraha dik il-ħarsa iebsa li tah Ġesù, u s-setgħa li biha qabbdu joħroġ minn ġor-raġel?

Ġie li bżajt jien minn Ġesù u ħsibt li ġie biex jeqridni, biex 'ifixkilli' l-ħajja mimlija frugħa u libertinaġġ - bħax-xitan? Jekk ikolli għalfejn nibża’ minnu minħabba dnubieti, għandi ħila ngħidlu dak li qallu x-xitan: “X’għandek x’taqsam miegħi, Ġesù ta’ Nazzaret ?” U jekk ma jkollux x’jaqsam miegħi Ġesù bis-setgħa bla tarf tiegħu t’Alla, x’isir minni ?...Nibqa' maqqgħad fix-xibka ta' l-illużjoni, nogħdos fil-ħama... u meta fuqi jew fuq dawk li nħobb tiġi xi diżgrazzja, xi traġedja, xi marda, xi telfa...x'nagħmel ? Niddispra ? Naħrab ?...jew xi ħaġa li kienet minsija ġewwa fija, ġġgħelni nidħol f'qoxorti, nħoss li għandi niġi nitolbok tgħinni ?
 
U meta nistagħġeb b’Ġesù jien ? B’xi miraklu biss ? Għax ma nistagħġibx bl-imħabba tiegħu lejja, bil-ħniena tiegħu miegħi, bil-paċenzja tiegħu miegħi ?... Jekk nilqa' lil Ġesù, ma jkollix għalfejn nibża’ minnu, bħal ma għamel ix-xitan. Ġesù ma jkeċċi ‘l ħadd ħlief lix-xitan għax huwa l-għerq u l-għajn ta’ kull ħażen. U jekk bniedem ikun mimli xjaten u ħażen, ikeċċi x-xjaten minn ġo fih mhux lill-bniedem, bħal ma għamel f’din il-ġrajja li naqraw illum.

TALBA:
Mgħallem Ġesù, bis-setgħa ta’ kelmtek keċċili minn ġo fija kull qawwa ta’ kull ħażen, ħalli nxandar ma'  kulħadd l-imħabba u l-ħniena tiegħek. Ammen.


                    (from David Borg' facebook original post of 1st September 2014)


><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>
 


Pope Francis: Christian identity comes from the Holy Spirit, not theological degrees

 






.