blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Thursday, April 17, 2014

THE EASTER TRIDUUM --- GOOD FRIDAY - Il-ĠIMGĦA L-KBIRA -- 'Passion of Our Lord - Il-Passjoni tal-Mulej' --- & --- Via Crucis - The Way of the Cross



THE EASTER TRIDUUM ENDS 
ON EASTER SUNDAY 
AND UP TO VESPERS
 
----------------------------------------------------------------


In the morning the Church opens only for community prayers of the Divine Office, Liturgy of the Hours with meditations for Good Friday.


ll-Ġimgħa l-Kbira: Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum – 15 ta’ April 2022

https://youtu.be/uhzPnnbGjPM




======================================




The 'Celebration' of the Passion of the Lord (Good Friday) - generally at 3.00 PM
http://www.ibreviary.com/m/preghiere.php?tipo=Rito&id=541





> FIRST PART: THE CELEBRATION OF THE PASSION OF THE LORD

          --- LITURGY OF THE WORD
          --- THE SOLEMN INTERCESSIONS




SECOND PART: THE ADORATION OF THE HOLY CROSS




THIRD PART: HOLY COMMUNION




ll-Ġimgħa l-Kbira: L-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal Mulej – 15 ta’ April 2022

https://youtu.be/W0plyilETrQ


____________________________________________________________


http://www.laikos.org/QQ/QF_140417.htm

Il-Ġimgħa l-Kbira

Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej


Qari I

Kien miġruħ minħabba fi dnubietna.

Is 52, 13 – 53, 12

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija


Araw! Il-qaddej tiegħi jsib ir-riżq,

jintrefa’, jogħla u jkun ’il fuq minn kulħadd.

Bħalma ħafna ndiehxu minnu,

– għax wiċċu tħassar, donnu ma kienx bniedem,

u s-sura tiegħu ma kontx tqisha ta’ bniedem –
hekk għad jistagħġbu ħafna ġnus minħabba fih.
Quddiemu s-slaten jagħlqu ħalqhom,
għax għad jaraw ġrajja li qatt ma ssemmiet,
u jifhmu dak li qatt ma semgħu bih.
Min kien jemmen dak li smajna,
u f’min intwera driegħ il-Mulej?
Bħal xitla kiber quddiemna,
u bħal għerq minn art niexfa.
Ebda sura ma kellu,
u ebda ġmiel biex inħarsu lejh,
jew xi sura biex nitgħaxxqu bih.
Kien imżeblaħ u mwarrab mill-bnedmin,
bniedem li bata u kien jaf x’inhu l-mard,
bħal wieħed li n-nies jaħbu wiċċhom minnu,
bniedem imżeblaħ, u aħna xejn ma qisnieh.
Iżda hu rafa’ fuqu l-mard tagħna,
tgħabba bin-niket tagħna.
Aħna ħsibnieh bħal wieħed ikkastigat,
mitluq minn Alla u miġjub fix-xejn.
Iżda hu kien miġruħ minħabba fi dnubietna,
misħuq minħabba fi ħżunitna.
Għas-saħħa tagħna waqa’ l-kastig fuqu,
u bis-swat tiegħu sibna l-fejqan tagħna.
Aħna lkoll bħal nagħaġ mitlufa,
kull wieħed minna qabad triq għal rasu.
U l-Mulej xeħet fuqu l-ħażen tagħna lkoll.
Ħaqruh, u hu qagħad għalihom bla biss ma fetaħ fommu;
bħal ħaruf meħud għall-qatla,
u bħal nagħġa mbikkma f’id min iġiżżha,
ma fetaħx fommu.
Bil-forza u l-ħaqq neħħewh;
u min qagħad jaħseb fuq xortih?
Iva, qaċċtuh mill-art tal-ħajjin,
minħabba fi dnub il-poplu tiegħi kien midrub.
U tawh qabar mal-ħżiena,
u mal-għonja difnuh,
għalkemm ma għamel ebda deni,
u minn fommu ma ħareġ ebda qerq.
Iżda l-Mulej għoġbu jgħakksu bil-mard.
Talli joffri ruħu b’sagrifiċċju ta’ riparazzjoni,
huwa għad jara nisel u jtawwal jiemu;
u r-rieda tal-Mulej isseħħ bih.
Wara t-tbatija tiegħu għad jara d-dawl,
jixba’ bit-tagħrif tiegħu.
Il-Ġust jiġġustifika lill-qaddej tiegħu quddiem il-kotra,
u l-ħażen tagħhom jitgħabba bih hu.
Għalhekk nagħtih il-kotra b’sehmu,
u jkollu sehem fil-priża mal-qalbenin,
għaliex hu offra ruħu għall-mewt,
u kien magħdud mal-midinbin.
Hu li neħħa l-ħtijiet tal-kotra,
u ndaħal għall-midinbin.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 30 (31), 2.6.12-13.15-16.17. 25
R/. (Lq 23, 46): Missier, nerħi ruħi f’idejk
Fik, Mulej, jien nistkenn;
ma jkolli qatt għax nirgħex.
Fil-ġustizzja tiegħek salvani.
F’idejk jien nerħi ruħi;
int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. R/.
Minħabba l-għedewwa tiegħi kollha,
jien sirt ħaġa ta’ min ikasbarha;
jitwerwru l-ġirien tiegħi,
u min jafni jibża’ minni.
Dawk li jarawni barra jaħarbu minni.
Insewni bħal wieħed mejjet,
sirt bħal ġarra mkissra. R/.
Imma jien fik nittama, Mulej;
jien ngħidlek: “Alla tiegħi int!
F’idejk hi xortija”.
Eħlisni minn id l-għedewwa,
minn id dawk li jeħduha kontrija. R/.
Uri d-dawl ta’ wiċċek lill-qaddej tiegħek;
fit-tjieba tiegħek eħlisni.
Issaħħu u qawwu qalbkom,
intom ilkoll li tittamaw fil-Mulej. R/.
Qari II
Kristu, awtur tas-salvazzjoni għal kull min jisma’ minnu.
Lhud 4, 14-16; 5, 7-9
Qari mill-Ittra lil-Lhud
Ħuti, meta aħna għandna l-qassis il-kbir, li hu tassew kbir, qassis li daħal fis-smewwiet, Ġesù, Bin Alla, ħa nżommu sħiħa l-fidi tagħna u nistqarruha. Għax aħna ma għandniex qassis il-kbir li ma jistax jagħder id-dgħufija tagħna, imma għandna wieħed li kien imġarrab bħalna f’kollox, minbarra d-dnub.
Ħa nersqu, mela, b’qalbna qawwija lejn it-tron tal-grazzja, biex naqilgħu ħniena u nsibu f’waqtha l-grazzja li neħtieġu.
Meta kien jgħix fuq din l-art, Kristu offra talb u suppliki b’leħen għoli u bid-dmugħ lil dak li seta’ jsalvah mill-mewt. U kien mismugħ minħabba fil-qima tiegħu lejn Alla. Għad li kien Iben, tgħallem minn dak li bata xi tfisser l-ubbidjenza. U, billi laħaq il-perfezzjoni, sar awtur tas-salvazzjoni ta’ dejjem għal kull min jisma’ minnu.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Fil 2, 8-9
Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Minħabba fina Kristu obda sal-mewt,
anzi sal-mewt tas-salib.
Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet,
u żejnu bl-isem li hu fuq kull isem.
R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Evanġelju
Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Ġw 18, 1 - 19, 42
Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont San Ġwann
K F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu. Ġuda, dak li ttradieh, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu. Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand il-qassisin il-kbar u l-fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi. Ġesù, li kien jaf b’kull ma kien ġej fuqu, mar fuqhom u qalilhom:
“Lil min qegħdin tfittxu?”
K Huma weġbuh:
S “Lil Ġesù ta’ Nazaret”.
K U hu qalilhom:
“Jiena hu”.
K Ġuda, dak li ttradieh, kien hemm magħhom huwa wkoll. Kif Ġesù qalilhom: “Jiena hu”, huma resqu lura u waqgħu mal-art.
Lil min qegħdin tfittxu?”
K Raġa’ staqsiehom. U huma qalulu:
S “Lil Ġesù ta’ Nazaret”.
K Ġesù weġibhom:
“Għedtilkom li jiena hu. Jekk qegħdin tfittxu lili, ħallu lil dawn imorru”.
K Dan sar biex iseħħ dak li Ġesù kien qal: “Minn dawk li tajtni, anqas wieħed biss ma tlift”. Xmun Pietru kellu sejf, siltu, u darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu barra widintu l-leminija. Dan il-qaddej kien jismu Malku. Imma Ġesù qal lil Pietru:
“Erġa’ daħħal is-sejf fl-għant tiegħu. Forsi l-kalċi li tani Missieri ma nixorbux?”
K Imbagħad is-suldati u l-kaptan tagħhom flimkien mal-għases tal-Lhud, qabdu lil Ġesù u rabtuh. L-ewwel ħaduh għand Anna, billi dan kien missier il-mara ta’ Kajfa, il-qassis il-kbir f’dik is-sena. Kajfa kien dak li ta parir lil-Lhud: “Ikun jaqbel li bniedem wieħed imut għall-poplu”.
Xmun Pietru u dixxiplu ieħor marru wara Ġesù. Dan id-dixxiplu kien midħla tal-qassis il-kbir, u għalhekk daħal fil-bitħa tal-qassis il-kbir flimkien ma’ Ġesù. Imma Pietru baqa’ barra ħdejn il-bieb. Imbagħad id-dixxiplu l-ieħor, li kien midħla tal-qassis il-kbir, ħareġ ikellem lill-purtinara, u daħħal lil Pietru ġewwa. Il-qaddejja li kienet mal-bieb qalet lil Pietru:
S “Int m’intix ukoll wieħed mid-dixxipli ta’ dan ir-raġel?”
K Hu weġibha:
S “Le, m’iniex”.
K Il-qaddejja u l-għases kienu kebbsu n-nar mill-faħam, għax kien il-bard, u qagħdu hemm għas-sħana. U Pietru wkoll qagħad magħhom għas-sħana. Il-qassis il-kbir staqsa lil Ġesù fuq id-dixxipli u t-tagħlim tiegħu. Ġesù wieġbu:
“Jiena tħadditt fil-beraħ, quddiem kulħadd. Għallimt dejjem fis-sinagoga u fit-tempju fejn jinġabru l-Lhud kollha, u bil-moħbi ma għedt xejn. Għalfejn qiegħed tistaqsi lili? Staqsi lil dawk li semgħuni, x’għedtilhom. Huma jafu x’għedt”.
K Kif qal hekk, wieħed mill-għases li kien ħdejh ta daqqa ta’ ħarta lil Ġesù u qallu:
S “Hekk twieġbu lill-qassis il-kbir?”
K Ġesù qallu:
“Jekk jien għedt xi ħaġa mhix sewwa, urini fejn; imma jekk għedt is-sewwa, għaliex terfa’ jdejk fuqi?”
K Imbagħad Anna bagħat lil Ġesù marbut għand Kajfa, il-qassis il-kbir. Xmun Pietru mela kien qiegħed hemm għas-sħana; u qalulu:
S “Int m’intix ukoll wieħed mid-dixxipli tiegħu?”
K Imma hu ċaħad u qal:
S “Le m’iniex”.
K Wieħed mill-qaddejja tal-qassis il-kbir, li kien jiġi minn dak ir-raġel li Pietru kien qatagħlu widintu, qal:
S “Mela jiena ma rajtekx miegħu fil-ġnien?”
K Pietru ċaħad għal darb’oħra; u minnufih idden is-serduk. Imbagħad ħadu lil Ġesù mingħand Kajfa għall-Pretorju. Kien filgħodu kmieni. Huma ma daħlux fil-Pretorju, għax ma ridux jitniġġsu, biex ikunu jistgħu jagħmlu l-ikla tal-Għid. Pilatu ħareġ barra ħdejhom u qalilhom:
S “X’akkuża għandkom kontra dan ir-raġel?”
K U huma weġbuh:
S “Li kieku dan ma kienx raġel ħażin aħna ma konniex nagħtuh f’idejk”.
K Pilatu qalilhom:
S “Ħuduh intom, u ġġudikawh intom skont il-liġi tagħkom”.
K Imma l-Lhud qalulu:
S “Aħna ma għandna setgħa noqtlu lil ħadd”.
K Dan ġara biex iseħħ dak li Ġesù kien qal meta fisser kif kellu jmut. Pilatu raġa’ daħal fil-Pretorju, sejjaħ lil Ġesù u qallu:
S “Inti s-sultan tal-Lhud?”
K 34Ġesù wieġeb:
“Dan qiegħed tgħidu int minn moħħok? Jew kienu oħrajn li qalulek dan fuqi?”
K Pilatu wieġeb:
S “Mela jiena Lhudi? Kien il-poplu tiegħek u l-qassisin il-kbar li tawk f’idejja. X’għamilt?”
K Ġesù wieġeb:
“Is-saltna tiegħi mhijiex ta’ din id-dinja. Li kieku saltnati kienet ta’ din id-dinja, l-għases tiegħi kienu jiġġieldu biex ma ningħatax f’idejn il-Lhud; imma tabilħaqq saltnati mhijiex ta’ hawn”.
K Pilatu qallu:
S “Mela int sultan?”
K U Ġesù wieġeb:
“Int qiegħed tgħidu; jien sultan. Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità. U kull min iħobb il-verità jisma’ leħni”.
K Pilatu qallu:
S “U l-verità x’inhi?”
K Kif qal dan, raġa’ ħareġ quddiem il-Lhud u qalilhom:
S “Jiena ma nsib ebda ħtija fih. Issa intom għandkom id-drawwa li neħilsilkom wieħed fil-Għid. Tridunix neħilsilkom lis-sultan tal-Lhud?”
K Hawn huma mill-ġdid bdew jgħajtu u jgħidu:
S “Mhux lil dan, imma lil Barabba”.
K Dan Barabba kien brigant. Imbagħad Pilatu ordna li jieħdu lil Ġesù u jagħtuh is-swat. Is-suldati nisġu kuruna tax-xewk u qegħduhielu fuq rasu, u libbsuh mantar aħmar skur. 3U bdew ġejjin quddiemu u jgħidulu:
S “Is-sliem għalik, ja sultan tal-Lhud!”
K U bdew jagħtuh bil-ħarta. Għal darb’oħra Pilatu ħareġ barra jgħidilhom:
S “Araw, se nġibhulkom quddiemkom hawn barra, biex tkunu tafu li jiena ma nsib ebda ħtija fih”.
K U Ġesù ħareġ hemm barra, liebes il-kuruna tax-xewk u l-mantar aħmar; u Pilatu qalilhom:
S “Arawh, hawn hu l-bniedem!”
K Xħin rawh, il-qassisin il-kbar u l-għases bdew jgħajtu u jgħidu:
S “Sallbu! Sallbu!”
K Pilatu qalilhom:
S “Ħuduh u sallbuh intom; jien ma nsib ebda ħtija fih”.
K Il-Lhud weġbuh:
S “Aħna għandna liġi, u skont din il-liġi għandu jmut, għax għamel lilu nnifsu Bin Alla”.
K Meta sama’ dan, Pilatu aktar baża’. Raġa’ daħal fil-Pretorju u qal lil Ġesù:
S “Int mnejn int?”
K Imma Ġesù ma wieġbu xejn. Għalhekk Pilatu qallu:
S “Lili ma tkellimx? Ma tafx li jiena għandi s-setgħa neħilsek u għandi s-setgħa nsallbek?”
K Ġesù wieġbu:
“Ma kien ikollok ebda setgħa fuqi kieku ma ġietx mogħtija lilek minn fuq; għalhekk min ta lili f’idejk għandu ħtija akbar”.
K Minn dak il-ħin ’il quddiem Pilatu beda jfittex kif jeħilsu; imma l-Lhud issuktaw jgħajtu u jgħidu:
S “Jekk teħles lil dan, tiksirha ma’ Ċesari, għax kull min jagħmel lilu nnisfu sultan ikun qiegħed jeħodha kontra Ċesari”.
K Meta semagħhom jgħidu dan, Pilatu ġieb lil Ġesù barra u qiegħdu fuq sedja għolja, fil-post imsejjaħ Litòstrotos, bil-Lhudi Gabbatà. Kien Jum it-Tħejjija tal-Għid, għall-ħabta tas-sitt
siegħa. Pilatu qal lil-Lhud:
S “Arawh is-sultan tagħkom!”
K Dawk infexxew jgħajtu:
S “Għall-mewt! Għall-mewt! Sallbu!”
K Pilatu qalilhom:
S “Jien se nsallab lis-sultan tagħkom?”
K Imma l-qassisin il-kbar weġbuh:
S “Aħna ma għandniex sultan ħlief lil Ċesari!”
K Fl-aħħar tahulhom f’idejhom biex isallbuh. U huma ħadu lil Ġesù. Ġesù rafa’ s-salib u ħareġ lejn il-post imsejjaħ il-Qorriegħa, bil-Lhudi Golgota. Hemm huma sallbuh ma’ tnejn oħra, wieħed kull naħa, u Ġesù fin-nofs. Pilatu għamel kitba u waħħalha fuq is-salib; fiha kien hemm miktub, “Ġesù ta’ Nazaret, is-sultan tal-Lhud”. Din il-kitba qrawha ħafna Lhud, għax il-post fejn sallbu lil Ġesù kien qrib il-belt, u l-kitba kienet bil-Lhudi, bil-Latin u bil-Grieg. Għalhekk il-qassisin il-kbar tal-Lhud marru jgħidu lil Pilatu:
S “Ma kienx imissek tikteb: “Is-sultan tal-Lhud”, imma: “Dan qal: Jiena sultan tal-Lhud”.
K Pilatu wieġeb:
S “Issa li ktibt ktibt!”
K Wara li sallbu lil Ġesù, is-suldati ħadu l-ilbies tiegħu u qassmuh f’erbgħa, sehem lil kull wieħed minnhom. U ħadu wkoll it-tunika; din kienet libsa bla ħjata, minsuġa biċċa waħda minn fuq s’isfel. Ftiehmu bejniethom u qalu:
“Ma nqattgħuhiex, iżda nitfgħu x-xorti għaliha, u lil min tmiss jeħodha”.
Dan ġara biex isseħħ l-Iskrittura li tgħid: “Ħwejġi qasmu bejniethom, u għall-ilbies tiegħi tefgħu x-xorti”. U dan tabilħaqq għamluh is-suldati.
Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil
ommu:
“Mara, hawn hu ibnek”.
K Imbagħad qal lid-dixxiplu:
“Hawn hi ommok”.
K U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu.
Wara dan, Ġesù, billi issa kien jaf li kollox kien mitmum, biex isseħħ l-Iskrittura qal:
“Għandi l-għatx!”
K Kien hemm bieqja mimlija bil-ħall; huma xarrbu sponża il-ħall, waħħluha ma’ qasba tal-issopu, u ressquhielu lejn ħalqu. Kif Ġesù ħa l-ħall, qal:
“Kollox hu mitmum!”
K Imbagħad mejjel rasu u radd ruħu.
Kulħadd jinżel għarkupptejh u jinżamm is-skiet għal ftit ħin.
K Billi kien Jum it-Tħejjija tal-Għid, il-Lhud ma ridux li f’jum is-Sibt l-iġsma jibqgħu fuq is-salib, għax dak is-Sibt kien jum solenni għalihom. Talbu mela lil Pilatu biex jiksrulhom riġlejhom u jneħħu l-iġsma. Għalhekk ġew is-suldati u kisru r-riġlejn tal-ewwel u tat-tieni wieħed li kienu msallbin miegħu. Iżda meta waslu għal Ġesù, billi raw li kien ġa mejjet, ma kisrulux riġlejh. Madankollu wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu b’lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma. Dan qiegħed jixhdu min ra b’għajnejh, u x-xhieda tiegħu hija minnha. Hu jaf li qiegħed jgħid il-verità, biex intom ukoll temmnu. Għax dan ġara biex isseħħ l-Iskrittura li tgħid: “Ebda waħda minn għadmu ma jkissrulu”. U hemm ukoll kitba oħra fl-Iskrittura li tgħid: “Huma għad iħarsu lejn min nifdu”.
Wara dan, Ġużeppi minn Arimatija, li kien dixxiplu ta’ Ġesù bil-moħbi għax kien jibża’ mil-Lhud, mar u talab lil Pilatu biex jieħu l-ġisem ta’ Ġesù. Pilatu ħallieh, u hu ġie u ħa l-ġisem tiegħu. Ġie wkoll Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù billejl, u ġieb miegħu taħlita ta’ morr u sabbara, tiżen xi mitt libbra. Dawn it-tnejn ħadu l-ġisem ta’ Ġesù u kebbewh bil-faxex tal-għażel bil-fwejjaħ, kif soltu jagħmlu l-Lhud qabel id-difna. Fejn kienu sallbu lil Ġesù kien hemm ġnien, u f’dan il-ġnien kien hemm qabar ġdid li fih kienu għadhom ma difnu lil ħadd. Hemm qiegħdu lil Ġesù, għax kien Jum it-Tħejjija għal-Lhud, u għax il-qabar kien fil-qrib.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


THE GOSPEL
 



Omelija mill-Viċi Kappillan, Patri Ġorġ Żammit OFM Conv.
Il-Ġimgħa l-Kbira: L-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal Mulej – 15 ta’ April 2022

https://youtu.be/mxPFjEKUa1o




Good Friday: To Die Is To Enter The Sabbath Rest







After the Good Friday ceremony celebrated at 3pm, the Via Crucis is prayed in the evening.



April 15 2022 - Colosseum - The Way of the Cross presided over by Pope Francis
https://youtu.be/G8zsdrj-Cxw





************




THE EASTER TRIDUUM --- HOLY THURSDAY - HOLY MASS GOSPELS - MORNING AND EVENING
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2014/04/maundy-thursday-holy-mass-gospels.html






THE EASTER TRIDUUM --- HOLY SATURDAY MORNING --- & --- HOLY SATURDAY EVENING - Gospels - YEAR A - Mt 28:1-10 ; YEAR B - Mk 16:1-8; YEAR C - Lk 24:1-12 -- Jesus Has Risen - Il-qawmien ta' Ġesù mill-imwiet
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2014/04/yr-holy-saturday-evening-mt-281-10.html





EASTER TRIDIUUM - DEFEND THE RESURRECTION --- EASTER SUNDAY ---&--- THE OCTAVE OF EASTER GOSPELS








.

Wednesday, April 16, 2014

HOLY THURSDAY - morning Chrism Mass and in the evening starts the Easter Triduum


THE EASTER TRIDUUM ENDS 
ON EASTER SUNDAY 
AND UP TO VESPERS

-------------------------------------------------------------


In the morning the churches open only for community prayers for Holy Thursday morning - The Divine Office, Liturgy of the Hours including meditations.


************



There are only two Masses allowed on Holy Thursday:



- In the morning the Solemn Chrism Mass, celebrated by the Bishop in each diocese in Cathedral Churches. 

 - and In the evening
when we enter into the Easter Tridium by the Solemn Mass of the Lord's Supper.



=================================================================


PRAYERS - Chrism Mass
http://www.ibreviary.com/m/preghiere.php?tipo=Rito&id=543

Priests renew their consecration of their priestly vows to God, and to the bishop, in the presence of their colleague priests and laity as well during the CHRISM MASS on HOLY THURSDAY morning.


The Bishop of every diocese in the Catholic Church, blesses the three Oils -
- Oil of the Sick is used for those who seek anointing - (oleum infirmorum)
- Oil of Catechumens for the Sacrament of Baptism - (oleum catechumenorum or oleum sanctorum)
- The Holy Chrism Oil (sacrum chrisma)  used at the ordination of priests and bishops, and at baptisms, confirmations and the consecration of altars and blessing of churches, is “consecrated.”

These will be used in the administration of the sacraments throughout the diocese for the year.

***

Siltiet mill-Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut fil-Katidral ta' Għawdex 2018: Ippreseduta mill-E.T. Mons. Alfred Xuereb, Nunzju Appostoliku fil-Korea u l-Mongolja. Ħamis ix-Xirka, 29 ta' Marzu 2018




><> ><> ><>


Papa francesco Messa Crismale videonews 2018-03-29




2017.04.13 Chrism Mass
Pope Francis on truth, mercy and joy







HOLY THURSDAY MORNING GOSPEL --- Lk 4:16-21 -- Jesus at Nazareth - L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani

L-Evanġelju
L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani.
Lq 4, 16-21


Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien,  [Lq:4:16] Ġesù ġie f'Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta' Sibt, u qam biex jaqra.[Lq:4:17] Tawh f'idejh il-ktieb ta' Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej:
        [Lq:4:18] 'L-Ispirtu tal-Mulej fuqi,
        għax hu kkonsagrani,
        Bagħatni nħabbar il-ħelsien lill-imjassrin,
        nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin,
        u d-dawl mill-ġdid lill-għomja,
        nrodd il-ħelsien lill-maħqurin
        [Lq:4:19] u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.'


[Lq:4:20] Mbagħad raġa' għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu msammra fuqu. [Lq:4:21] U beda jgħidilhom: "Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu










><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> 



A Prayer for Holy Thursday
 

O Lord Jesus, in order that the merits of your sacrifice on the Cross might be applied to every soul of all time, you willed that it should be renewed upon the altar.

At the Last Supper, you said: "Do this in remembrance of me." By these words you gave your apostles and their successors the power to consecrate and to the command to do what you yourself did.

The Mass is both a sacrifice and a memorial, re-enacting your passion, death and resurrection. Help me to understand that the Mass is the greatest gift of God to us and our greatest gift to God.

Amen





 













HOLY THURDAY EVENING (THE HOLY MASS OF THE LORD'S SUPPER) GOSPEL --- Jn 13:1-15 -- Jesus Washes His Disciples' Feet - Ħabbhom għall-aħħar.

Evanġelju
Ħabbhom għall-aħħar.
Ġw 13, 1-15


Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

[Ġw:13:1] Qabel il-festa ta' l-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar.

[Ġw:13:2] Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta' Xmun l-Iskarjota u daħħallu f'rasu li jittradih. [Ġw:13:3] Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f'idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla. [Ġw:13:4] Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma' qaddu. [Ġw:13:5] Mbagħad ferragħ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma' qaddu.

[Ġw:13:6] Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: "Int, Mulej, taħsilli saqajja?" [Ġw:13:7] Ġesù wieġbu: "Int għalissa ma tafx x'qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar 'il quddiem." [Ġw:13:8] Qallu Pietru: "Ma jkun qatt li inti taħsilli saqajja!" Wieġbu Ġesù: "Jekk ma naħsillekx saqajk, ma jkollokx x'taqsam miegħi." [Ġw:13:9] Qallu Xmun Pietru: "Mulej, mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll." [Ġw:13:10] Qallu Ġesù: "Min hu maħsul, ma għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma mhux ilkoll." [Ġw:13:11] Għax hu kien jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal, 'M'intomx ilkoll indaf.'
[Ġw:13:12] Wara li ħaslilhom saqajhom, libes il-mantar u raġa' qagħad fuq il-mejda; u qalilhom: "Tafu x'għamiltilkom? [Ġw:13:13] Intom issejjħuli 'l-Imgħallem' u 'il-Mulej', u tgħidu sewwa, għax hekk jien. [Ġw:13:14] Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. [Ġw:13:15] Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu





============


L-Omelija minn Patri Elija Vella OFM Conv. miċ-Ċelebrazzjoni Solenni tal-Aħħar Ikla tal-Mulej - Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar, Malta, 14 ta' April 2022
https://fb.watch/coGpljdVWm/


============


Papa Francesco messa in Coena Domini 2018-03-29





After the Mass of the Lord's Supper the Tabernacle is empty and the Eucharist is processed to the Altar of Repose, the holy Sepulchre.




Parish churches are open for the visit of the seven churches and the faithful are invited to spend time in Eucharistic adoration while the Sacrament is in repose:
Where appropriate, this prolonged Eucharistic adoration may be accompanied by the reading of some part of the Gospel of St. John (chs. 13-17).
From midnight onwards, however, the adoration should be made without external solemnity, because the day of the Lord's passion has begun.





STAY WITH ME - Ishru miegħi = Isaiah 53:11; Matthew 26:37-44; Mark 14:34-42; Luke 22:42-44








Ħamis ix-Xirka 2020 – Is-Seba’ waqfiet ma’ Ġesù, 9 ta’ April, 8:30pm









 ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> ><> 





THE EASTER TRIDUUM --- GOOD FRIDAY - Jn 18:1-19:42 -- 'Passion of Our Lord - Il-Passjoni tal-Mulej' - il-Ġimgħa l-Kbira
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2014/04/good-friday-jn-181-1942-passion-of-our.html#uds-search-results





THE EASTER TRIDUUM --- HOLY SATURDAY MORNING --- & --- HOLY SATURDAY EVENING - Gospels - YEAR A - Mt 28:1-10 ; YEAR B - Mk 16:1-8; YEAR C - Lk 24:1-12 -- Jesus Has Risen - Il-qawmien ta' Ġesù mill-imwiet
http://medjugorjemalta.blogspot.com/2014/04/yr-holy-saturday-evening-mt-281-10.html






EASTER TRIDIUUM - DEFEND THE RESURRECTION --- EASTER SUNDAY ---&--- THE OCTAVE OF EASTER GOSPELS



















Tuesday, April 15, 2014

Wednesday of Holy Week - Mt 26:14-25 -- Judas Agrees to Betray Jesus - It-tradiment ta' Ġuda




It-tradiment ta' Ġuda
(Mk14, 10-11 ; Lq 22, 3-6)

[Mt:26:14] Mbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar [Mt:26:15] u qalilhom: "Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f'idejkom?" U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. [Mt:26:16] Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f'idejhom.
Ġesù jagħmel l-ikla ta' l-Għid mad-dixxipli
(Mk14, 12-21 ; Lq 22, 7-14, 21-23 ; Ġw 13, 21-30)

[Mt:26:17] Fl-ewwel jum ta' l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: "Fejn tridna nħejjulek l-ikla ta' l-Għid?" [Mt:26:18] U hu qalilhom: "Morru l-belt għand it-tali, u għidulu, 'Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla ta' l-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi.' " [Mt:26:19] Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta' l-Għid. [Mt:26:20] Għall-ħin ta' filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax, [Mt:26:21] u waqt l-ikel qal: "Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini."[Mt:26:22] Huma bdew isewwdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom beda jsaqsih: "Jaqaw jien, Mulej?" [Mt:26:23] U Ġesù weġibhom: "Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak li se jittradini. [Mt:26:24] Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu Bin il-bniedem ikun mogħti f'idejn l-għedewwa! Kien ikun aħjar għalih dak il-bniedem li kieku ma twieled xejn !" [Mt:26:25] Qabeż Ġuda, dak li ttradieh, u qallu: "Jaqaw jien, Rabbi?" Wieġbu Ġesù: "Int qiegħed tgħidu."