MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Tuesday, April 15, 2014
Wednesday of Holy Week - Mt 26:14-25 -- Judas Agrees to Betray Jesus - It-tradiment ta' Ġuda
It-tradiment ta' Ġuda
(Mk14, 10-11 ; Lq 22, 3-6)
[Mt:26:14] Mbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar [Mt:26:15] u qalilhom: "Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f'idejkom?" U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. [Mt:26:16] Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f'idejhom.
Ġesù jagħmel l-ikla ta' l-Għid mad-dixxipli
(Mk14, 12-21 ; Lq 22, 7-14, 21-23 ; Ġw 13, 21-30)
[Mt:26:17] Fl-ewwel jum ta' l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: "Fejn tridna nħejjulek l-ikla ta' l-Għid?" [Mt:26:18] U hu qalilhom: "Morru l-belt għand it-tali, u għidulu, 'Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla ta' l-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi.' " [Mt:26:19] Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta' l-Għid. [Mt:26:20] Għall-ħin ta' filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax, [Mt:26:21] u waqt l-ikel qal: "Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini."[Mt:26:22] Huma bdew isewwdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom beda jsaqsih: "Jaqaw jien, Mulej?" [Mt:26:23] U Ġesù weġibhom: "Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak li se jittradini. [Mt:26:24] Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu Bin il-bniedem ikun mogħti f'idejn l-għedewwa! Kien ikun aħjar għalih dak il-bniedem li kieku ma twieled xejn !" [Mt:26:25] Qabeż Ġuda, dak li ttradieh, u qallu: "Jaqaw jien, Rabbi?" Wieġbu Ġesù: "Int qiegħed tgħidu."