blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Wednesday, April 02, 2014

Jn 5:31-47 -- Testimonies About Jesus - Xhieda għal Ġesù




Xhieda għal Ġesù
[Ġw:5:31] Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha. [Ġw:5:32] Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li  x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha. [Ġw:5:33] Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità. [Ġw:5:34] Mhux għax jien għandi bżonn ix-xhieda ta' bniedem, imma qiegħed ngħidilkom dan  għas-salvazzjoni tagħkom. [Ġw:5:35] Għax dak kien musbieħ jixgħel u jiddi, u intom, għal ftit, ridtu tifirħu bid-dawl tiegħu. [Ġw:5:36] Iżda jien għandi xhieda akbar minn dik ta' Ġwanni; għax l-għemejjel li tani l-Missier biex intemmhom, jiġifieri dawn l-istess għemejjel li jiena qiegħed nagħmel, jixhdu għalija li kien il-Missier li bagħatni. [Ġw:5:37] U dak li jagħti xhieda fuqi huwa dak stess li bagħatni, il-Missier, li intom la qatt smajtu leħnu u lanqas rajtu l-bixra ta' wiċċu; [Ġw:5:38] u l-kelma tiegħu ma tinsabx fikom, għax intom m'intomx temmnu lil dak li huwa bagħat. [Ġw:5:39] Intom tistudjaw l-Iskrittura, għax taħsbu li fiha hemm il-ħajja ta' dejjem; din tagħti xhieda għalija; [Ġw:5:40] u madankollu ma tridux tiġu għandi biex ikollkom il-ħajja.
[Ġw:5:41] "Jiena ma nieħu ebda glorja mill-bnedmin, [Ġw:5:42] imma jiena lilkom nafkom, naf li  l-imħabba ta' Alla ma tinsabx fikom. [Ġw:5:43] Jien ġejt f'isem Missieri, u intom ma lqajtunix; jekk ħaddieħor jiġi f'ismu stess, intom tilqgħuh. [Ġw:5:44] Imma kif jista' jkun li temmnu, intom li tieħdu l-glorja mingħand xulxin, waqt li xejn ma tfittxu l-glorja li tiġi mingħand Alla waħdu? [Ġw:5:45] Xejn la taħsbu li se nkun jien li nakkużakom quddiem il-Missier; dak li jakkużakom huwa Mosè, li fih qegħedtu t-tama tagħkom. [Ġw:5:46] Għax kieku kontu temmnu lil Mosè kontu temmnu lili wkoll, għax Mosè fuqi kiteb. [Ġw:5:47] Imma jekk intom ma temmnux dak li kitbilkom hu, kif se temmnu dak li ngħidilkom jien?"

Pope Francis to couples: No need to call the United Nations to make peace !!! - God's image is the married couple - Koppja raġel u mara xbieha ta' Alla

GOD'S IMAGE IS THE MARRIED COUPLE - KOPPJA RAĠEL U MARA XBIEHA TA' ALLA












.



Tuesday, April 01, 2014

Jn 5:17-30 -- The Authority of the Son - Is-setgħa ta' l-Iben......




[Ġw:5:17] Imma Ġesù qalilhom: "Missieri għadu jaħdem sa issa; mela naħdem jien ukoll." [Ġw:5:18] U minħabba f'hekk il-Lhud wisq iżjed minn qabel bdew ifittxu li joqtluh, mhux biss għax kien jikser is-Sibt, imma wkoll għax lil Alla kien jgħidlu Missieru u jqis ruħu daqs Alla.
Is-setgħa ta' l-Iben
[Ġw:5:19] Ġesù qabad u qalilhom: "Tassew tassew ngħidilkom li l-Iben ebda ħaġa ma jista' jagħmel minn rajh jekk ma jarax lil Missieru jagħmilha; għax il-ħwejjeġ li jagħmel il-Missier, jagħmilhom l-Iben ukoll, bħalu. [Ġw:5:20] Għax il-Missier lill-Iben iħobbu u jurih kull ma jagħmel, anzi ħwejjeġ akbar minn dawn jurih, ħalli jkollkom biex tistagħġbu. [Ġw:5:21] Għax bħalma l-Missier iqajjem lill-mejtin u jagħtihom il-ħajja, hekk ukoll l-Iben jagħti l-ħajja lil dawk li jrid hu. [Ġw:5:22] Il-Missier ma jagħmel ħaqq minn ħadd, imma ħalla f'idejn  l-Iben biex jagħmel il-ħaqq kollu hu, [Ġw:5:23] biex kulħadd jagħti ġieħ lill-Iben bħalma jagħti ġieħ lill-Missier; u min ma jagħtix ġieħ lill-Iben anqas ma jagħti ġieħ lill-Missier li bagħtu. [Ġw:5:24] Tassew tassew ngħidilkom li min jisma' kelmti u jemmen f'min bagħatni għandu l-ħajja ta' dejjem, u ma jsirx ħaqq minnu, imma għadda mill-mewt  għall-ħajja. [Ġw:5:25] Tassew tassew ngħidilkom li tiġi siegħa, anzi issa hi, meta l-mejtin jisimgħu l-leħen ta' l-Iben ta' Alla, u dawk li jisimgħuh jgħixu. [Ġw:5:26] Għax bħalma l-Missier għandu l-ħajja fih innifsu, hekk ukoll ta lill-Iben li jkollu l-ħajja fih innifsu, [Ġw:5:27] u tah ukoll is-setgħa li jagħmel ħaqq, għax hu Bin il-bniedem. [Ġw:5:28] Tistagħġbux b'dan; tiġi siegħa meta dawk kollha li jkunu fl-oqbra jisimgħu leħnu [Ġw:5:29] u joħorġu; dawk li jkunu għamlu t-tajjeb iqumu għall-ħajja, imma dawk li jkunu għamlu l-ħażin iqumu għall-kundanna.
Xhieda għal Ġesù
[Ġw:5:30] "Jiena ma nista' nagħmel xejn minn rajja; il-ħaqq nagħmlu fuq dak li nisma', u l-ħaqq li nagħmel jien huwa ġust, għax jien ma nfittixx ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta' min bagħatni.