blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Sunday, February 16, 2014

Pope Francis: List of tips to make a marriage work &...Marriage Preparation Is Very Helpful!

...WILLING TO BECOME JEWELLERS...
...LOVE IS A RELATIONSHIP...WORKING TOGETHER
...NOT ONLY FEELINGS TO LAST BUT TO WORK ON QUALITY
...PRAYER – DEAR GOD GIVE US OUR DAILY LOVE
...BEING IN LOVE = learn to say = MAY I, THANK YOU, I’M SORRY
...FORGIVENESS...no one is perfect...
...WORKING TOGETHER FOR A LIFELONG COMMITMENT


NEVER END THE DAY WITHOUT SAYING SORRY..........and MORE..........





 
Pope Francis to couples: No need to call the United Nations to make peace (video of 2nd April 2014)
 


Marriage Preparation Is Very Helpful!  






Sunday, February 09, 2014

Mt 4:18-22 -- Jesus Calls His First Disciples - Ġesù jsejjaħ erba' sajjieda --- Fr. Barron comments on The Calling of the Disciples




Ġesù jsejjaħ erba' sajjieda
(Mk 1, 16-20 ; Lq 5, 1-11)

[Mt:4:18] Huwa u jdur ma' xatt il-baħar tal-Galilija lemaħ żewġt aħwa, Xmun jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, qegħdin jixħtu x-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda. [Mt:4:19] U qalilhom: "Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin. "[Mt:4:20] U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.
[Mt:4:21] Wara li mexa minn hemm ra żewġt aħwa oħra, Ġakbu ta' Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma' missierhom Żebedew isewwu x-xbiek tagħhom, u sejjħilhom. [Mt:4:22] Minnufih telqu d-dgħajsa u lil missierhom, u marru warajh.


Fr. Barron comments on The Calling of the Disciples  


Friday, February 07, 2014

ID-DINJA TWARRBEK - IMMA ALLA LI ĦALQEK JIBQA' DEJJEM MIEGĦEK...ftit punti li laqtuni fil-laqgħat tal-LECTIO DIVINA

 
Also...

LECTIO DIVINA from THE CARMELITES on the DAILY GOSPEL
http://ocarm.org/en/lectio-divina


 

Eucaristia Eccomi  

 



(xi ftit meditazzjonijiet u punti li laqtuni, fil-laqgħat tal-LECTIO DIVINA)



[Isaija:49:14]
U Sijon kienet tgħid
'Ħallieni l-Mulej ,'

u: 'Sidi nsieni.' 


[Isaija:49:15] 
Tista' mara tinsa t-tarbija tagħha,

u ma tħennx għal bin ġufha?

Mqar jekk din tinsa,

jien ma ninsiek qatt! 
 

               - - -

ID-DINJA TWARRBEK GĦAX XJAĦT


ID-DINJA TWARRBEK GĦAX M'GĦANDEKX IL-QISIEN  U D-DEHRA LI TIMPONILEK LI JKOLLOK


ID-DINJA TWARRBEK GĦAX M'GĦANDEKX IL-KULUR LI TRID LI IKOLLOK...


ID-DINJA TWARRBEK GĦAX INT MA TLAĦĦAQX MAT-TAGĦLIM - FL-ISKOLA EĊĊ.,


ID-DINJA TWARRBEK GĦAX MOĦĦOK MA JGĦAĠĠILX KEMM TRIDEK HI - FIT-TEKNOLOĠIJA EĊĊ.,


ID-DINJA TWARRBEK GĦAX TKUN ĠEJ MINN FAMILJA FQIRA


ID-DINJA TWARRBEK GĦAX TKUN ĠEJ MINN FAMILJA MFARRKA


ID-DINJA TWARRBEK GĦAX MA TOQGĦODX GĦAL DAK LI TRID HI - FI TWEMMINEK, FL-ILBIES, FL-ISTILI TA' ĦAJJA LI TOĦLOQ HI - BLA RAŻAN,  BLA KUXJENZA, BLA DINJITÀ - FIX-XOGĦOL BLA NIFS, FIL-FRUGĦA, SAĦANSITRA FIL-LIĠIJIET LI JGĦADDU L-GVERNIJIET...


ID-DINJA TWARRBEK GĦAX MA TKUNX TRID TEMMEN LI QATT JISTA' JOĦROĠ XI ĦAĠA TAJBA MINNEK


ID-DINJA TWARRBEK GĦAX M'INTIX INDIPENDENTI MINĦABBA DIŻABILITÀ, MARD, INĊIDENT, EĊĊ.,


ID-DINJA TWARRBEK GĦAX MA TAFDAKX MINĦABBA XI ŻBALL FIL-PASSAT


ID-DINJA TWARRBEK GĦAX KONT IL-ĦABS...


------------------------------------------------------------------------


IMMA ALLA - LI ĦALQEK - MA JWARRBEK QATT !



ALLA LI ĦALQEK FIX-XBIEĦA TIEGĦU, ŻERA' MĦABBTU F'MOĦĦOK U F'QALBEK U TAK IL-POTENZJAL LI TAQSAM DIN L-IMĦABBA MA'  'L OĦRAJN ! --- L-IMĦABBA TA' ALLA HIJA MIĠBURA FL-OPRI TAL-ĦNIENA LI GĦALLEM ĠESÙ STESS U FIL-KMANDAMENTI LI ĠABARHOM FI TNEJN - "GĦANDEK TĦOBB LIL ALLA B'QALBEK KOLLHA, B'RUĦEK KOLLHA, B'MOĦĦOK KOLLU, U BIS-SAĦĦA TIEGĦEK KOLLHA...U ĦOBB LIL GĦAJREK BĦALEK INNIFSEK."        



ALLA MA JĦARISX LEJN L-UĊUH, LEJN ID-DEHRA TA' BARRA ! LANQAS IQIS KEMM GĦANDEK ĊERTIFIKATI, LAWRJI, KEMM ATTENDEJT KORSIJIET, U KEMM TAF IL-BIBBJA BL-AMMENT (... ix-xitan jafha kollha bl-amment)... GĦAX ALLA JIMLIK BIL-GĦERF TAS-SEMA ... MHUX BĦAL TAD-DINJA ! ... JISTENNA' ...LI DIK IL-QALB TAL-ĠEBEL TIĠIHA X-XEWQA LI TINBIDEL F'QALB TAL-LAĦAM...U ALLA JKUN DEJJEM LEST ĦA GĦINEK. 


Mill-Evanġelju ta' San Mattew 5:38-48 -- Love for Enemies - L-imħabba lejn l-għedewwa



ALLA, KOLLU MOGĦDRIJA U PAĊENZJA, ALLA LI GĦANDU TANT IMĦABBA X'JAGĦTINA, HUWA ALLA SFORTUNAT GĦAX GĦAL ELUF TA' SNIN DEJJEM BAQA' U JIBQA' JIPPROVA  KEMM IL-BNIEDEM QATT MA GĦANDU GĦALXIEX JIBŻA' MINNU - ALLA ĠIE FID-DINJA MHUX BĦALA GWERRIER IMMA BĦALA TARBIJA FRAĠLI - META D-DIVINITÀ TĦALLTET MAL-BNIEDEM !

IX-XITAN GĦADU JSEFSEF IL-GIDEB F'WIDNEJNA LI ALLA NSIEK, LI ALLA JASSREK, LI ALLA HUWA SEVER, LI ALLA TELLIEF - IS-SEFSIF LI MELA' LIL ADAM U EVA...U MIN ĠIE MQARRAQ ? MIN TILEF L-HENA U L-ARMONIJA ?...IMMA ALLA JIBQA' JITTAMA'  FINA, GĦAX MA JRID IĊĊAĦĦAD LIL ĦADD MINN IMĦABBTU. 
 
ALLA QATT MA JAQTA' QALBU MINNEK GĦAX HU IMĦABBA ! L-IMĦABBA VERA DEJJEM TAGĦDER, DEJJEM TAĦFER, TIBQA' TISTENNA, TIBQA'  TITTAMA'. SAĦANSITRA ALLA JĦOBB LIL GĦEDEWWA TIEGĦEK GĦAX HU IMĦABBA BISS...JIBQA' JITTAMA' LI KULĦADD JISTA' JINBIDEL U JISTA' JIĠI KONXJU TA' KEMM IĦOBBU ALLA.


ALLA DEJJEM MIEGĦEK ! TISTAĦBIELU KEMM TISTAĦBIELU WARA Ż-ŻOGĦŻIJA, WARA L-VIZZJI, WARA X-XEWAT ŻIENJA, WARA L-ĦSIBIJIET TA'  VENDETTA, GĦIRA, PIKA, RIBELLJONI KONTRA S-SOĊJETÀ, ANKE META TISTAĦBIELU WARA L-APATIJA TAL-ĦAJJA U L-QTIEGĦ IL-QALB...ALLA QIEGĦED MIEGĦEK...JISTENNIK TITOLBU MILL-FOND TA' QALBEK, "IKOLLOK ĦNIENA MINNI O ALLA"


ĠESÙ - F'GĦAQDA PERFETTA MA' ALLA L-MISSIER U ALLA SPIRTU QADDIS - TLIET PERSUNI F'ALLA WIEĦED - JIFHEM IS-SOLITUDNI U L-WEĠGĦAT TIEGĦEK GĦAX ĠARRABHA HU STESS (FTAKAR  F'ĠESÙ, FL-UMANITÀ TIEGĦU, KEMM ĦASSU MWEĠĠA' MINN QRABATU STESS LI KIENU QALU LI M'HUIEX F'SIKTU, U MILL-APPOSTLI MAGĦŻULIN MINNU STESS,  LI ĦARBU: PIETRU ĊAĦDU, ĠUDA ITTRADIEH...U DAN META KIENET QORBOT IT-TBATIJA TANT ĦARXA U TAL-BIŻA ! 


ĠESÙ JIFHEM ID-DWEJJAQ LI TĦOSS META TKUN  IMWARRAB, IRREDIKULAT, IMAJJAR LI INT FALLUT, GĦAX HU ĠARRAB DAN KOLLU; IMMA ĠESÙ BAQA' JITLOB U NTELAQ GĦAR-RIEDA TAL-MISSIER BIEX ISALVANA MILL-JASAR TAD-DNUB, MILL-ĦAKMA U MILL-GIDEB TAX-XITAN - LI JOBGĦODNA U JAGĦMEL MINN KOLLOX BIEX IBEGĦDNA U JĊAĦĦADNA MILL-FERĦ VERU TA' L-IMĦABBA TA' ALLA. 


IMMA 'L-AKBAR GĦADU TIEGĦI HUWA JIEN INNIFSI - GĦAX NAF, LI GĦAX INKUN IRRID JIEN NAGĦŻEL IL-ĦAŻIN JEW NAGĦŻEL NOQGĦOD NITĦASSAR LILI NNIFSI, MHUX GĦAX IĠEGĦLNI ĦADDIEĦOR...META NAF LI ĠESÙ DEJJEM QED JISTENNIENI NITOLBU ĦA JGĦINNI U JIMLINI BIL-KURAĠĠ GĦAX MINGĦAJRU MA NASALX ---





 MINGĦAJR ĠESÙ F'ĦAJJTI, NGĦIX FID-DUBJU, FIL-BIŻA', BLA DINJITÀ, BLA PRUDENZA. IMMA ALLA JIBDEL KULL TRAĠEDJA F'BARKA - ĠESU BIDDEL IS-SINJIFIKAT TAS-SOFFERENZA...IMMA MA NEĦĦIJIEX: BIDDILHA F'SOFFERENZA REDENTIVA GĦAL MATURITÀ SPIRITWALI TAGĦNA STESS U GĦAL KONVERŻJONI TAD-DINJA. HU JIPPROVDI BL-ABBUNDANZA; HU LI JTELLA' X-XEMX GĦAT-TAJBIN U GĦALL-ĦŻIENA; HU LI JNIŻŻEL IX-XITA GĦAT-TAJBIN U GĦALL-ĦŻIENA: MULEJ, AGĦLLIMNA NKUNU GRATI TAL-MIRAKLI LI JSEĦĦU F'ĦAJJITNA, MINKEJJA LI NKUNU GĦADDEJJIN MINN PROVI TANT IEBSA. ĠIBNA KONXJI TA' KEMM IL-ĦNIENA DIVINA TIEGĦEK TBIEREK, TIMLA' BIL-KURAĠĠ U SSAĦĦAĦ LIL KULHADD: GĦALHEKK KIF QATT NISTGĦU NIEQFU MILLI NFAĦĦRUK O ALLA !





SA MINN TWELIDU L-BNIEDEM IĦOBB IKUN MAĦBUB U MOGĦTI ATTENZJONI:


  • IT-TARBIJA LI TIBKI GĦALL-GĦOŻŻA, GĦAS-SIGURTÀ, GĦALL-AMBJENT NADIF U GĦALL-MANTENIMENT.


  • IT-TIFEL, IT-TIFLA, LI JIKXFU L-FALLIMENT TAS-SOĊJETA 'MODERNA' GĦAN-NUQQAS TA' ĦIN GĦALIHOM, NUQQAS TA' ĦIN MAGĦĦOM, U GĦAN-NUQQAS TA' FIDUĊJA FIHOM - BILLI MA' JOBDUX, JIRRIBELLAW, JAĦARBU...BIEX IMBAGĦAD JAQGĦU F'AMBJENTI MWARRBA, F'KUMPANIJA TA' NIES BLA' KUXJENZA, LI JABBUŻAW MINNHOM - B'XOGĦOL BLA DINJITÀ, F'VIZZJI BL'ADDOĊĊ...U DAWN IT-TFAL JIKBRU B'RABJA, LI JIŻFUGAWHA FIL-KRIMINALITÀ - JEKK ĦADD MA' JGĦALLIMHOM DWAR L-IMĦABBA TA' ALLA GĦALIHOM UKOLL.


SANTA JOSEPHINE MARGARET BAKHITA - 8 TA' FRAR





IL-KURĊIFISS JURI KIF ALLA REFA' L-KRIMINALITÀ TAD-DINJA FUQU ! FUQ IS-SALIB ĠESÙ WERA' LI HU D-DAWL QAWWI, FIL-MUMENT 'L-AKTAR BAXX, U UMILJANTI F'ĦAJTU - FIL-ĠRAJJA TAT-3 TA' WARA NOFS IN-NHAR, AĦNA TGĦAMMIDNA BL-ISPIRTU U BIN-NAR, U SIRNA LKOLL ULIED ALLA !



GĦALHEKK ALLA JAGĦDER LIL KULĦADD SA L-AĦĦAR NIFS. ALLA MA JIKKASTIGAX GĦAX ĦU IMĦABBA --- LI KIEKU ALLA VERA JIKKASTIGA KELLU JKUN DAK IL-MUMENT META QTILNILU LIL IBNU ĠESÙ - UMILJAT, IMBIĊĊER, ŻVINAT, IMSAMMAR MA' SALIB.......





.......META ĦSIBNA LI KOLLOX SPIĊĊA F'FALLIMENT...IMMA ALLA WERA L-QAWWA, IR-REBĦA FUQ ID-DNUB U FUQ IL-MEWT - BIL-QAWMIEN MILL-MEWT TA' ĠESÙ.......



 
.......U BL-INŻUL TAL-ISPIRTU QADDIS FUQ L-EWWEL APPOSTLI, IL-BIDU TAL- KNISJA, LI NFIRXET MAD-DINJA KOLLHA BLA BIŻA', KOLLHA ĦEĠĠA U ENTUŻJAŻMUU, MINKEJJA KULL XORTA TA' PERIKLU ... IXXANDAR IL-VERITA TA' KEMM ALLA JĦOBB LIL KULĦADD -  LI MINGĦAJRU NIBQGĦU NAFFĠU WEĦIDNA BIL-BIŻA' LI MA NIĠUX AĊĊETTI FL-ILLUŻJONIJIET TAD-DINJA...LI WARA KOLLOX NĦALLUHA WARAJNA HEKK KIF JIEQAF L-AĦĦAR NIFS F'ĠISIMNA...U B'HEKK TIBDA' L-ĦAJJA VERA BLA BIKI, BLA NKWIET, BLA DWEJJAQ, BLA MARD - AĊĊETTATI LKOLL BIL-QALB DAWK KOLLHA LI BAQGĦU JAFDAW FIKOM SA L-AĦĦAR - O TRINITÀ QADDISA, OMMNA MARIJA, ANĠLI U QADDISIN FIL-ĠENNA !





GRAZZI ĠESÙ TA' KEMM TĦOBBNA: INTI TBIKKINA TA' KEMM TAĦFRILNA, TA' KEMM TISSAPORTINA, TA' KEMM TIBQA' TITTAMA' FINA, TA' KEMM GĦANDEK FIDUĊJA FINA, TA' KEMM TIBQA' TIPPROVDILNA KURAĠĠ, GĦAJNUNA U TAGĦLIM BIEX INKUNU IL-MELĦ TAL-ART U D-DAWL TAD-DINJA - NIRRIFLETTUK MA' KULL MIN TLAQQANA MIEGĦU META JIBDEW IĦOSSU L-GĦATX GĦALL-KELMA TIEGĦEK, LI JITOLBU U JIMMEDITAWK, KIF JISSAĦĦU BIS-SAGRAMENTI MQADDSA U FL-OPRI TAL-ĦNIENA LI JWETTQU B'INTENZJONI RETTA --- TKUN IMFAĦĦAR U GGLORIFIKAT GĦAL DEJJEM ĠESÙ - ALLA TRINITÀ QADDISA !