Eucaristia Eccomi
(xi ftit meditazzjonijiet u punti li laqtuni, fil-laqgħat tal-LECTIO DIVINA)
[Isaija:49:14]
U Sijon kienet tgħid
'Ħallieni l-Mulej ,' U Sijon kienet tgħid
u: 'Sidi nsieni.'
[Isaija:49:15]
Tista' mara tinsa t-tarbija tagħha,
Tista' mara tinsa t-tarbija tagħha,
u ma tħennx għal bin ġufha?
Mqar jekk din tinsa,
jien ma ninsiek qatt!
- - -
ID-DINJA TWARRBEK GĦAX XJAĦTID-DINJA TWARRBEK GĦAX M'GĦANDEKX IL-QISIEN U D-DEHRA LI TIMPONILEK LI JKOLLOK
ID-DINJA TWARRBEK GĦAX M'GĦANDEKX IL-KULUR LI TRID LI IKOLLOK...
ID-DINJA TWARRBEK GĦAX INT MA TLAĦĦAQX MAT-TAGĦLIM - FL-ISKOLA EĊĊ.,
ID-DINJA TWARRBEK GĦAX MOĦĦOK MA JGĦAĠĠILX KEMM TRIDEK HI - FIT-TEKNOLOĠIJA EĊĊ.,
ID-DINJA TWARRBEK GĦAX TKUN ĠEJ MINN FAMILJA FQIRA
ID-DINJA TWARRBEK GĦAX TKUN ĠEJ MINN FAMILJA MFARRKA
ID-DINJA TWARRBEK GĦAX MA TOQGĦODX GĦAL DAK LI TRID HI - FI TWEMMINEK, FL-ILBIES, FL-ISTILI TA' ĦAJJA LI TOĦLOQ HI - BLA RAŻAN, BLA KUXJENZA, BLA DINJITÀ - FIX-XOGĦOL BLA NIFS, FIL-FRUGĦA, SAĦANSITRA FIL-LIĠIJIET LI JGĦADDU L-GVERNIJIET...
ID-DINJA TWARRBEK GĦAX MA TKUNX TRID TEMMEN LI QATT JISTA' JOĦROĠ XI ĦAĠA TAJBA MINNEK
ID-DINJA TWARRBEK GĦAX M'INTIX INDIPENDENTI MINĦABBA DIŻABILITÀ, MARD, INĊIDENT, EĊĊ.,
ID-DINJA TWARRBEK GĦAX MA TAFDAKX MINĦABBA XI ŻBALL FIL-PASSAT
ID-DINJA TWARRBEK GĦAX KONT IL-ĦABS...
------------------------------------------------------------------------
IMMA ALLA - LI ĦALQEK - MA JWARRBEK QATT !
ALLA LI ĦALQEK FIX-XBIEĦA TIEGĦU, ŻERA' MĦABBTU F'MOĦĦOK U F'QALBEK U TAK IL-POTENZJAL LI TAQSAM DIN L-IMĦABBA MA' 'L OĦRAJN ! --- L-IMĦABBA TA' ALLA HIJA MIĠBURA FL-OPRI TAL-ĦNIENA LI GĦALLEM ĠESÙ STESS U FIL-KMANDAMENTI LI ĠABARHOM FI TNEJN - "GĦANDEK TĦOBB LIL ALLA B'QALBEK KOLLHA, B'RUĦEK KOLLHA, B'MOĦĦOK KOLLU, U BIS-SAĦĦA TIEGĦEK KOLLHA...U ĦOBB LIL GĦAJREK BĦALEK INNIFSEK."
ALLA MA JĦARISX LEJN L-UĊUH, LEJN ID-DEHRA TA' BARRA ! LANQAS IQIS KEMM GĦANDEK ĊERTIFIKATI, LAWRJI, KEMM ATTENDEJT KORSIJIET, U KEMM TAF IL-BIBBJA BL-AMMENT (... ix-xitan jafha kollha bl-amment)... GĦAX ALLA JIMLIK BIL-GĦERF TAS-SEMA ... MHUX BĦAL TAD-DINJA ! ... JISTENNA' ...LI DIK IL-QALB TAL-ĠEBEL TIĠIHA X-XEWQA LI TINBIDEL F'QALB TAL-LAĦAM...U ALLA JKUN DEJJEM LEST ĦA GĦINEK.
Mill-Evanġelju ta' San Mattew 5:38-48 -- Love for Enemies - L-imħabba lejn l-għedewwa
ALLA, KOLLU MOGĦDRIJA U PAĊENZJA, ALLA LI GĦANDU TANT IMĦABBA X'JAGĦTINA, HUWA ALLA SFORTUNAT GĦAX GĦAL ELUF TA' SNIN DEJJEM BAQA' U JIBQA' JIPPROVA KEMM IL-BNIEDEM QATT MA GĦANDU GĦALXIEX JIBŻA' MINNU - ALLA ĠIE FID-DINJA MHUX BĦALA GWERRIER IMMA BĦALA TARBIJA FRAĠLI - META D-DIVINITÀ TĦALLTET MAL-BNIEDEM !
IX-XITAN GĦADU JSEFSEF IL-GIDEB F'WIDNEJNA LI ALLA NSIEK, LI ALLA JASSREK, LI ALLA HUWA SEVER, LI ALLA TELLIEF - IS-SEFSIF LI MELA' LIL ADAM U EVA...U MIN ĠIE MQARRAQ ? MIN TILEF L-HENA U L-ARMONIJA ?...IMMA ALLA JIBQA' JITTAMA' FINA, GĦAX MA JRID IĊĊAĦĦAD LIL ĦADD MINN IMĦABBTU.
ALLA QATT MA JAQTA' QALBU MINNEK GĦAX HU IMĦABBA ! L-IMĦABBA VERA DEJJEM TAGĦDER, DEJJEM TAĦFER, TIBQA' TISTENNA, TIBQA' TITTAMA'. SAĦANSITRA ALLA JĦOBB LIL GĦEDEWWA TIEGĦEK GĦAX HU IMĦABBA BISS...JIBQA' JITTAMA' LI KULĦADD JISTA' JINBIDEL U JISTA' JIĠI KONXJU TA' KEMM IĦOBBU ALLA.
ALLA DEJJEM MIEGĦEK ! TISTAĦBIELU KEMM TISTAĦBIELU WARA Ż-ŻOGĦŻIJA, WARA L-VIZZJI, WARA X-XEWAT ŻIENJA, WARA L-ĦSIBIJIET TA' VENDETTA, GĦIRA, PIKA, RIBELLJONI KONTRA S-SOĊJETÀ, ANKE META TISTAĦBIELU WARA L-APATIJA TAL-ĦAJJA U L-QTIEGĦ IL-QALB...ALLA QIEGĦED MIEGĦEK...JISTENNIK TITOLBU MILL-FOND TA' QALBEK, "IKOLLOK ĦNIENA MINNI O ALLA"
ĠESÙ - F'GĦAQDA PERFETTA MA' ALLA L-MISSIER U ALLA SPIRTU QADDIS - TLIET PERSUNI F'ALLA WIEĦED - JIFHEM IS-SOLITUDNI U L-WEĠGĦAT TIEGĦEK GĦAX ĠARRABHA HU STESS (FTAKAR F'ĠESÙ, FL-UMANITÀ TIEGĦU, KEMM ĦASSU MWEĠĠA' MINN QRABATU STESS LI KIENU QALU LI M'HUIEX F'SIKTU, U MILL-APPOSTLI MAGĦŻULIN MINNU STESS, LI ĦARBU: PIETRU ĊAĦDU, ĠUDA ITTRADIEH...U DAN META KIENET QORBOT IT-TBATIJA TANT ĦARXA U TAL-BIŻA !
ĠESÙ JIFHEM ID-DWEJJAQ LI TĦOSS META TKUN IMWARRAB, IRREDIKULAT, IMAJJAR LI INT FALLUT, GĦAX HU ĠARRAB DAN KOLLU; IMMA ĠESÙ BAQA' JITLOB U NTELAQ GĦAR-RIEDA TAL-MISSIER BIEX ISALVANA MILL-JASAR TAD-DNUB, MILL-ĦAKMA U MILL-GIDEB TAX-XITAN - LI JOBGĦODNA U JAGĦMEL MINN KOLLOX BIEX IBEGĦDNA U JĊAĦĦADNA MILL-FERĦ VERU TA' L-IMĦABBA TA' ALLA.
IMMA 'L-AKBAR GĦADU TIEGĦI HUWA JIEN INNIFSI - GĦAX NAF, LI GĦAX INKUN IRRID JIEN NAGĦŻEL IL-ĦAŻIN JEW NAGĦŻEL NOQGĦOD NITĦASSAR LILI NNIFSI, MHUX GĦAX IĠEGĦLNI ĦADDIEĦOR...META NAF LI ĠESÙ DEJJEM QED JISTENNIENI NITOLBU ĦA JGĦINNI U JIMLINI BIL-KURAĠĠ GĦAX MINGĦAJRU MA NASALX ---
MINGĦAJR ĠESÙ F'ĦAJJTI, NGĦIX FID-DUBJU, FIL-BIŻA', BLA DINJITÀ, BLA PRUDENZA. IMMA ALLA JIBDEL KULL TRAĠEDJA F'BARKA - ĠESU BIDDEL IS-SINJIFIKAT TAS-SOFFERENZA...IMMA MA NEĦĦIJIEX: BIDDILHA F'SOFFERENZA REDENTIVA GĦAL MATURITÀ SPIRITWALI TAGĦNA STESS U GĦAL KONVERŻJONI TAD-DINJA. HU JIPPROVDI BL-ABBUNDANZA; HU LI JTELLA' X-XEMX GĦAT-TAJBIN U GĦALL-ĦŻIENA; HU LI JNIŻŻEL IX-XITA GĦAT-TAJBIN U GĦALL-ĦŻIENA: MULEJ, AGĦLLIMNA NKUNU GRATI TAL-MIRAKLI LI JSEĦĦU F'ĦAJJITNA, MINKEJJA LI NKUNU GĦADDEJJIN MINN PROVI TANT IEBSA. ĠIBNA KONXJI TA' KEMM IL-ĦNIENA DIVINA TIEGĦEK TBIEREK, TIMLA' BIL-KURAĠĠ U SSAĦĦAĦ LIL KULHADD: GĦALHEKK KIF QATT NISTGĦU NIEQFU MILLI NFAĦĦRUK O ALLA !
SA MINN TWELIDU L-BNIEDEM IĦOBB IKUN MAĦBUB U MOGĦTI ATTENZJONI:
- IT-TARBIJA LI TIBKI GĦALL-GĦOŻŻA, GĦAS-SIGURTÀ, GĦALL-AMBJENT NADIF U GĦALL-MANTENIMENT.
- IT-TIFEL, IT-TIFLA, LI JIKXFU L-FALLIMENT TAS-SOĊJETA 'MODERNA' GĦAN-NUQQAS TA' ĦIN GĦALIHOM, NUQQAS TA' ĦIN MAGĦĦOM, U GĦAN-NUQQAS TA' FIDUĊJA FIHOM - BILLI MA' JOBDUX, JIRRIBELLAW, JAĦARBU...BIEX IMBAGĦAD JAQGĦU F'AMBJENTI MWARRBA, F'KUMPANIJA TA' NIES BLA' KUXJENZA, LI JABBUŻAW MINNHOM - B'XOGĦOL BLA DINJITÀ, F'VIZZJI BL'ADDOĊĊ...U DAWN IT-TFAL JIKBRU B'RABJA, LI JIŻFUGAWHA FIL-KRIMINALITÀ - JEKK ĦADD MA' JGĦALLIMHOM DWAR L-IMĦABBA TA' ALLA GĦALIHOM UKOLL.
IL-KURĊIFISS JURI KIF ALLA REFA' L-KRIMINALITÀ TAD-DINJA FUQU ! FUQ IS-SALIB ĠESÙ WERA' LI HU D-DAWL QAWWI, FIL-MUMENT 'L-AKTAR BAXX, U UMILJANTI F'ĦAJTU - FIL-ĠRAJJA TAT-3 TA' WARA NOFS IN-NHAR, AĦNA TGĦAMMIDNA BL-ISPIRTU U BIN-NAR, U SIRNA LKOLL ULIED ALLA !
.......META ĦSIBNA LI KOLLOX SPIĊĊA F'FALLIMENT...IMMA ALLA WERA L-QAWWA, IR-REBĦA FUQ ID-DNUB U FUQ IL-MEWT - BIL-QAWMIEN MILL-MEWT TA' ĠESÙ.......
.......U BL-INŻUL TAL-ISPIRTU QADDIS FUQ L-EWWEL APPOSTLI, IL-BIDU TAL- KNISJA, LI NFIRXET MAD-DINJA KOLLHA BLA BIŻA', KOLLHA ĦEĠĠA U ENTUŻJAŻMUU, MINKEJJA KULL XORTA TA' PERIKLU ... IXXANDAR IL-VERITA TA' KEMM ALLA JĦOBB LIL KULĦADD - LI MINGĦAJRU NIBQGĦU NAFFĠU WEĦIDNA BIL-BIŻA' LI MA NIĠUX AĊĊETTI FL-ILLUŻJONIJIET TAD-DINJA...LI WARA KOLLOX NĦALLUHA WARAJNA HEKK KIF JIEQAF L-AĦĦAR NIFS F'ĠISIMNA...U B'HEKK TIBDA' L-ĦAJJA VERA BLA BIKI, BLA NKWIET, BLA DWEJJAQ, BLA MARD - AĊĊETTATI LKOLL BIL-QALB DAWK KOLLHA LI BAQGĦU JAFDAW FIKOM SA L-AĦĦAR - O TRINITÀ QADDISA, OMMNA MARIJA, ANĠLI U QADDISIN FIL-ĠENNA !
GRAZZI ĠESÙ TA' KEMM TĦOBBNA: INTI TBIKKINA TA' KEMM TAĦFRILNA, TA' KEMM TISSAPORTINA, TA' KEMM TIBQA' TITTAMA' FINA, TA' KEMM GĦANDEK FIDUĊJA FINA, TA' KEMM TIBQA' TIPPROVDILNA KURAĠĠ, GĦAJNUNA U TAGĦLIM BIEX INKUNU IL-MELĦ TAL-ART U D-DAWL TAD-DINJA - NIRRIFLETTUK MA' KULL MIN TLAQQANA MIEGĦU META JIBDEW IĦOSSU L-GĦATX GĦALL-KELMA TIEGĦEK, LI JITOLBU U JIMMEDITAWK, KIF JISSAĦĦU BIS-SAGRAMENTI MQADDSA U FL-OPRI TAL-ĦNIENA LI JWETTQU B'INTENZJONI RETTA --- TKUN IMFAĦĦAR U GGLORIFIKAT GĦAL DEJJEM ĠESÙ - ALLA TRINITÀ QADDISA !