blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Friday, November 08, 2013

Lk 20:27-38 -- The Resurrection and Marriage - Il-qawmien mill-imwiet - 32 Ħadd ta' matul is-sena C




Il-qawmien mill-imwiet
(Mt 22, 23-33 ; Mk 12, 18-27)

[Lq:20:27] Mela resqu fuqu xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: [Lq:20:28] "Mgħallem," qalulu,"Mosè ħallielna miktub, 'Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh.' [Lq:20:29] Issa jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal. [Lq:20:30] It-tieni wieħed, [Lq:20:31] u mbagħad it-tielet, f'kelma waħda, is-sebgħa li kienu, ħadu l-armla, u mietu bla ma ħallew tfal. [Lq:20:32] Fl-aħħar mietet  il-mara wkoll. [Lq:20:33] Issa din, fil-qawmien ta' l-imwiet, mart min minnhom tkun? Għax is-sebgħa jkunu żżewwġuha." [Lq:20:34] Weġibhom Ġesù: "Il-bnedmin f'din id-dinja jiżżewwġu u jżewwġu; [Lq:20:35] imma dawk li jkun jistħoqqilhom jgħaddu għad-dinja l-oħra u jqumu   mill-imwiet, dawn la jżewwġu u lanqas jiżżewwġu. [Lq:20:36] Għax anqas jistgħu jmutu iżjed, għaliex ikunu bħall-anġli, u huma wlied Alla ladarba qamu mill-imwiet. [Lq:20:37] U li l-mejtin iqumu, Mosè wkoll urieh, fir-rakkont tax-xitla ta' l-għollieq, għax lill-Mulej isejjaħlu Alla ta' Abraham, Alla ta' Iżakk, u Alla ta' Ġakobb. [Lq:20:38] Issa hu m'huwiex Alla tal-mejtin, iżda tal-ħajjin, għax għalih kulħadd jgħix."









Ezekiel 37:1-14 --- Resurrection for Everyone...







.

Monday, November 04, 2013

Pope Francis: God is merciful, He remembers everyone --- Lk 19:1-10 -- Zacchaeus the Tax Collector - Ġesù u Żakkew






19. Ġesù u Żakkew
[Lq:19:1] Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. [Lq:19:2] Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. [Lq:19:3] Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. [Lq:19:4] Għalhekk mar jiġri  'l quddiem u xxabbat ma' siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi. [Lq:19:5] Ġesù, kif wasal hemm, ħares 'il fuq u qallu: "Żakkew, isa, inżel minn hemm, għax illum jeħtieġli noqgħod għandek." [Lq:19:6] Dak niżel bla telf ta' żmien, u kollu ferħan laqgħu għandu. [Lq:19:7] In-nies, meta rawh, lkoll bdew igemgmu bejniethom u jgħidu li għand wieħed midneb daħal jistrieħ. [Lq:19:8] Imma Żakkew, wieqaf, qal lill-Mulej: "Ara, Mulej, nofs ġidi se nagħtih lill-foqra, u jekk jien qarraqt b'xi ħadd inroddlu għal erba' darbiet iżjed." [Lq:19:9] Qallu Ġesù: "F'din id-dar illum daħlet is-salvazzjoni, għax dan ir-raġel ukoll huwa bin Abraham. [Lq:19:10] Għax Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf."

The History of All Saints and All Souls Days