MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Friday, November 08, 2013
Lk 20:27-38 -- The Resurrection and Marriage - Il-qawmien mill-imwiet - 32 Ħadd ta' matul is-sena C
Il-qawmien mill-imwiet
(Mt 22, 23-33 ; Mk 12, 18-27)
[Lq:20:27] Mela resqu fuqu xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: [Lq:20:28] "Mgħallem," qalulu,"Mosè ħallielna miktub, 'Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh.' [Lq:20:29] Issa jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal. [Lq:20:30] It-tieni wieħed, [Lq:20:31] u mbagħad it-tielet, f'kelma waħda, is-sebgħa li kienu, ħadu l-armla, u mietu bla ma ħallew tfal. [Lq:20:32] Fl-aħħar mietet il-mara wkoll. [Lq:20:33] Issa din, fil-qawmien ta' l-imwiet, mart min minnhom tkun? Għax is-sebgħa jkunu żżewwġuha." [Lq:20:34] Weġibhom Ġesù: "Il-bnedmin f'din id-dinja jiżżewwġu u jżewwġu; [Lq:20:35] imma dawk li jkun jistħoqqilhom jgħaddu għad-dinja l-oħra u jqumu mill-imwiet, dawn la jżewwġu u lanqas jiżżewwġu. [Lq:20:36] Għax anqas jistgħu jmutu iżjed, għaliex ikunu bħall-anġli, u huma wlied Alla ladarba qamu mill-imwiet. [Lq:20:37] U li l-mejtin iqumu, Mosè wkoll urieh, fir-rakkont tax-xitla ta' l-għollieq, għax lill-Mulej isejjaħlu Alla ta' Abraham, Alla ta' Iżakk, u Alla ta' Ġakobb. [Lq:20:38] Issa hu m'huwiex Alla tal-mejtin, iżda tal-ħajjin, għax għalih kulħadd jgħix."
Ezekiel 37:1-14 --- Resurrection for Everyone...
.