blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Monday, July 08, 2013

Pope travels to Lampedusa to remember immigrants who didn't make it


Pope's Mass in Lampedusa: Don't give in to the 'globalization of indiffer...


SALVE REGINA - by Gen Verde + simple guitar chords







--- In Maltese Language - simple version guitar chords ---



 
Salve  Regina (in Maltese language)
Sliem għalik Sultana, Omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik lilek ingħajtu għaliex aħna tturufnati ulied Eva, lilek nitniehdu aħna u nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugh. Ejja mela avukata tagħna, dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena, urina wara dan it-turufnament, lil Ġesu`, frott imbierek tal-ġuf tiegħek. O ħanina, O pija, O ħelwa Verġni Marija
 

 
 
 
,

Saturday, July 06, 2013

Identity -- Lk 10:1-12, 17-20 -- Jesus Sends Out the Seventy-Two - Il-missjoni tat-72 dixxiplu - 14th Sun Yr C



 
Lk 10:1-12, 17-20 -- Jesus Sends Out the Seventy-Two - Il-missjoni tat-72 dixxiplu
 Il-missjoni tat-72 dixxiplu

[Lq:10:1] Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f'kull belt u post fejn kien se jmur hu. [Lq:10:2] U qalilhom: "Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. [Lq:10:3] Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. [Lq:10:4] Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd. [Lq:10:5] Fid-dar fejn tidħlu, l-ewwel għidu, 'Is-sliem lil din id-dar.' [Lq:10:6] U jekk fiha jkun hemm min iħobb is-sliem, jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu; jekk le, it-tislima tagħkom terġa' lura għandkom. [Lq:10:7] Ibqgħu għand dik il-familja, u kulu u ixorbu milli jkollhom huma, għax il-ħaddiem ħaqqu ħlasu. Toqogħdux idduru minn familja għal oħra. [Lq:10:8] F'kull belt li fiha tmorru u jilqgħukom, kulu dak li jqegħdulkom quddiemkom; [Lq:10:9] fejjqu l-morda li jkun hemm; u lin-nies għidulhom, 'Is-Saltna ta' Alla waslitilkom.' [Lq:10:10] Imma l-belt li fiha tidħlu u ma jilqgħukomx, oħorġu fil-pjazez tagħha u għidu, [Lq:10:11] 'Sa t-trab ta' beltkom infarfru minn ma' riġlejna, u nħalluh għalikom. Imma kunu afu dan: is-Saltna ta' Alla waslet.' [Lq:10:12] Ngħidilkom li dak il-jum ikun eħfef għal Sodoma milli għal dik il-belt.
It-72 jerġgħu lura għand Ġesù
[Lq:10:17] It-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: "Mulej,ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f'ismek!" [Lq:10:18] U hu qalilhom: "Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa' bħal berqa mis-sema. [Lq:10:19] Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa ta' l-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom. [Lq:10:20] Madankollu mhux b'dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub  fis-smewwiet."