blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Friday, January 18, 2013

LITANIJA TA' RIPARAZZJONI - http://www.laikos.org/Talb_Sacerdoti_J.htm






Litanija ta’ Riparazzjoni
 
· Mulej, ħniena

· Kristu, ħniena,

· Mulej, ħniena,

· Kristu, ismagħna,

· Kristu, ilqa' t-talb tagħna.

· Missier Etern, Alla, ħenn għalina.

· Iben, Alla, li fdejt id-dinja, ħenn għalina.

· Spirtu s-Santu, Alla, ħenn għalina.

· Trinita Mqaddsa, Alla wieħed, ħenn għalina.

· Ostja Mqaddsa, offerta għas-saħħa tal-bnedmin, ħenn għalina.

· Ostja Mqaddsa, umiljata fuq l-Altar minna u għalina, ħenn għalina.

· Ostja Mqaddsa, offiża mill-ħżiena, ħenn għalina.

· Ostja Mqaddsa, miġġielda mill-eretiċi u minn dawk li ma jemmnux fik, ħenn għalina.

· Ostja Mqaddsa, imżebilħa mid-dgħajfa, ħenn għalina.

· Ostja Mqaddsa, ħobż tal-anġli mogħti lil min ma jixraqlux, ħenn għalina.

· Ostja Mqaddsa, ittraskurata u abbandunata fil-knejjes, ħenn għalina.

· Alla, kun ħanin magħna, u aħfrilna.

· Alla, kun għalina ta' għajnuna, u ismagħna.

· Għad-disprezzi bla qies lejn is-Sagrament hekk tal-għaġeb, aħna npattulek, Mulej!

· Għat-tqarbin ħażin, aħna npattulek, Mulej!

· Għall-Quddies sagrileġġ, aħna npattulek, Mulej!

· Għan-nuqqas ta' qima tal-insara, aħna npattulek, Mulej!

· Għan-nuqqas ta' ġieħ fil-knejjes Tiegħek, aħna npattulek, Mulej!

· Għas-serq tal-Pissidi Mqaddsa, aħna npattulek, Mulej!

· Għad-dagħa ta' sikwit tal-ħżiena, aħna npattulek, Mulej!

· Għall-wiri ta' films ħżiena li joffendu s-sentimenti ta' pajjiż nisrani, aħna npattulek, Mulej!

· Għall-ebusija u kefrija tal-eretiċi, aħna npattulek, Mulej!

· Għal Ġesu Kristu ppersegwitat fil-Vigarju Tiegħu f'din l-art, aħna npattulek, Mulej!

· Għal Ġesu Kristu ppersegwitat fl-Isqfijiet Tiegħu, aħna npattulek, Mulej!

· Għal Ġesu’ Kristu ppersegwitat fis-saċerdoti Tiegħu, aħna npattulek, Mulej!

· Għal Ġesu’ Kristu diżoronat mill-ġurnali ħżiena, aħna npattulek, Mulej!

· Għad-diskors ħażin li jingħad fil-knejjes Tiegħek min-nies bla għaqal, aħna npattulek, Mulej!

· Għall-profanaturi tal-knejjes, li jagħmluhom post ta' skandlu, aħna npattulek, Mulej!

· Mulej kattar fl-insara kollha r-rispett lejn l-Adorabbli Sagrament tal-Altar,

Ismagħna, nitolbuk, Mulej!

· Mulej, ikxef is-Sagrament tal-imħabba Tieghek lill-eretiċi,

Ismagħna, nitolbuk, Mulej!

· Mulej, ixħet fuqna l-offiżi ta' dawk li jiddisprezzawk,

Ismagħna, nitolbuk, Mulej!

· Mulej, ilqa' t-tpattija tagħna magħmula bi spirtu ta' umilta’,

Ismagħna, nitolbuk, Mulej!

· Mulej, agħmel li togħġbok dejjem l-adorazzjoni tagħna,

Ismagħna, nitolbuk, Mulej!

· Ostja Pura, ismagħna.

· Ostja Mqaddsa, ismagħna.

· Ostja Immakulata, ismagħna.


Ħaruf ta' Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, aħfrilna, nitolbuk, Mulej.

Ħaruf ta' Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ismagħna, nitolbuk, Mulej.

Ħaruf ta' Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina.

O Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu, f'ġieħ l-Omm Tiegħek Marija jkollok ħniena minna, ilqa' dawn l-atti ta' riparazzjoni, u bierek l-ulied tal-Omm Tiegħek. Ammen.
http://www.laikos.org/Talb_Sacerdoti_J.htm

Tuesday, January 15, 2013

AMAZING LOVE, WHAT SACRIFICE - Alla li ħalqek, Hu biss il-Verita.....




ALLA LI ĦALQEK, HU BISS L-VERITA.....

MA JĦALLIKX TARA BISS SAL-PONTA TA' MNIEĦREK BĦAL META TIDDEĊIEDI LI.......

=TIEĦU D-DROGA...LI WARA TEQIRDEK

=TAGĦMEL ABORT...LI TIBQA' BIR-RIMORS GĦAL GĦOMROK

=TAQLIBHA LIL ŻEWĠEK / MARTEK..U TKISSER ĦAJTEK, TA' ŻEWĠEK /MARTEK, TA' WLIEDEK, TA' QRABATEK KOLLHA...

=TGĦIX ĦAJJA BLA RAŻAN...LI WARA LI TKUN ĦRAQT FLUSEK KOLLHA, SAĦĦTEK KOLLHA, SBUĦITEK KOLLHA, ŻGĦOŻITEK KOLLHA, FAMILTEK KOLLHA, ĦBIEBEK KOLLHA......ID-DINJA TWARRBEK, TARMIK, TTIK BIS-SIEQ...

ALLA BISS JGĦALLMEK TARA LIL HINN MILL-PONTA TA' MNIEĦREK, IL-KONSEGWENZI TAL-GĦEMIL EGOISTIKU TIEGĦEK.....BIEX JGĦALLMEK TQIS KULL MOSSA TIEGĦEK, KULL KELMA LI TGĦID, KULL XEWQA LI TIXTIEQ, KULL ĦSIEB F'MOĦĦOK.............U GĦALL-ĠID TIEGĦEK STESS !...
BIEX TGĦIX ĦAJJA FERĦAN / FERĦANA (U B'XEJN !)...MAL-PREŻENZA TIEGĦU, BIL-GĦAJNUNA TIEGĦU, FL-IMĦABBA BLA'  KUNDIZZJONI TIEGĦU.'

GRAZZI ĠESU TA' KEMM TĦOBBU L-BNIEDEM, ĦOLQIEN TIEGĦEK !

Monday, January 14, 2013

Do you let others to be creative ? sens tfal zakkew



http://www.youtube.com/watch?v=fldDGJQZxWw
 
When God created us,
He wanted us to be similar to Him,
by being creative as well !

Meta ħalaqna Alla,

Hu riedna nkunu nixbħuH,
jiġifieri nkunu aħna wkoll kreattivi !



 

.