Litanija ta’ Riparazzjoni
· Mulej, ħniena
· Kristu, ħniena,
· Mulej, ħniena,
· Kristu,
ismagħna,
· Kristu, ilqa' t-talb
tagħna.
· Missier Etern,
Alla, ħenn għalina.
· Iben, Alla, li fdejt
id-dinja, ħenn għalina.
· Spirtu s-Santu,
Alla, ħenn għalina.
· Trinita Mqaddsa,
Alla wieħed, ħenn għalina.
· Ostja Mqaddsa, offerta
għas-saħħa tal-bnedmin, ħenn għalina.
· Ostja Mqaddsa,
umiljata fuq l-Altar minna u
għalina, ħenn għalina.
· Ostja Mqaddsa,
offiża mill-ħżiena, ħenn għalina.
·
Ostja
Mqaddsa, miġġielda
mill-eretiċi u minn dawk li ma
jemmnux fik, ħenn għalina.
· Ostja Mqaddsa,
imżebilħa mid-dgħajfa, ħenn għalina.
·
Ostja
Mqaddsa, ħobż tal-anġli mogħti lil min ma
jixraqlux, ħenn għalina.
· Ostja Mqaddsa,
ittraskurata u abbandunata fil-knejjes, ħenn għalina.
· Alla, kun ħanin magħna, u aħfrilna.
· Alla, kun għalina ta'
għajnuna, u
ismagħna.
· Għad-disprezzi bla qies
lejn is-Sagrament hekk tal-għaġeb, aħna npattulek, Mulej!
· Għat-tqarbin
ħażin, aħna npattulek, Mulej!
·
Għall-Quddies
sagrileġġ, aħna npattulek, Mulej!
· Għan-nuqqas ta' qima
tal-insara, aħna npattulek, Mulej!
· Għan-nuqqas ta'
ġieħ fil-knejjes
Tiegħek, aħna npattulek, Mulej!
· Għas-serq tal-Pissidi
Mqaddsa, aħna npattulek, Mulej!
·
Għad-dagħa ta' sikwit
tal-ħżiena, aħna npattulek, Mulej!
·
Għall-wiri ta' films
ħżiena li joffendu
s-sentimenti ta' pajjiż nisrani,
aħna npattulek, Mulej!
· Għall-ebusija u kefrija
tal-eretiċi, aħna npattulek, Mulej!
· Għal Ġesu’ Kristu ppersegwitat
fil-Vigarju Tiegħu f'din l-art, aħna npattulek, Mulej!
· Għal Ġesu’ Kristu ppersegwitat
fl-Isqfijiet Tiegħu, aħna npattulek,
Mulej!
· Għal Ġesu’ Kristu ppersegwitat
fis-saċerdoti
Tiegħu, aħna npattulek, Mulej!
· Għal Ġesu’ Kristu diżoronat
mill-ġurnali ħżiena, aħna npattulek, Mulej!
· Għad-diskors
ħażin li jingħad fil-knejjes
Tiegħek min-nies bla
għaqal, aħna npattulek, Mulej!
·
Għall-profanaturi
tal-knejjes, li jagħmluhom post ta'
skandlu, aħna npattulek,
Mulej!
· Mulej kattar fl-insara
kollha r-rispett lejn l-Adorabbli Sagrament
tal-Altar,
Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
·
Mulej,
ikxef is-Sagrament tal-imħabba Tieghek
lill-eretiċi,
Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
· Mulej, ixħet fuqna l-offiżi ta' dawk li
jiddisprezzawk,
Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
· Mulej, ilqa'
t-tpattija tagħna magħmula bi spirtu ta'
umilta’,
Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
· Mulej, agħmel li togħġbok dejjem
l-adorazzjoni
tagħna,
Ismagħna, nitolbuk,
Mulej!
· Ostja Pura,
ismagħna.
· Ostja Mqaddsa,
ismagħna.
·
Ostja
Immakulata,
ismagħna.
Ħaruf ta' Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
aħfrilna, nitolbuk,
Mulej.
Ħaruf ta'
Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
ismagħna, nitolbuk,
Mulej.
Ħaruf ta'
Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
ħenn għalina.
O Sinjur
tagħna Ġesu’ Kristu,
f'ġieħ
l-Omm
Tiegħek Marija jkollok
ħniena minna, ilqa'
dawn l-atti ta'
riparazzjoni, u bierek l-ulied tal-Omm Tiegħek. Ammen.
http://www.laikos.org/Talb_Sacerdoti_J.htm
http://www.laikos.org/Talb_Sacerdoti_J.htm