blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Saturday, November 17, 2012

Ruħ ta' Kristu qaddisni - Soul of Christ sanctify me - Anima Christi sanctifica me

 
 
 
 
 
 
 
 
 

 
 
Anima  Christi














.

November 17 - St. Elizabeth of Hungary --- Santa Eliżabetta ta' l-Ungerija - 17 ta' Novembru

ST ELIZABETH OF HUNGARY - (1207-1231) Patron of the Secular Franciscan Order. Feast
Santa Eliżabetta tal-Ungerija, patruna tal-Ordni Franġiskan Sekular – Festa

Sant' Eliżabetta tal-Ungerija - 17 ta' Novembru


BREVJAR: Mill-Ufficcju tal-Qari, 17 ta' Novembru - SANTA ELIŻABETTA TAL-UNGERIJA, RELIĠJUŻA 

Lezzjoni II 

Qari minn Ittra ta’ Kurradu ta’ Marburg, konfessur ta’ Santa Eliżabetta, miktuba lill-Papa Girgor IX fis-sena 1232 
(Ad pontificem anno 1232; A. Wyss, Hessisches Urkundenbuch I, Lipsia 1879, 31-35) Eliżabetta għarfet u ħabbet lil Kristu fil-foqra.   

Eliżabetta minnufih issaħħet fil-virtù. Bħalma fl-imgħoddi kollu tagħha kienet il-faraġ tal-foqra, hekk issa bdiet tagħmel minn kollox biex titma’ lil min kien bil-ġuħ. Għalhekk riedet li ħdejn wieħed mill-kastelli tagħha jkollha dar fejn setgħet tiġbor ħafna morda u nieqsa minn saħħithom. Hemm ukoll bdew jiġu bosta foqra jitolbu l-karità, u hi fetħet idejha magħhom, u mhux biss f’dik id-dar, iżda wkoll fl-artijiet kollha li żewġha kien jagħmel minnhom. B’hekk ħliet ir-renti kollha li żewġha kien idaħħal minn erba’ prinċipati, tant li fl-aħħar biegħet ukoll id-dehbijiet u l-ilbiesi prezzjużi kollha tagħha biex tgħin lill-foqra. Darbtejn kuljum, filgħodu u filgħaxija, kellha d-drawwa li żżur hi stess il-morda kollha, iddewwi b’idejha lil dawk fosthom li kienu l-aktar iqażżu, oħrajn titmagħhom, jew tmiddhom, jew isserraħhom fuq dirgħajha; f’kelma waħda, kienet tagħmel ħafna u bil-qalb biex taqdihom. Ta’ min isemmi li f’dan kollu żewġha qatt ma kien ifixkilha; meta mbagħad miet, Eliżabetta, biex tkompli tħabrek għall-ogħla perfezzjoni, talbitni bid-dmugħ f’għajnejha biex inħalliha tittallab il-karità bieb bieb. Fil-belt tagħha kienet ħalliet kappella f’idejn il-Patrijiet Minuri. Darba, nhar il-Ġimgħa l-Kbira, meta l-altari kienu mneżżgħin, daħlet f’din il-kappella, telgħet u qiegħdet idejha t-tnejn fuq l-altar, u, quddiem xi wħud, ċaħdet ir-rieda tagħha u t-tlellix kollu tad-dinja li s-Salvatur fl-Evanġelju ħajjarna biex inħallu. Wara dan, beżgħet li kellha mnejn ma tibqax bierda quddiem l-għajdut tan-nies u l-ġieħ fieragħ tad-dinja f’dak il-post fejn kienet miżmuma fl-għoli meta żewġha kien għadu ħaj. Għalhekk, għalkemm jien ma ridtx, ġiet warajja f’Marburg; hemm bniet dar, fejn ġabret il-morda u d-dgħajfin, u kienet tilqa’ għall-mejda magħha lil dawk li kienu l-aktar imsejkna u mwarrba. Barra din il-ħidma kollha – u dan ngħidu quddiem Alla, – ftit wisq rajt erwieħ kontemplattivi daqsha. Kienet tinġabar weħidha għat-talb u, meta toħroġ, xi reliġjużi rġiel u nisa kienu sikwit jarawlha bħal dija tal-għaġeb fuq wiċċha u bħal raġġi tax-xemx ħerġin minn għajnejha. Qabel ma mietet qerret għandi. Staqsejtha x’riedet tagħmel b’ġidha u ħwejjiġha, u qaltli li kulma fl-imgħoddi kien jidher tagħha kien tal-foqra, u għalhekk talbitni biex inqassam kollox lilhom, barra l-libsa fqajra ta’ fuqha li riedet tindifen biha. Tqarbnet, u sa filgħaxija baqgħet issemmi ħafna drabi l-ħwejjeġ sbieħ li kienet tisma’ fil-prietki. Imbagħad b’devozzjoni kbira rrikkmandat ’l Alla lil dawk kollha li kienu madwarha, għalqet għajnejha qisha f’raqda ħelwa, u mietet. 

&&&&&&&

 St Elizabeth Protectress of the 3rd Order and the Poor - Nov 17 - Homily - Fr John Lawrence  

&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&&

BENEDICT XVI

GENERAL AUDIENCE

Saint Peter's Square
Wednesday, 20 October 2010

17 novembre Sant'Elisabetta d'Ungheria: la sua storia raccontata da Papa Benedetto XVI

&&&&&&&&




Litany of St. Elizabeth of Hungary
Protector, Third Order Franciscan

Lord, have mercy upon us. Christ, have mercy upon us. Lord, have mercy upon us.
O Christ, hear us. O Christ, graciously hear us.

O God the Father, of heaven: have mercy upon us.
O God the Son, Redeemer of the world: O God, the Holy Ghost: O Holy Trinity, one God: have mercy upon us.

Holy Mary: Pray for us. Immaculate Virgin: Mother and Mistress of our Order: Pray for us.

St. Elizabeth, Princess of Hungary: Pray for us. St. Elizabeth, Duchess of Thuringia: Pray for us.
St. Elizabeth, queen in the Kingdom of God: Pray for us.
St. Elizabeth, consoler of sinners: Pray for us.
St. Elizabeth, nurse of lepers: Pray for us.
St. Elizabeth, devoted wife of Louis the Good: Pray for us.
St. Elizabeth, famous exemplar of Christian widowhood: Pray for us.
St. Elizabeth, fervent spouse of the Son of God: Pray for us.
St. Elizabeth, humble in prosperity: Pray for us.
St. Elizabeth, patient in adversity: Pray for us. St. Elizabeth, mighty in penance: Pray for us.
St. Elizabeth, wondrous in prayer: Pray for us.
St. Elizabeth, first-born of the tertiaries regular: Pray for us.
St. Elizabeth, protectress of our Order: Pray for us.
St. Elizabeth, the “dear saint” of Holy Church: Pray for us.

O Lamb of God, that takest away the sins of the world: spare us, O Lord.
O Lamb of God, that takest away the sins of the world: graciously hear us, O Lord.
O Lamb of God, that takest away the sins of the world: have mercy on us.

V. Pray for us, O blessed Elizabeth. Alleluia.
R. That we may be worthy of the promises of Christ. Alleluia. Let us pray: Merciful Lord, we pray Thee to pour the bright beams of Thy grace into our hearts: that, by the glorious prayers of Thy Saint Elizabeth, we may learn to despise all worldly prosperity, and ever to rejoice in all Heavenly consolation. Through Christ our Lord. Amen.
November 17th: St. Elizabeth of Hungary | AirMaria.com


==========================



Mt 25:31-40 -- The Judgment of the Nations - Kemm għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.  
PROPER GOSPEL on : NOVEMBER 17 - ST ELIZABETH OF HUNGARY - (1207-1231) Patron of the Secular Franciscan Order. Feast --- Santa Eliżabetta tal-Ungerija, patruna tal-Ordni Franġiskan Sekular – Festa EVANĠELJU Kemm għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi. Mt 25, 31-40 Qari mill-Evanġelju skont San Mattew F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Mt:25:31] "Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. [Mt:25:32] U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: [Mt:25:33] in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug. [Mt:25:34] Imbagħad is-Sultan jgħid lil dawk ta' fuq il-lemin tiegħu: "Ejjew, imberkin minn Missieri, ħudu b'wirt tagħkom is-Saltna li tħejjiet għalikom sa mill-ħolqien tad-dinja. [Mt:25:35] Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni, kont bil-għatx u sqejtuni, kont barrani u lqajtuni, [Mt:25:36] kont għeri u libbistuni, kont marid u ġejtu tarawni, kont fil-ħabs u ġejtu żżuruni.' [Mt:25:37] Imbagħad iweġbuh il-ġusti: "Mulej", jgħidulu, "meta rajnik bil-ġuħ u tmajnik, jew bil-għatx u sqejnik ? [Mt:25:38] Meta rajnik barrani u lqajniek, jew għeri u libbisniek? [Mt:25:39] Meta rajnik marid jew fil-ħabs u ġejna nżuruk?' [Mt:25:40] U s-Sultan iweġibhom u jgħid, 'Tassew, ngħidilkom, kull ma għamiltu ma' wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.' Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu. .

Friday, November 16, 2012

Purgatory Pay Now or Pay Later (Homily)


Dedication of Rosary Path and Stations of the Cross



The dedication of the new Rosary Path and outdoor Stations of the Cross at the Mother of the Redeemer Retreat Center in Bloomington, IN. This is the culmination of much hard work and sacrifice on the part of many devoted souls. Glory be to God.




.