blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Monday, July 02, 2012

February 25 - Blessed Maria Adeodata Pisani --- Il-Beata Marija Adeodata Pisani


L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi fil-festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani

http://thechurchinmalta.org/mt/posts/78816/l-omelija-tal-isqof-awziljarju-fil-festa-tal-beata-maria-adeodata-pisani

Il-Monasteru tal-Benedittini, l-Imdina
25 ta' Frar 2019

  • Il-Beata Maria Adeodata Pisani, li ssejħet bir-raġun “ġawhra umli tal-ħajja kkonsagrata u monastika,” ma kellhiex ħajja twila. Meta mietet kienet lanqas għalqet il-50 sena – hawn min qiegħed f’dan il-monasteru li għandu kważi d-doppju ta’ kemm kellha hi meta mietet. F’ħajjitha, ma għamlitx affarijiet straordinarji li għamlu storbju u ġibdu l-attenzjoni ta’ ħafna, imma fil-qadi tal-missjoni li Alla taha għexet ħajja mimlija.
    Għexet ħajja ta’ fedeltà sħiħa lejn is-sejħa li l-Mulej għamlilha biex tkun soru Benedittina. Kienet mill-iktar fidila lejn id-dmirjiet kollha tagħha.
    Nixtieq insemmi tliet punti mill-ħajja tagħha li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għalina llum.

    Ir-rabta sħiħa tagħha ma’ Alla
    Tolqotna fiha r-rabta sħiħa tagħha ma’ Alla. Minn kliem il-Beata Marija Adeodata: “Nixtieq li lill-Mulej nikkonsagra lili nnifsi kollni kemm jien… Lil qalbi nixtieq noffrihielu, b’mod li ma nħallix li jkolli ħlief xewqa waħda: dik li lil Alla nagħmlu tiegħi u hu jżommni bħala tiegħu kompletament.”
    Kienet tfittex fit-talb din ir-rabta tagħha ma’ Alla. It-talb ma kienx bil-qies, imma kienet issib diversi ħinijiet biex tkun viċin tiegħu, speċjalment ħdejn Ġesù Sagramentat. Hemm sabet il-qawwa, l-enerġija, is-sostenn għall-ħajja tagħha.
    Kienet issib b’mod speċjali l-ferħ fis-sagramenti tal-Ewkaristija u tal-Penitenza, li kienet tqishom bħala għejun tal-grazzja.
    Il-Beata Marija Adeodata tgħallimna li aħna wkoll, kulħadd skont is-sejħa tiegħu jew tagħha, għandna nsaħħu din ir-rabta tagħna ma’ Alla u jkun hu li jagħtina l-qawwa u l-enerġija li neħtieġu f’ħajjitna.

    Fqira mal-fqar
    Bħal Kristu, il-Beata Marija Adeodata fittxet li tgħix il-faqar billi hi stess ma tfittixx ħajja ta’ lussu, u billi tfittex li tkun ħaġa waħda ma’ min hu fil-bżonn.
    L-ewwel, mas-sorijiet tal-kunvent tagħha. Kienet tħobb ix-xogħol ta’ infermiera – fil-fatt għaliha x-xogħlijiet ta’ sagristana u ta’ infermiera kienu dawk preferuti,  ħidmiet li kienu jgħaqqdu l-imħabba lejn Alla u lejn l-oħrajn. Kienet tagħmel ix-xogħol ta’ infermiera b’dedikazzjoni, u bis-sabar kollu.
    Kienet ukoll tieħu ħsieb il-bieb tal-kunvent u dan ix-xogħol laqqagħha mal-fqar. Iltaqgħet ma’ ħafna nies fqar u hawn rat il-bżonn li tkun taf sew l-ilsien Malti biex tkun tista’ tikkomunika sew magħhom. Lill-fqar kienet tlaqqagħhom, tgħallimhom il-katekiżmu u tqassam fosthom minn dak li ħalliet minn ġidha lill-monasteru għal dan l-iskop. L-aħjar drapp kienet tagħtih lill-fqar. Il-fqar kienu jaraw fiha anġlu li jipprovdilhom l-għejxien.
    Baqgħet tgħin lill-fqar sal-aħħar, ukoll meta kienet magħdura u bilkemm tista’ timxi. Baqgħet tgħin sal-aħħar ġurnata ta’ ħajjitha. Kienet konxja tal-kliem ta’ Ġesù: “dak kollu li għamiltu mal-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi.”
    Dan hu messaġġ sabiħ għalina. L-imħabba lejn Alla ma tagħlaqniex fina nfusna imma għandha tħeġġiġna biex naħsbu fl-oħrajn u nkunu ta’ sostenn u għajnuna għalihom.

    Fit-triq lejn il-ħajja ta’ dejjem
    Is-saħħa prekarja ta’ Marija Adeodata ħallietha dejjem konxja li l-ħajja hi qasira u tgħaddi malajr. Ma ħallietx il-mard tagħha jitfilha l-ħeġġa biex tgħix il-vokazzjoni tagħha u tagħmel il-ġid. Kienet konvinta li hemm lest għaliha l-ħajja ta’ dejjem fi ħdan it-Trinità Qaddisa. Il-Beata Marija Adeodata tirrifletti spiss fuq il-mewt. Kienet tishar fil-kripta tal-monasteru u tħossha msieħba fix-xirka tal-qaddisin. Meta waslet biex tmut, ħadet l-aħħar nifs waqt li bieset il-Kurċifiss.
    Il-Beata Marija Adeodata kienet spiss titlob: "Agħmel, Mulej, li jien nippersevera sal-aħħar. U din kienet ukoll it-talba tagħha lill-Madonna: Omm tiegħi l-aktar qaddisa, aqlagħli l-perseveranza, f’ġieħ Ġesù Ibnek. Tħallini qatt waħdi. Dan jien nitolbu, u l-aktar għall-aħħar nifs ta’ ħajti.”
    Lilna wkoll il-Beata Marija Adeodata tfakkarna li ħajjitna hi mixja lejn il-ħajja ta’ dejjem. Dik hi d-destinazzjoni tagħna. Il-ħsieb tal-ħajja ta’ dejjem b’ebda mod ma jaljenana mill-ħajja ta’ issa, anzi jgħinna biex iktar ngħixu tajjeb iż-żmien li Alla jagħtina hawnhekk.
    Nitolbu lill-Beata Marija Adeodata biex tkompli tkun ta’ ispirazzjoni u għajnuna bl-interċessjoni tagħha, l-ewwel nett għas-sorijiet Benedittini, imma wkoll għalina lkoll; speċjalment f’dawn it-tliet punti: ir-rabta sħiħa ma’ Alla, li nkunu fqar għas-servizz tal-foqra, u li nagħrfu ngħixu l-mixja tagħna lejn il-ħajja ta’ dejjem.

    ✠ Joseph Galea-Curmi
        Isqof Awżiljarju
==============================
==============================


Adeodata Pisani - EWTN
 
 

Maria Adeodata Pisani O.S.B.
1806-1855
Maria Adeodata Pisani, O.S.B., was born in Naples on the 29th December 1806, the only daughter of Baron Benedetto Pisani Mompalao Cuzkeri and Vincenza Carrano. She was baptized on the same day in the Parish of St Mark at Pizzofalcone, and named Maria Teresa. Her father had the title of Baron of Frigenuini, one of the oldest and richest barony in Malta, whilst her mother was an Italian.
Unfortunately, her father took to drink and this soon led to marital problems, so much so that whilst Maria Teresa was still a small child her mother left the conjugal house and entrusted the child to her husband’s mother, Elisabeth Mamo Mompalao, who lived in Naples. The grandmother took good care of Maria Teresa, but when she died her grandchild was only 10 years of age. After her grandmother’s death, she was sent to a famous boarding school in Naples, known as the ‘Istituto di Madama Prota’, where the aristocratic ladies of the area used to get their education.

Maria Teresa stayed in this college till she was 17 years of age, and here she received her religious and social education. In the meantime, her father continued to create problems and in 1821, due to his involvement in the uprising in Naples, he was sentenced to death. Since he was a British citizen, his sentence was suspended and he was expelled from Naples and deported to Malta.

In 1825, Maria Teresa and her mother came to live in Malta. They settled in Rabat where her father was also living his dissolute life, but they never lived together with him. Although her mother had been trying to find a suitable man to get her married, Maria Teresa always declined such proposals. She preferred to lead a quiet life, going out to Church daily, and when the occasion presented itself to help the poor she met on the streets. The people who knew her started to comment about her pious behavior. She was never put off by her father’s behavior and whenever she met him she would ask for his blessing.

On one occasion, she was impressed by a sermon she heard at the ‘Ta’ Giezu’ church in Rabat. She went to pray in front of the picture of Our Lady of Good Counsel, in the Augustinian’s Church in Rabat, the church where she usually went for her daily mass and evening prayers. There for the first time she felt the calling to become a nun and dedicate her life to God in prayer.
Her parents immediately opposed her wish to become a nun, and her mother forced her to wait for a year before making any final decision. Maria Teresa waited obediently for a whole year, but her resolve did not change.

On the 16th July 1828, she joined the Benedictine Community in St Peter’s Monastery in Mdina. In choosing this kind of life, she had chosen a life of prayer, work, silence and obedience. After six months as a postulant, at the beginning of 1829  in a special ceremony of investiture as a novice took place, surrounded by her parents and relatives, and she changed her name to Maria Adeodata. During the one year she was a novice, she impressed not only her companions in the noviciate but also the nun who was in charge of the novices. This nun confessed that she never found any fault in Adeodata, and that instead of teaching her, she used to learn from her.

On the 4th March 1830, the required Notarial Act of Renouncement was performed, which was the last formal step required to be admitted as a nun. In this Act, she renounced to her titles and distributed the vast inheritance she had inherited from her paternal grandmother, keeping just enough for herself to be able to help others during her lifetime.

The solemn monastic profession took place on the 8th March 1830, and for the next 25 years she lived as a cloistered nun in St Peter’s monastery. During this period, not only the nuns in the monastery but many persons outside benefited from her acts of charity and her saintly life. She held various official responsibilities within the monastery, but the ones she treasured most were that of looking after the chapel, which gave her more time to be near the Blessed Sacrament and that of porter, which kept her close to the poor people who used to come daily to the monastery seeking help. For four years she was in charge of novices, and from 1851 to 1853 she was elected as Abbess. During the two years’ mandate she had to face difficulties from a few members of the community, since she tried to bring about some changes in community life in order to help the community live more in accordance with the Benedictine rule and monastic way of life. Some nuns were also jealous of her since so many people revered her for her saintly way of life.

She was renowned for her spirit of self-sacrifice and self-denial. The best she had, whether food or clothes, were always given to those in need, whilst she was happy to live on leftovers and worn out clothes. During her life in the monastery she also wrote various works, the most famous of which is “The mystical garden of the soul that loves Jesus and Mary”, which collects together personal spiritual reflections written in the form of a diary between 15th August 1835 and 3rd May 1843. She also wrote her reflections about spiritual direction, and a good number of prayers some of which were meant to be used in the community. Although her native language was Italian, she did her best to learn how to speak and write in Maltese, and she wrote some prayers in Maltese for common use in the Monastery. Throughout her life as a nun, she was a shining example to all in her observance of the Rule of St Benedict, obedience to her superiors, her acts of charity, her devotion to the Blessed Sacrament and to the Blessed Virgin, and her total commitment to love God.

During the last two years of her life, heart trouble slowly eroded her health which was never all that good. Yet she continued to force herself to live a normal life within her community, always striving for perfection and leading others through her example.

On the 25th February 1855, at the age of 48, she realized that the end was near. Against her nurse’s advice, she dragged herself to the Chapel for the early morning conventual mass, and after receiving communion she had to be carried back to her bed, where she died soon afterwards surrounded by her community reciting prayers.

As soon as news of her death reached the people outside the monastery, the same phrase was repeated throughout Malta: “the Saint has died”. She had a simple funeral, and she was buried in the Monastery’s crypt the following day.

Many people claimed miraculous cures and other graces from God through Adeodata’s intercession. In 1892, the Canonical Process for her Beatification and Canonization was initiated. In 1897, the miracle which was later to be presented to the Congregation for Causes of Beatification and Canonization for official examination and eventual acceptance took place. This miracle happened in Subiaco in Italy, and it involved a Benedictine Abbess who was so sick that the last rites were administered to her, but after prayers through the intercession of Adeodata she got better and the doctors looking after her could not explain such a recovery.

Due to economic reasons, the Canonical Process for Adeodata’s Beatification was stopped in 1913, but in 1989, the Benedictine Community at St Peter’s Monastery presented a petition for the resumption of the Canonical Process for Adeodata’s Beatification and Canonization.


From the The Archdiocese of Malta - Public Relations Office
(
http://www.maltachurch.org.mt )






   






https://www.youtube.com/watch?v=jCd_VCEUYDk


Born 29 December 1806 at Naples, Italy; Died 25 February 1855 at the Benedictine monastery at Mdina, Malta

- Pope Leo XIII declared her Venerable on April 29, 1898

- Beatified: 9 May 2001 by Pope John Paul II.

Detail of beatification miracle: 24 November 1897 - the abbess Giuseppina Damiani from the Monastery of Saint John the Baptist Subiaco, Italy was suddenly healed of a stomach tumour following her request for Maria Pisani's intervention.


>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>

Blessed Adeodata Pisani

Sister Maria Adeodata Pisani, christened Maria Teresa, was born in Naples on December 29, 1806. Her father, Baron Benedict Pisani Mompalao, was Maltese, while her mother Vincenza Carrano was Neopolitan.
The birth of the child did not change the baron’s life. In fact the parents separated some time after.
For 10 years, the child received a sound upbringing and a good education while with her grandmother in Malta. However, when her grandmother died, Teresa was sent to Istituto di Madama Prota in Naples, until she was 17.
Maria Teresa and her mother were now living in Rabat with a relative. Teresa’s mother longed to see her daughter happily married. But Teresa’s vocation was to become a nun. Her prayers were answered while praying in front of the effigy of Our Lady of Good Counsel venerated at the Augustinian Church of St Mark in Rabat. There she was inspired to join the cloistered Benedictine monastery of St Peter in Mdina. She was 21 and was to be known as Sr Maria Adeodata.
She renounced her personal wealth, was generous with her mother and close relatives, helped those who wanted to become priests or nuns but lacked the necessary financial means, settled her father’s debts, made provisions for Masses to be said for the repose of her soul after her death, and set aside a substantial sum to be distributed among the poor. She left what remained of her fortune to the monastery which was to be her home for 25 years and kept the barest minimum for herself.
Sr Maria Adeodata loved God and helped others by prayer and through acts of love and charity. Part of her daily food was given to the poor. Although she inherited wealth and nobility, she refused any preferential treatment. She carried out the work assigned to her in an exemplary way.
She soon began showing symptoms of cardiac problems. Heart attacks were frequent. But, in spite of her weak health, she fulfilled all her duties with love.
On February 25, 1855, while sick in bed, Sr Adeodata went to the chapel to receive Holy Communion for the last time. She collapsed, was carried to her room where the last rites were administered. She died kissing the cross.
Those who knew Sr Adeodata regarded her as a saint. A strong devotion towards her soon developed and people were healed through her intercession.
The Maltese ecclesiastial authorities brought her case to the attention of Pope Leo XIII who declared her Venerable on April 29, 1898. Unfortunately, the process for her beatification was interrupted due to the fact that the nuns at St Peter’s Monastery could not send more money to the Postulator in Rome. Various other attempts were made to resume her cause for beatification, but they always failed.
In June 1988, the then Abbess of St Peter’s Monastery authorised Arthur Barbaro-Sant to be coordinator and promote the cause again. He worked very hard to re-enkindle devotion towards Sr Adeodata. With his great determination, help from a few others, and from God, devotion towards her spread again.
Meanwhile work was being done in Rome. There are hundreds of causes of saints pending at the Congregation and much depends on the work of the postulator, the interest shown by the actors of the cause (in this case the Benedictine nuns of St Peter’s monastery in Mdina) and also the bishop of the diocese.
On January 17, 1995, the positio supervirtutibus, was presented at the Congregation for the Causes of Saints in Rome and later, the positio of the miracle attributed to Sr Adeodata’s intercession. Finally, everything was ready and the cause was in the queue for eventual beatification.
On May 9, 2001 Pope John Paul II beatified Sr Adeodata Pisani, Dun Ġorġ Preca and Nazju Falzon on the Floriana Granaries and established that her feast be celebrated on February 25.
Finally, the wish of all Maltese was granted. But prayers have to continue through her intercession so that Our Lord in His great mercy hears the prayers she implores on our behalf and grants the miracle required for her canonisation.
It is very important that graces are reported to St Peter’s monastery from where one can get holy pictures of Blessed Adeodata for distribution.

From letter published in The Times of Malta on 25th October 2011
http://archive.today/8cwQD#selection-1173.0-1241.144

read also

Maria Adeodata Pisani Religieuse, Bienheureuse 1806-1855
http://alexandrina.balasar.free.fr/adeodata_pisani.htm

 
http://en.wikipedia.org/wiki/Maria_Adeodata_Pisani



Same video as above in case it is deleted by owner
https://www.youtube.com/watch?v=jCd_VCEUYDk
Click on arrow for uploaded video below to start

 
 
 
SPB Parish Church  




   



 
 

25 ta' Frar
Festa tal-Beata Maria Adeodata Pisani 

Hija twieldet Napli fid-29 ta’ Dicembru 1806. Missierha kien moghti ghax-xorb u l-genituri taghha kellhom jinfirdu meta l-beata kienet tarbija, u hi trabbiet minn omm missierha, izda din mietet meta l-beata kellha ghaxar snin. Ta’ dsatax-il sena hi u ommha gew joqoghdu r-Rabat ta’ Malta. Ta’ 22 sena dahlet soru Benedittina fil-monasteru t


a’ San Pietru ta’ l-Imdina. Fl-1851 intghazlet bhala Badessa u fi zmienha mexxiet riforma fil-hajja komunitarja b’harsien aktar bir-reqqa tar-regola. Dak li setghet tiddisponi minnu qassmitu lill-foqra li kienu jhabbtu l-bieb tal-monasteru. Il-beata baqghet imsemmija ghall-ispirtu ta’ talb u sagrificcju. Mietet fil-25 ta’ Frar 1855 fil-ghomor ta’ 49 sena.

Imwielda l-Italja minn missier Malti, Swor Marija Adeodata Pisani giet Malta meta kellha dsatax-il sena u ghaddiet il-bicca l-kbira ta' hajjitha bhala xbieha mill-aqwa ta' konsagrazzjoni religjuza Benedittina fil-Monasteru ta' San Pietru. It-talb, l-ubbidjenza, is-servizz lejn hutha s-sorijiet u l-maturita' fil-qadi tad-dmirijiet taghha: dawn kienu jiffurmaw il-hajja qaddisa u fis-skiet ta' Marija Adeodata. Mohbija fil-qalba tal-Knisja, qaghdet f'riglejn il-Mulej tisma' t-taghlim tieghu (ara Luqa 10:39), filwaqt li daqet dak li jibqa' ghal dejjem (ara Kol. 3:2). Bit-talb, bix-xoghol u bl-imhabba, saret nixxiegha ta' dak il-frott spiritwali u missjunarju li minghajru l-Knisja ma tistax tippriedka l-Evangelju kif jamar Kristu, ghax il-missjoni u l-kontemplazzjoni ma jghaddux minghajr xulxin (ara Novo Millennio Ineunte 16).

"L-ezempju qaddis ta' Swor Adeodata zgur ghen biex igib 'il quddiem it-tigdid tal-hajja religjuza tal-Monasteru taghha. Nixtieq nirrikmanda ghall-intercessjoni taghha intenzjoni specjali tieghi. Dan l-ahhar sar hafna biex il-hajja religjuza tadatta ruhha ghac-cirkustanzi li qed jinbidlu fil-hajja ta' llum, u s-siwi ta' dan jidher fil-hajjiet ta' hafna nisa u rgiel religjuzi. Izda hemm bzonn tigdid ta' l-apprezzament tar-ragunijiet teologici profondi ghal din il-forma specjali ta' konsagrazzjoni. Ghadna qed nistennew il-frott shih tat-taghlim tal-Koncilju Vatikan II fuq il-valur traxxendentali ta' dik l-imhabba specjali ta' Alla u ta' l-ohrajn li twassal ghall-hajja tal-voti tal-faqar, kastita' u ubbidjenza. Nirrikmanda lill-irgiel u lin-nisa ta' hajja kkonsagrata l-ezempju ta' maturita' u ta' responsabbilta' personali li kienu jidhru b'mod tant sabih fil-hajja tal-Beata Adeodata."
Papa Gwanni Pawlu II


Dan l-artiklu meħud mil Webside tal-Museum ta' San Ġiljan Malta.
http://www.freewebs.com/museumstjulians/qaddisinmaltin.htm







 
 
 

Sunday, July 01, 2012

OCTOBER 21 - ST URSULA



St. Ursula
http://www.catholic.org/saints/saint.php?saint_id=325




Valletta St. Ursula - Feast of St. Ursula - 1 Peal 2012 (1,2,3) - Photos 2013 - 3 Bells / 1






CUM VOX SANGUINIS - Hildegard of Bingen


Cum vox sanguinis.

[The hymn...is much more extended in poetic and musical exposition, and reveals the subtlety of Hildegard's thought.

Her opening verses proceed in perfect poetic parallelism: Ursula and her "innocent crowd" sing "with a voice of the blood" before God, saying their sacrifice is for Him and worthy of rejoicing; similarly the whole congregation of the Lamb of God sings praise in Jerusalem for the "power of His blood"; Hildegard's musical phrases powerfully outline the melodic structure behind the mode: tonic, fifth, lower fifth, and modal octave. The successive verses continue with the blood imagery, and the rich parallels between the sacrifices of the Old Testament and those of the martyrs, and the close parallelism of musical structure that mimics the structures of Hebrew Psalm poetry. She links the Old Testament sacrifice of bulls that Moses brought to the slaughter of these martyrs, the creation of man from clay in Psalm 99 to the transitory nature of our beings now, the prayerful desire before the rising sun
(Psalm 62) to the praise before the throne of the New Jerusalem,
gleaming in topaz and sapphire.

Throughout, she allows the music of her singers to float among the same modally important pitches (not always a characteristic of chant melodies), and to insert potent shifts between the B natural and B flat inflections of the mode and relatively quick but also potent melismas on particular words such as the name of Moses and the "hanging" of Christ on the tree.
She ends this virtuoso composition with the exhortation for all the heavens and all peoples on earth to sing the same praises, with the most extended melisma on the concluding "Amen!"] (Timothy Dickey @allmusic.com)



St. Ursula and the Holy Virgins
[The legend of Ursula is based on a 4th- or 5th- century inscription from the Church of St. Ursula (on the Ursulaplatz) in Cologne. It states that the ancient basilica had been restored on the site where some holy virgins were killed... The Roman Martyrology, the official but professedly incomplete list of saints recognized by the Catholic Church, speaks of these virgin saints as follows: "At Cologne in Germany, commemoration of virgin saints who ended their life in martyrdom for Christ in the place where afterwards the city's basilica was built, dedicated in honour of the innocent young girl Ursula who is looked on as their leader."] (Wikipedia)




.

The Image of His Own Nature - 13th Sunday; Ordinary time; Year B.







Saturday, June 30, 2012

EJJA SPIRTU MQADDES - Patri Ġorġ Żammit OFM Conv.


IKTUS II - 109 - Ejja Spirtu Mqaddes    

Ejja Spirtu Mqaddes fostna hawnhekk,
Ħu din il-qalb tagħna kollha għaliK;
U bis-seba' doni, li fiha nissilt,
Int għallimha tħobb, kif ħabbejtha Int.

Ejja Spirtu Mqaddes fostna hawnhekk,
U dan il-moħħ tagħna ħudu għaliK;
Ħalli naħsbu t-tajjeb, u nwarrbu l-ħażin,
Hekk inkunu lkoll, l-għeżeż maħbubin.


Rit:
 Spirtu qaddis, ħeġġeġ lil qalbi
 Spirtu qaddis, dawwal lil moħħi,
 Spirtu qaddis, naddafli fommi,
 Naddafli fommi,
 Naddafli fommi mit-tinġis.

Ejja Spirtu Mqaddes fostna hawnhekk,
Ħu dan il-fomm tagħna, imlieh b'tifħir;
Għinu jgħid is-sewwa,
Jitrawwem fis-skiet,
B'hekk biss jista' jduq,
Il-wens tas-smewwiet.

Ejja Spirtu Mqaddess fostna hawnhekk,
f'familja waħda għaqqadna lkoll;
Fejn hemm tnejn jew tlieta,
F'ismeK miġburin,
Magħhom tkun mal-lejl,
Bi nhar u kull ħin.                  Rit:

EJJA SPIRTU MQADDES by Fr George Zammit OFM Conv.
Grizma tal-Isqof - Sacrament of Confirmation