blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: EJJA SPIRTU MQADDES - Patri Ġorġ Żammit OFM Conv.

Saturday, June 30, 2012

EJJA SPIRTU MQADDES - Patri Ġorġ Żammit OFM Conv.


IKTUS II - 109 - Ejja Spirtu Mqaddes    

Ejja Spirtu Mqaddes fostna hawnhekk,
Ħu din il-qalb tagħna kollha għaliK;
U bis-seba' doni, li fiha nissilt,
Int għallimha tħobb, kif ħabbejtha Int.

Ejja Spirtu Mqaddes fostna hawnhekk,
U dan il-moħħ tagħna ħudu għaliK;
Ħalli naħsbu t-tajjeb, u nwarrbu l-ħażin,
Hekk inkunu lkoll, l-għeżeż maħbubin.


Rit:
 Spirtu qaddis, ħeġġeġ lil qalbi
 Spirtu qaddis, dawwal lil moħħi,
 Spirtu qaddis, naddafli fommi,
 Naddafli fommi,
 Naddafli fommi mit-tinġis.

Ejja Spirtu Mqaddes fostna hawnhekk,
Ħu dan il-fomm tagħna, imlieh b'tifħir;
Għinu jgħid is-sewwa,
Jitrawwem fis-skiet,
B'hekk biss jista' jduq,
Il-wens tas-smewwiet.

Ejja Spirtu Mqaddess fostna hawnhekk,
f'familja waħda għaqqadna lkoll;
Fejn hemm tnejn jew tlieta,
F'ismeK miġburin,
Magħhom tkun mal-lejl,
Bi nhar u kull ħin.                  Rit:

EJJA SPIRTU MQADDES by Fr George Zammit OFM Conv.
Grizma tal-Isqof - Sacrament of Confirmation