************
Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna. Sliem għalik, lilek ingħajtu, għaliex aħna, turufnati, ulied Eva. Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ. Ejja mela, avukata tagħna; dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. urina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù frott imbierek tal-ġuf tiegħek, O ħanina, O pija, O ħelwa, Verġni Marija.
(fi żmien 'O' ta' Matul is-Sena )
Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej Alla, nitolbuk, li ngawdu dejjem is-saħħa fir-ruħ u l-ġisem, u bit-talb glorjuż ta’ l-imqaddsa Marija dejjem verġni nkunu meħlusa mid-dwejjaq ta’ issa u ngawdu l-hena ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna. Ammen.
(mill-Avvent sal-Milied)
O Alla, int li ridt li mat-tħabbira ta’ l-anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-verġni mqaddsa Marija, agħtina, nitolbuk, lilna li nistqarruha omm Alla, li nkunu mgħejjunin mit-talb tagħha. Bl-istess Kristu Sidna. Ammen.
(mill-Milied sal-Gandlora)
O Alla li bis-saħħa ta’ Marija, verġni u omm, tajtna l-ħlas tal-ħajja ta’ dejjem, agħtina, nitolbuk, li nġarrbu l-qawwa tat-talb tagħha, li biha stajna nilqgħu ’l min tana l-ħajja ta’ dejjem, ibnek Ġesù Kristu Sidna. Ammen.
(fi żmien l-Għid)
O Alla, li, bil-qawmien mill-mewt ta’ ibnek Ġesù Kristu sidna, għoġbok tferraħ id-dinja, agħtina, nitolbuk, li b’ommu l-verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna. Ammen.
Rużarju ma' Fr Hayden
Verżjonijiet riveduti
- Misteri tat-Tbatija @ 32:17
- Misteri tal-Glorja @ 47:42
- Salve Regina,
Skond il-Fehma tal-Papa,
ghall-erwieh tal-Purgatorju
u l-Litanija @ 1:03:32
(click on centre of video to start)