blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Saturday, November 06, 2010

Mons Mario Grech - Il-kelma profetika tal-ġisem uman


http://www.il-gensillum.com/news.asp?newscat=10&news=2484

Mons Mario Grech
6 ta'Novembru 2010

L-esperjenza tixhed li fil-ħajja tagħna l-bnedmin, ħafna tensjonijiet kienu kkalmati, żbalji kkoreġuti u konflitti żarmati għax kien hemm medjazzjoni tajba. Ir-rwol tal-medjatur hija vitali biex ikun hemm komunikazzjoni, u hekk wieħed jasal għall-għarfien tal-verità u jistabbilixxi relazzjoni sinċiera u dejjiema. Meta l-medjazzjoni tkun fqira jew fallaċi, jiddgħajfu r-relazzjonijiet u jkun hemm ħerba.

Fil-ħajja ordinarja tagħna, il-ġisem uman hu “medjatur” singulari biex il-bniedem jidħol f’komunjoni personali u rispettuża mal-oħrajn u jagħraf lilu u jaċċetta lilu nnifsu. Meta din il-medjazzjoni korporea hi żbaljata, jew forsi wkoll nieqsa, il-kwalità tal-ħajja umana tbati. Huwa fatt li ċerti nies huma mdejqin għax mhumiex kuntenti bihom infushom, bħal fil-każ ta’ meta mhumiex komdi bil-fiżiku tagħhom u bl-orjentament sesswali tagħhom.

Hemm oħrajn li jħallu l-egoiżmu tagħhom jifgagħhom tant li billi ma jirnexxilhomx jidħlu f’relazzjoni ma’ ħaddiehor, għandhom diffikultà biex jagħrfu lilhom infushom u jingħalqu fihom infushom. Hemm, imbagħad, irġiel u nisa li għalkemm iħossuhom li għandhom jidħlu f’relazzjoni ta’ mħabba ma’ persuni ta’ sess divers, għandhom diffikultà biex jaċċettaw lil ħaddieħor. Għandna koppji miżżewġa li jagħmlu ħajjithom infern għaliex ma jafux jirrelataw ma’ xulxin, anqas intimament!
Fost iż-żwiġijiet li jfallu, hemm dawk li jibdlu lill-mara jew lir-raġel għas-sempliċi raġuni li ma jaċċetawx il-fatt li l-ġisem tas-sieħeb jew tas-sieħba għandu l-istorja tiegħu u għalhekk jitlef il-faxxinu tiegħu – għalhekk jitilfu lill-mara jew lir-raġel biex isibu ġisem iżgħar fl-età!

Ukoll, il-mod kif qed naħsbu dwar il-produzzjoni tal-ħajja umana u kif jidhrilna li nistgħu niddisponu mill-ħajja fl-ewwel fażijiet tat-tnissil, juri x’kunċett għandna tal-ġisem tal-bniedem.

B’ġisem uman qed nifhmu l-persuna, ikkunsidrata fid-dimensjoni korporea. Infatti, aħna għandna “ġisem animat” li diversi aspetti tiegħu jistgħu jiġu mistħarrġa minn xjenzi differenti: fiżjoloġija, anatomija u x-xjenzi biomediċi. Imma ’l hinn minn dan l-aspett fiżjoloġiku, il-ġisem uman għandu tifsiriet oħrajn. Billi huwa mezz ta’ medjazzjoni biex il-persuna tidher, il-ġisem uman għandu valuri simboliċi: hu l-modalità li permezz tiegħu l-persuna hija “preżenti”.

Kull persuna tista’ tifhimha permezz tal-ġisem tagħha – infatti kull ġisem hu uniku, singulari u personali. Huwa realtà magħmula mil-laħam u għadam, imma b’differenza minn robot li jitħarrek minn movimenti mekkaniċi u sterjotipati, huwa animat b’tali mod li dritt nidentifikaw il-ġisem ma’ persuna individwu.

F’dan is-sens, kull ġisem hu differenti għax kull persuna hija differenti. Min iferi l-ġisem ta’ xi ħadd, ikun ħabat għal dik il-persuna partikulari – għalhekk nistgħu ngħidu mhux biss li għandna ġisem, imma li aħna ġisem!

Permezz tal-medjazzjoni tal-ġisem, il-persuna tidħol f’relazzjoni mal-oħrajn. Hekk, permezz ta’ din il-medjazzjoni tinbena l-komunità inter-personali u permezz ta’ dawn ir-relazzjonijiet il-bniedem jibni lilu nnifsu. Fuq livell espressiv, il-komunità tinbena permezz tal-lingwaġġ, mentri fuq livell affettiv, permezz tal-għaqda sesswali.

Fl-ethos tal-bniedem tal-Punent, is-sesswalità umana m’għadhiex titqies bħala aspett serju tal-ħajja tal-bniedem. Svojtajna s-sesswalità mill-verità u t-tifsira proprja tagħha. Is-sesswalità m’għadhiex titqies bħala attività “sagra”, u għax timpenja l-persuna bħala tali, issa qed tiġi pubbliċizzata bħala “attività mekkanika”.

Infatti, l-uniku kriterju biex nivvalutaw id-diversi modi kif il-bniedem jeżerċita s-sesswalità tiegħu hu l-pjaċir – għażilna li ma nagħtux aktar każ jekk l-espressjoni sesswali hix konformi jew le man-natura u l-finalità proprja tas-sesswalità. Billi s-sesswalità tneżżgħet mill-valur intrinsiku tagħha, illum il-bniedem ma jikkomtemplax jekk huwiex liberu jew le fl-azzjoni tiegħu, imma jimxi kif ifettillu – spontanjetà!

Fi kliem ieħor, is-sesswalità umana ġiet snaturata mis-serjetà għaliex ġiet miftuma mill-persuna, liema separazzjoni timplika xpakkaturi ferm aktar serji.

Infatti, għaddej kurrent biex il-ġisem jinfired mill-persuna u hekk il-bniedem jittratta lil ġismu jew ġisem ħaddieħor daqslikieku hu oġġett distint mill-persuna. Meta l-ġisem uman inħall mill-persuna u bdejna nħarsu lejh daqslikieku kien parti oħra tan-natura – meta l-ġisem kien spersonalizzat, is-sesswalità kienet maħtufa mit-tifsira naturali tagħha u l-bniedem ħassu liberu li jagħtiha t-tifsira li ried hu. Hekk is-sesswalità, flok ma hija lingwaġġ tal-imħabba li jesprimi l-għotja tal-persuna u l-ftuħ għall-ħajja, saret mezz ta’ gratifikazzjoni, strumentalizzazzjoni, sfruttament u kummerċ.

B’hekk dħalna f’raġunament li ladarba s-sesswalità hi xi attività newtrali (insinjifikanti), il-bniedem jinqeda biha għal liema għan irid hu. L-unika ħaġa li (forsi) l-bniedem li jirraġuna b’dan il-mod għadu jagħraf hija li jekk fl-eżerċizzju tas-sesswalità jkun hemm persuna oħra involuta, allura huwa mistenni li din tagħti l-kunsens tagħha!

F’dan il-kuntest, għalhekk, naslu biex nikkonvinċu ruħna li mhux biss l-attività eterosesswali hi umanament denja, imma l-attività omosesswali wkoll hija attività tajba u jistħoqqilha l-istess għarfien bħall-attività eterosesswali. B’din il-premessa, allura wieħed jasal biex jikkonkludi li mhux veru li hemm żewġ tipi ta’ sesswalità – dik maskili u dik femminili, imma hemm “ir-raġel” u l-“mara”: ir-raġel jista’ jirrelata, kemm mal-mara, kif ukoll ma’ raġel ieħor; u l-mara tista’ tirrelata ma’ raġel jew mara oħra!

Għaddej ukoll sforz biex issir firda bejn eros u l-imħabba. Il-viżjoni utilitarista tiċħad li l-bniedem għandu l-ħila li jkejjel ix-xewqat tiegħu skont il-virtù; anzi hemm min jgħid li jekk ngħidu li hemm verità li tmexxi lill-bniedem, dan ifisser li nkunu nammettu limitazzjoni umana! Għalhekk, ir-raġuni umana hija biss strument biex il-bniedem jissodisfa x-xewqat, il-passjonijiet u l-interessi kollha tiegħu.

Bir-raġun, għalhekk, li fl-Enċiklika Deus Caritas Est, Benedettu XVI jikteb li l-imħabba “eros” hija degradazzjoni tad-dinjità tal-bniedem. . . teħtieġ rażan u tisfija biex lill-bniedem tagħtih mhux pjaċir ta’ mument (n.7). Huwa fatt li din il-proposta antropoloġika, minflok ma tagħmel lill-bniedem ħieles, tnittiflu l-libertà tiegħu biex tħallih jitmexxa mill-istinti tiegħu. Fil-kamp tas-sesswalità, dan ikompli jbattalha min-natura tagħha ta’ mħabba li tingħata – is-sesswalità jibqagħlha biss dimensjoni erotika li ssaħħaħ l-aspett edonistiku tagħha. Huwa ovvju li impostazzjoni edonista tas-sesswalità tkompli tissepara s-sesswalità miż-żwieġ u ż-żwieġ mill-familja.

Kurrent ieħor qed ikompli jkisser ir-relazzjoni bejn iż-żewġ dimensjonijiet tal-att konjugali: dak unittiv u dak prokreattiv. Il-mentalità kontraċettiva ħarbtet dan ir-rapport mhux biss fuq livell bijoloġiku, imma wkoll fuq livell ta’ intenzjoni. Huwa fatt li l-kultura tal-kontraċezzjoni wasslet għal kultura kontra t-twelid. Ir-rata baxxa tat-twelid f’pajjiżna hija indikattiva.

L-istess ħsara tista’ tiġi kkawżata mill-prassi tat-tnissil medikament assistit. Fiż-żewg każijiet, l-imħabba konjugali espressa bil-lingwaġġ sesswali mhix aktar qed tkun miftuħa għall-ħajja, kemm għaliex hu possibbli li bejn il-miżżewġin ikun hemm att ta’ mħabba kapriċċjożament magħluq għall-ħajja, kif ukoll għax jista’ jkun hemm mod kif titnissel il-ħajja barra mill-kuntest tal-imħabba konjugali.

Mhux biss id-divorzju jibdel in-natura taż-żwieġ, imma wkoll din il-prassi li għadna kemm semmejna. Għaliex jekk iż-żwieġ hu dik l-għaqda leġittima bejn raġel u mara biex ikun hemm il-ħajja, is-separazzjoni tad-don tal-ħajja mill-għaqda leġittima u s-sesswalità umana, iddgħajjef l-istituzzjoni taż-żwieġ! Agħar minn hekk, il-prassi tat-tnissil medikament assistit tista’ tgħin biex id-dritt tat-tnissil artifiċjali jiġi rikonoxxut lil diversi kategoriji konviventi, inklużi dawk f’relazzjoni omosesswali, u hekk dawn il-fenomeni jiġu ekwiparati mal-familja mwaqqfa fuq iż-żwieġ!

It-tifrik tal-verità u tat-tifsira tas-sesswalità wassal għal dik li tissejjaħ “ideoloġija tal-ġeneru [gender]” – skont din l-ideoloġija, l-identità u l-konvinċiment ta’ persuna dwar is-sesswalità tagħha – jiġifieri jekk hijiex raġel jew mara – hija ħolqien tal-kultura li tiddependi mir-rwoli li soċjetà partikulari tattribwixxi lis-sessi. Mela, raġel iħossu raġel jew mara tħossha mara mhux għax skont kriterji oġġettivi, imma skont il-konvenzjonijiet soċjali tal-post!

Quddiem din il-konfużjoni antropoloġika, fejn se nfittxu d-dawl? Nifraħ lid-Dar Ġużeppa Debono li laqgħetna għal din il-Konferenza Nazzjonali, li fil-fehma tiegħi, hija providenzjali għaliex se tagħtina l-possibilità li nixtarru t-Teoloġija tal-Ġisem – wieħed mid-doni l-kbar li ħallielna l-Papa Ġwanni Pawlu II. Anzi l-Papa nnifsu jsejjaħ dan l-Evanġelju dwar il-ġisem bħala “la teologia del sesso” - “la teologia del corpo. . . diventa, in certo modo, anche teologia del sesso, o piuttosto teologia della masculinità e della femminilità”.

Skont il-Papa, il-ġisem uman għandu “kelma profetika” fis-sens li l-ġisem, f’isem Alla l-Ħallieq, jiġbor fih grammatika u lingwaġġ li jurina t-triq tal-imħabba vera li twassal għal ħajja umana dinjituża; hekk, il-ġisem uman ikompli jkun medjatur biex il-bniedem jidħol mhux biss f’relazzjoni mal-oħrajn, imma wkoll ma’ Alla.
Konvint li t-teoloġija tal-ġisem li se jesponi issa l-Professur Rev George Woodall għandha messaġġ deċiżiv għas-soċjetà Maltija li bħalissa qed ikollha tikkonfronta tematiċi serji.

Nagħlaq b’sentenza programmatika ta’ Sant’Injazju minn Antijokja: Il Cristianesimo non è opera di persuasione, ma di grandezza” (Lettera ai Romani). Affrontati minn kurrenti fis-soċjetà tagħna li mhux biss jidhru li qed jagħlqu qalbhom għall-messaġġ ta’ Kristu, imma wkoll probabbli għandhom antroploġija żbaljata, inxandru b’kuraġġ u qawwa l-ġmiel u l-ġdid (la grandezza) ta’ din il-bxara t-tajba dwar il-ġisem uman – dwar il-persuna, iż-żwieġ u l-familja. L-isfida l-kbira tagħna mhix li dan il-messaġġ ma jiġix milqugħ, imma li ma nibqgħux nemmnu fil-ġmiel tal-messaġġ Nisrani u għalhekk nirtiraw mis-soċjetà.

Monday, November 01, 2010

October 31- THE EVE of THE SOLEMNITY OF ALL SAINTS on November 1 ---- Halloween is a pagan, anti-christian feast




October 31st is EVE OF SOLEMNITY OF ALL SAINTS - November 1st


Ben Sira 7:36 In whatever you do, remember your last days, and you will never sin.

Bin Sirak 7:36 F'kull ma tagħmel ftakar fi tmiemek, u ma għandek tidneb qatt.




Pope Francis: Christian life is a constant battle against the devil






Radju Marija Malta - Patri Elija Vella OFM Conv. - Dwar il-Halloween - Published on October 24, 2016
( https://www.facebook.com/radjumarijamalta/videos/1448340561862615/ )


or in YouTube: https://youtu.be/A99KnojdclE
Patri Elija Vella OFM Conv. - Il-Halloween hija degradazzjoni għas-SOLENNITÁ TAL-QADDISIN KOLLHA....






FROM:-  
https://medjugorjemalta.blogspot.com.mt/2017/10/what-is-all-hallows-eve-fr-ray-toledo.html
Catholic Comment in Maltese - IL-HALLOWEEN - Fr. Ray Toledo (this video is without subtitles)






 

 

The History of All Saints and All Souls Days- Extended Version

 

 

OCT 31 - NOV 1 --- I WILL DO MY BEST FOR JESUS ...  through the teachings and intercessions of ALL THE SAINTS

 


CHILDREN'S COSTUMES remembering the Saints ...


 
 
 
   
 
 
 
 
 
 
 





 


Litany of the Saints John Becker

 
 
 
The Litany of the Saints - (Litaniae Sanctorum)
A traditional chant in the Catholic Church that praises God and his saints.


><> ><> ><> ><> ><> ><> ><>



1 Corinthians 10:20 ... do not have fellowship with devils
1 Korintin 10:20 ... ma rridx li intom tidħlu f'għaqda mad-demonji













Vade Retro - "Halloween. L'inganno tenebroso"  




Ex-satanista mette in guardia dai pericoli di Halloween  



><>     ><>     ><>


Oct 31 - Homily: Holy Halloween - The Eve of ALL SAINTS DAY, Nov 1st.








 also read...


The Catholic Origins of Halloween | uCatholic



><>     ><>     ><>


Celebrating Solemnity of All Saints - Nov. 1st - from the eve - Oct. 31st 

Anchor of Hope






Il-Qaddisin Kollha - 1 ta' Novembru





How to obtain a plenary indulgence for the Holy Souls
A brief outline on how to obtain a plenary indulgence for the Holy Souls in Purgatory.

From November 1-8: visit a cemetery and pray for the poor souls.

On November 2: visit a church or an oratory and recite one Our Father and one Creed.
A partial indulgence can be obtained any time by visiting a cemetery and praying for the poor souls. The following prayer is especially recommended:

Requiem aeternam dona eis, Domine, et lux perpetua luceat eis. Requiescant in pace. Amen.Eternal rest grant to them, O Lord, and let perpetual light shine upon them. May they rest in peace. Amen.

Six general rules for obtaining a plenary indulgence:

  1. State of grace at least when performing the indulgenced act.
  2. Complete detachment from sin, even venial sin.
  3. Confession (8 days before or after the indulgenced act).
  4. Communion (8 days before or after the indulgenced act).
  5. Prayers for the intentions of the Supreme Pontiff.
  6. Indulgenced act: a special good work with special conditions of place and time.
http://sspx.org/en/how-to-gain-indulgences-souls-in-purgatory

Quddiesa fil-Festa Solenni tal-Qaddisin Kollha - Streamed live on Nov 1, 2016 at St John's co-Cathedral in Valletta, Malta.



THE GOSPEL:
Mt 5:1-12 -- Sermon on the Mount-The Beatitudes -- Id-diskors tal-muntanja-Il-bnedmin il-hienja
Mt 5:1-12a = NOVEMBER 1 - SOLEMNITY OF ALL SAINTS


5. Id-diskors tal-muntanja

[Mt:5:1] Kif ra l-folol, Ġesù tala' fuq il- muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. [Mt:5:2] Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:

Il-bnedmin il-hienja
(Lq 6, 20-23)


[Mt:5:3] "Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
[Mt:5:4] Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.
[Mt:5:5]Henjin ta' qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b'wirthom l-art.
[Mt:5:6] Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx  tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin.
[Mt:5:7] Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena.
[Mt:5:8] Henjin dawk li huma safja f'qalbhom, għax huma jaraw 'l Alla.
[Mt:5:9] Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejjħu wlied Alla.
[Mt:5:10] Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
[Mt:5:11] Henjin intom, meta jgħajjrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta' ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija.

[Mt:5:12a] Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet."...








      
         
.

Saturday, October 02, 2010

VOX MICHAELIS - miktubha minn San Ġorġ Preca


 


Vox Michaelis - miktubha minn San Ġorġ Preca



Ħalli jiftakar Satana li hu għandu l-eżistenza minn Alla l-aktar għoli u li ħadd ma jista’ jkun bħal dan l-aktar għoli.

Ebda qawwa ma tista’ tnaqqas mill-glorja ta’ dejjem ta’ Ġesù Kristu,  Iben ta’ Dak li jista’ kollox u tal-Verġni Marija.

Ħtija tassew hienja mill-ħażen ta’ Satana, lill-ewlenin ġenituri tal-bnedmin kienet dik li għamlet l-Iben t'Alla nnifsu ħuhom.

Satana ma jistax jaqla' l-paċi u l-mistrieħ, b'ebda mod u b'ebda sforz, lanqas jekk ifarrak il-qaddejja t'Alla nfushom.

Id-dwejjaq tar-ruħ u t-tbatija tal-ġisem, magħmula lill-bniedem mill-mibgħeda ta’ Satana huma kawża ta’ glorja akbar.

Dak li qal: "ma nservix", bil-ħażen u t-taħwid tiegħu jwassal biex jitwettqu l-ġudizzji t'Alla li ħadd ma jista’ jifhem.

Tifħir, unur u glorja għal dejjem ta’ dejjem lil Alla waħdu
li jilqa’ lill-umli u jkeċċi lill-kburin.

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.







.

Friday, October 01, 2010

Gianna Jessen Abortion Survivor in Australia


Gianna Jessen Abortion Survivor in Australia Part 1  



Gianna Jessen Abortion Survivor in Australia Part 2  



.