blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Litaniae Lauretanae - Litany of Loreto in Latin with texts in Latin, in English - Litanija Lawretana bil-Latin u bil-Malti

Monday, December 09, 2024

Litaniae Lauretanae - Litany of Loreto in Latin with texts in Latin, in English - Litanija Lawretana bil-Latin u bil-Malti

 

Fresco of the Blessed Virgin Mary surrounded by the symbols of the Litany of Loreto in Bayeux Cathedral)
- https://en.wikipedia.org/wiki/Litany_of_the_Blessed_Virgin_Mary - 



Litaniae Lauretanae - Litany of Loreto in Latin
Texts in Latin and in English. With the latest added titles by Pope Francis on June 20, 2020 - Mother of mercy, Mother of hope and Solace (Comfort) of migrants. 
 
- original video from Youtube Channel: Cor Fidelis 
- https://www.youtube.com/watch?v=3NrMQ165IiA - 




Litanija Lawretana - mill-20 ta’ Ġunju, 2020


Bil-Latin

Bil-Malti

Kyrie, eleison. ℟. Kyrie, eleison

Mulej, ħniena. ℟. Mulej, ħniena

Christe, eleison. ℟. Christe, eleison

Kristu, ħniena. ℟. Kristu, ħniena

Kyrie, eleison. ℟. Kyrie, eleison

Mulej, ħniena. ℟. Mulej, ħniena

Christe, audi nos. ℟. Christe, audi nos

Kristu, ismagħna. ℟. Kristu, ismagħna

Christe, exaudi nos. ℟. Christe, exaudi nos

Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.  ℟. Kristu, ilqa’ t-talb tagħna

Pater de caelis, Deus, ℟. miserere nobis

Missier Etern Alla, ℟. ħenn għalina

Fili, Redemptor mundi, Deus, ℟. miserere nobis

Iben Alla li fdejt id-dinja, ℟. ħenn għalina

Spiritus Sancte, Deus, ℟. miserere nobis

Spirtu Qaddis Alla, ℟. ħenn għalina


Sancta Trinitas, unus Deus, ℟. miserere nobis

Trinità Qaddisa Alla wieħed, ℟. ħenn għalina

 

 

Sancta Maria, ℟ ora pro nobis

Imqaddsa Marija,                      ℟  Itlob għalina

Sancta Dei Genitrix, ℟ ora pro nobis

Imqaddsa Omm Alla,

Sancta Virgo virginum, ℟ ora pro nobis

Imqaddsa xebba tax-xbejbiet,

Mater Christi, ℟ ora pro nobis

Omm ta’ Kristu,

Mater Ecclesiae, ℟ ora pro nobis

Omm il-Knisja,

Mater misericordiae, ℟ ora pro nobis

Omm tal-ħniena,

Mater divinae gratiae, ℟ ora pro nobis

Omm tal-grazzja ta’ Alla,

Mater spei, ℟ ora pro nobis

Omm it-tama,

Mater purissima, ℟ ora pro nobis

Omm l-iżjed safja,

Mater castissima, ℟ ora pro nobis

Omm l-iżjed nadifa,

Mater inviolata, ℟ ora pro nobis

Omm u xebba,

Mater intemerata, ℟ ora pro nobis

Omm bla tebgħa,

Mater amabilis, ℟ ora pro nobis

Omm li tistħoqq l-imħabba,

Mater admirabilis, ℟ ora pro nobis

Omm tal-għaġeb,

Mater boni consilii, ℟ ora pro nobis

Omm tal-parir it-tajjeb,

Mater Creatoris, ℟ ora pro nobis

Omm ta’ min ħalaqna,

Mater Salvatoris, ℟ ora pro nobis

Omm ta’ min salvana,

Virgo prudentissima, ℟ ora pro nobis

Xebba kollok għaqal,

Virgo veneranda, ℟ ora pro nobis

Xebba li tistħoqq kull qima,

Virgo praedicanda, ℟ ora pro nobis

Xebba li tistħoqq kull foħrija,

Virgo potens, ℟ ora pro nobis

Xebba kollok setgħa,

Virgo clemens, ℟ ora pro nobis

Xebba kollok ħniena,

Virgo fidelis, ℟ ora pro nobis

Xebba dejjem marbuta m’Alla,

Speculum iustitiae, ℟ ora pro nobis

Mera tal-qdusija,

Sedes sapientiae, ℟ ora pro nobis

Tron tal-għerf,

Causa nostrae laetitiae, ℟ ora pro nobis

Bidu tal-ferħ tagħna,

Vas spirituale, ℟ ora pro nobis

Għamara tal-Ispirtu s-Santu,

Vas honorabile, ℟ ora pro nobis

Għamara ta’ kull grazzja,

Vas insigne devotionis, ℟ ora pro nobis

Għamara ta’ kull tjieba,

Rosa mystica, ℟ ora pro nobis

Warda mistika,

Turris Davidica, ℟ ora pro nobis

Torri ta’ David,

Turris eburnea, ℟ ora pro nobis

Torri tal-avorju,

Domus aurea, ℟ ora pro nobis

Dar tad-deheb,

Foederis arca, ℟ ora pro nobis

Arka tar-Rabta l-ġdida,

Ianua coeli, ℟ ora pro nobis

Bieb tas-Sema,

Stella matutina, ℟ ora pro nobis

Kewkba ta’ filgħodu,

Salus infirmorum, ℟ ora pro nobis

Saħħa tal-morda,

Refugium peccatorum, ℟ ora pro nobis

Kenn tal-midinbin,

Solacium migrantium, ℟ ora pro nobis

Faraġ tal-migranti,

Consolatrix afflictorum, ℟ ora pro nobis

Faraġ tal-imnikktin,

Auxilium Christianorum, ℟ ora pro nobis

Għajnuna tal-Insara,

Regina Angelorum, ℟ ora pro nobis

Sultana tal-Anġli,

Regina Patriarcharum, ℟ ora pro nobis

Sultana tal-Patrijarki,

Regina Prophetarum, ℟ ora pro nobis

Sultana tal-Profeti,

Regina Apostolorum, ℟ ora pro nobis

Sultana tal-Appostli,

Regina Martyrum, ℟ ora pro nobis

Sultana tal-Martri,

Regina Confessorum, ℟ ora pro nobis

Sultana tal-Konfessuri,

Regina Virginum, ℟ ora pro nobis

Sultana tal-Verġni,

Regina Sanctorum omnium, ℟ ora pro nobis

Sultana tal-Qaddisin kollha,

Regina sine labe originali concepta, ℟ ora pro nobis

Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa,

Regina in caelum assumpta, ℟ ora pro nobis

Sultana mtellgħa s-Sema,

Regina sacratissimi Rosarii, ℟ ora pro nobis

Sultana tar-Rużarju Mqaddes,

Regina familiae, ℟ ora pro nobis

Sultana tal-Familja,

Regina pacis, ℟ ora pro nobis

Sultana tal-Paċi,

 

 

Agnus Dei, qui tollis peccata mundi,

℟ parce nobis, Domine.

Ħaruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, 

℟ Aħfrilna nitolbuk, Mulej.

Agnus Dei, qui tollis peccata mundi,

℟ exaudi nos, Domine.

Ħaruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, 

℟ Ismagħna nitolbuk, Mulej.

Agnus Dei, qui tollis peccata mundi,

℟ miserere nobis.

Ħaruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, 

℟ Ħenn għalina.

 

 

Ora pro nobis, Sancta Dei Génetrix.

℟, Ut digni efficiámur pro­mi­ssiónibus Christi.

Itlob għalina, Qaddisa Omm Alla.

R/. Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.

 

 

Oremus

Concede nos famulos tuos, quaesumus, Domine Deus, perpetua mentis et corporis sanitate gaudere: et gloriosa beatae Mariae semper Virginis intercessione, a praesenti liberari tristitia, et aeterna perfrui laetitia. Per Christum Dominum nostrum. R. Amen.


Nitolbu

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej Alla, nitolbuk, li ngawdu dejjem is-saħħa fir-ruħ u l-ġisem, u bit-talb glorjuż tal-imqaddsa Marija dejjem Verġni nkunu meħlusa mid-dwejjaq ta’ issa u ngawdu l-hena ta’ dejjem.  Bi Kristu Sidna. Ammen.





Nitolbu

(mill-Avvent sal-Milied)

O Alla, int li ridt li mat-tħabbira ta’ l-anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-verġni mqaddsa Marija, agħtina, nitolbuk, lilna li nistqarruha omm Alla, li nkunu mgħejjunin mit-talb tagħha. Bl-istess Kristu sidna. Ammen.


(mill-Milied sal-Gandlora)

O Alla li bis-saħħa ta’ Marija, verġni u omm, tajtna l-ħlas tal-ħajja ta’ dejjem, agħtina, nitolbuk, li nġarrbu l-qawwa tat-talb tagħha, li biha stajna nilqgħu ’l min tana l-ħajja ta’ dejjem, ibnek Ġesù Kristu Sidna. Ammen.


(mill-Gandlora sa qabel jibda l-Għid u minn wara żmien il-Għid sal-Avvent)

Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej Alla, nitolbuk, li ngawdu dejjem is-saħħa fir-ruħ u l-ġisem, u bit-talb glorjuż ta’ l-imqaddsa Marija dejjem verġni nkunu meħlusa mid-dwejjaq ta’ issa u ngawdu l-hena ta’ dejjem. Bi Kristu sidna. Ammen.


(fi żmien l-Għid)

O Alla, li, bil-qawmien mill-mewt ta’ ibnek Ġesù Kristu sidna, għoġbok tferraħ id-dinja, agħtina, nitolbuk, li b’ommu l-verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu sidna. Ammen.


 - https://www.laikos.org/talba.htm -

===================================
===================================

LAIKOS -- IL-LITANIJA TAL-MADONNA mill-2020 - Sensiela AUDIO ta' programmi mxandra fuq Radju Marija minn Fr Norbert Bonavia mssp



















.

No comments: