Jum il-Mulej
IT-28 ĦADD TA’ MATUL IS-SENA B
IFHEM IL-KELMA - Kummenti dwar il-qari
https://www.jumilmulej.cakmalta.org/it-28--add-matul-is-sena-2.html
*******
It-28 Ħadd matul is-sena B ( video published on 12 Oct 2024 - https://www.jumilmulej.cakmalta.org/it-28--add-matul-is-sena-2.html ) Riflessjoni ta' Patri Elija Vella OFMConv. mill-ktieb tiegħu IL-KELMA TIBNIK (Reliġjon u Ħajja, 1994)
************************************************
************************************************
IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 28 IN ORDINARY TIME
(shorter form Mk 10, 17-27 - https://youtu.be/Xz5C-PIKi5E -) Evanġelju Mur bigħ li għandek! Ejja u imxi warajja! Mk 10, 17-30 Qari mill-Evanġelju skont San Mark F’dak iż-żmien, [Mk:10:17] Ġesù kien se jaqbad it-triq lejn Ġerusalemm, meta mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: "Mgħallem tajjeb, x'għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta' dejjem?". [Mk:10:18] Qallu Ġesù: “Għaliex qiegħed issejjaħli tajjeb? Ħadd mhu tajjeb ħlief Alla biss. [Mk:10:19] Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta' ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u 'l ommok". [Mk:10:20] U dak wieġbu u qallu: "Mgħallem, jiena dan kollu ili nħarsu minn żgħożiti". [Mk:10:21] Imbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta' mħabba u qallu: "Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja". [Mk:10:22] Imma għal dan il-kliem ir-raġel qarras wiċċu u telaq b'qalbu sewda, għaliex kellu bosta ġid. [Mk:10:23] Ġesù mbagħad ħares ħarsa madwaru u qal lid-dixxipli tiegħu: "Kemm hi iebsa għall-għonja li jidħlu fis-Saltna ta' Alla! [Mk:10:24] Id-dixxipli stagħġbu għal din il-kelma, imma Ġesù raġa' qalilhom: "Kemm hi iebsa, uliedi, li wieħed jidħol fis-Saltna ta' Alla! [Mk:10:25] Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta' labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna ta' Alla!" [Mk:10:26] Huma stagħġbu wisq aktar, u bdew jgħidu wieħed lil ieħor: "Mela min jista' jsalva?". [Mk:10:27] Ġesù ħares lejhom u qalilhom: "Għall-bnedmin dan ma jistax ikun, imma għal Alla iva; għax għal Alla kollox jista' jkun". [Mk:10:28] Qabeż Pietru u qallu: "Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk". [Mk:10:29] Qallu Ġesù: "Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, [Mk:10:30] ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f'din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subjien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma' persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta' dejjem fiż-żmien li ġej". Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu*******
Mk 10:17-30 -- Give everything you own to the poor, and follow me - Mur bigħ li għandek! Ejja u imxi warajja!
.
.
No comments:
Post a Comment