blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: 31 December 2022 - Retired Pope Benedict XVI dies at 95 -- Solemn Funeral Mass presided over by Pope Francis on 5 January 2023 - & - Vade Retro - 15 febbraio 2013

Saturday, December 31, 2022

31 December 2022 - Retired Pope Benedict XVI dies at 95 -- Solemn Funeral Mass presided over by Pope Francis on 5 January 2023 - & - Vade Retro - 15 febbraio 2013

3 Nov 2023 From St. Peter's Basilica, Holy Mass presided over by Pope Francis in suffrage of Benedict XVI and the Cardinals and Bishops who died over the past year  



3 Nov 2023 - Pope Francis celebrated a memorial Mass for Pope Benedict XVI and all the cardinals and bishops who have died over the past year.



*****************************************
*************************************



Retired Pope Benedict XVI dies at 95  



Servizz tal-Aħbarijiet dwar Benedittu XVI u Ta' Pinu - 03.01.2023




LIVE | Funeral Mass of Benedict XVI from the Vatican | January 5, 2023 | EWTN LIVE from St. Peter’s Square in the Vatican at the Solemn Funeral Mass for Pope Emeritus Benedict XVI, presided over by Pope Francis. 
It is an occasion to remember him, treasure his legacy, be grateful for his service, and pray for his eternal rest.  



The burial of Pope Benedict XVI.



Don Georg: Benedetto XVI, ha vissuto amando il Signore fino alla fine  


An exclusive interview with Msgr. Gänswein - life and Legacy of Pope Emeritus Benedict XVI



Intervent tal-Em.T. il-Kardinal Mario Grech, Segretarju Ġenerali tas-Sinodu, dwar il-Papa Benedittu XVI, intervistat mill-ġurnalista Fiorella Pace fil-jum li fih sar il-funeral tiegħu, waqt kollegament dirett fil-Bullettin sħiħ tal-Aħbarijiet ta' TVM, fit-8.00pm, il-Ħamis 5 ta' Jannar 2023.
 



Quddiesa b'suffraġju ta' ruħ il-Papa emeritu Benedittu XVI - 07.01.2023


Omelija mill-Kardinal Mario Grech


Omelija mill-Kardinal Mario Grech

F’raħal fid-Danimarka kien hemm ċirku, u ġara li darba billejl iċ-ċirku ħa n-nar. Sid iċ-ċirku qabbad lil wieħed mill-buffi biex imur fir-raħal javża lir-residenti li ċ-ċirku kien qabad u jitlobhom imorru jgħinu lill-ħaddiema taċ-ċirku jitfu dak in-nar. Il-buffu hekk għamel. Mar iħabbar l-aħbar li ċ-ċirku kien qabad. Imma dlonk induna li, jgħajjat kemm jgħajjat, ħadd ma kien qiegħed jagħti kasu. Mhux għaliex in-nies ma semgħuhx, imma xħin in-nies raw buffu jgħajjat li qed jaqbad in-nar, żammewh ta’ buffu. Ħasbu li kienet xi għamla ta’ pubbliċità biex jitħajru jmorru ċ-ċirku. In-nies ma emmnuhx u ma tawx kasu. Il-buffu baqa’ mhux mifhum.

Din l-istorja tinsab f’waħda mill-kitbiet tal-filosfu Daniż Søren Kierkegaard. Imma hija wkoll l-istorja li biha Joseph Ratzinger jibda dak li hu forsi l-isbaħ ktieb tiegħu, Introduction to Christianity. Ratzinger, f’kontinwità ma’ Kierkegaard, iħoss li l-bniedem li jemmen, jew anki l-Knisja, huma xi ftit bħal dak il-buffu. Jgħajtu, imma ħadd ma jagħti kashom. Il-bniedem tal-fidi llum hu l-bniedem li kostantement mhux mifhum.

Imma jiena fl-istorja tal-buffu u fil-fatt li fl-1968 Ratzinger, dakinhar teologu żagħżugħ, għażel li jibda l-ktieb tiegħu, Introduction to Christianity, b’din l-istorja, nara xebh bejn l-istorja tal-buffu u l-istorja personali tiegħu stess. Għalkemm hu qatt ma qalha b’mod espliċitu, nara identifikazzjoni jew xebh bejn l-istorja tal-buffu u l-istorja personali tat-teologu Papa mill-Bavarja.

Bħall-buffu, Joseph Ratzinger ukoll kellu messaġġ importanti xi jwassal. Ma kienx qed jitkellem fuq il-qerda taċ-ċirku; kien qed jitkellem fuq il-qerda metaforika li d-dominanza tar-relattiviżmu ġabet fil-kultura Ewropea. Iżda bħall-buffu, Ratzinger baqa’ vuċi ħafna drabi mhix mifhuma. Fil-fatt, nistgħu ngħidu li din hi xi ħaġa kostanti fil-ħajja, fit-teoloġija u fil-papat ta’ Joseph Ratzinger.

Joseph u l-familja tiegħu ma kinux mifhuma meta fil-kuntest Nażista tal-Ġermanja huma wrew reżistenza passiva.

Joseph Ratzinger ma kienx mifhum bħala teologu, meta staqsa jekk ċerti riformi li wara l-Konċilju Vatikan II xi ħbieb tiegħu kienu qed jipproponu kinux għall-ġid tal-Knisja. Għal dan, Ratzinger ħallas prezz qares. Mhux biss kellu jħalli l-katedra prestiġjuża li kellu fl-Università ta’ Tübingen, imma kellu jissagrifika l-ħbiberija tiegħu ma’ diversi teologi sħabu.

Ratzinger ma kienx mifhum fiż-żmien li għamel Ruma bħala Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, fejn kellu r-reputazzjoni ta’ persuna riġida u inflessibbli – panzerkardinal.

Ratzinger ma kienx mifhum bħala Papa. Insemmi, bħala eżempju, id-diskors tiegħu li kien għamel fl-Università ta’ Ratisbona u l-insistenza tiegħu fuq il-kontinwità bejn ir-raġuni u l-fidi.

Ratzinger ma kienx mifhum anki wara li ħalla minn Papa; fejn il-figura u l-memorja tiegħu qed tiġi użata u ppolitiċizzata biex jinħoloq antagoniżmu bejn il-Papa Benedittu u l-Papa Franġisku.

Ftit eżempji, dawn, li juru kif l-inkomprensjoni hija fattur kostanti fil-ħajja u l-missjoni ta’ dan ir-raġel. Hawn naraw kif l-istorja tal-buffu u l-istorja ta’ Joseph Ratzinger huma paralleli u f’ħafna punti simili. Dan ma jfissirx li Ratzinger ma kienx konxju li l-istorja tiegħu kienet bħal dik tal-buffu ta’ Kierkegaard, jew li xtaq ikun bħal buffu li ma jifhmu ħadd.

Ratzinger kellu quddiemu għażla: jew jibqa’ jfittex il-verità u l-verità biss – u għalih il-verità ma kienet xejn ħlief Ġesù nnifsu – bir-riskju li dan iġib miegħu li ma jiġix mifhum mid-dinja kontemporanja; jew inkella, biex jieqaf jidher ta’ buffu, jagħmel kompromessi mal-verità, jieqaf ifittex dak li hu sew, ġust, tajjeb, u veru. Għal Ratzinger ir-risposta kienet ovvja: qatt ma kien lest jagħmel kompromessi mal-verità jew jieqaf ifittixha, tiswa x’tiswa! Ratzinger żgur li ma riedx ikun bħal buffu, imma xi kultant li jkun bħal buffu hu l-prezz li wieħed ikollu jħallas biex jgħix skont il-verità.

Joseph Ratzinger kien il-bniedem li fittex il-verità fuq kollox, imma kien ukoll il-bniedem umli li qatt ma ppretenda li kien jaf kollox, li kien sab il-verità kollha. Fil-fatt, ħajtu kollha hija tfittxija kontinwa tal-verità, xewqa kontinwa li jidħol fil-misteru ta’ Alla. U meta ma fehemx lil Alla, ma beżax jistaqsi, bħalma għamel meta żar il-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz: “Alla, għalfejn bqajt sieket? Għalfejn ippermettejt dan kollu?”. It-tfittxija ta’ Ratzinger għall-verità qatt ma kienet nieqsa mill-umiltà quddiem il-misteru dejjem ikbar ta’ Alla.

Fl-aħħar, għal Ratzinger, għalkemm kien teologu ta’ intellett brillanti, il-verità li kien qed ifittex qatt ma kienet xi verità astratta. Blaise Pascal kien jagħmel differenza bejn Alla tal-filosfi u Alla ta’ Abraham, Iżakk u Ġakobb. L-istess Ratzinger. Ma kienx qed ifittex il-kunċetti tal-filosfi, imma lil Alla ta’ Ġesù Kristu. Kienet l-imħabba ta’ dan Alla, il-laqgħa tiegħu ma’ Ġesù li saqet il-ħajja kollha tiegħu. Fil-fatt, kif qal ħafna drabi, “li tkun Nisrani mhux ir-riżultat ta’ għażla etika, jew xi idea, imma l-laqgħa ma’ persuna li tagħti lill-ħajja orizzont ġdid u direzzjoni deċiżiva” (Ittra enċiklika Deus caritas est, 1). Din il-persuna hija Ġesù Kristu.

Illum qed niċċelebraw l-Epifanija: il-Maġi li ħallew kollox biex imorru jfittxu t-tarbija. T.S. Eliot fil-poeżija tiegħu The Journey of the Magi jgħid: “This was all folly – dan kien kollu ġenn. Huwa ġenn li tħalli kollox biex tmur tfittex tarbija. Il-ġenn tal-Maġi jixbah lill-ġenn ta’ Ratzinger. It-tfittxija ta’ Ġesù Kristu, il-Verità inkarnata, l-Istilla ta’ ħajtu, ġagħlitu jagħmel affarijiet tal-ġenn, u għalihom ħallas prezz għoli, anki dak li jidher bħal buffu mhux mifhum.

Joseph Ratzinger għandu jdaħħal lilna, il-Knisja f’Malta u Għawdex, fi kriżi. Għaliex aħna wkoll, aktar ma jgħaddi ż-żmien, qed insiru nixbhu lil dak il-buffu mhux mifhum. Naħseb li f’dan il-kuntest għandna għalfejn nistaqsu: Għalfejn qed nidhru bħal buffi? Forsi għaliex aħna stess battalna l-messaġġ ta’ Kristu? Jekk din hi r-raġuni, allura għandna għalfejn nirrevedu dak li ngħidu u l-mod ta’ kif ngħiduh u ngħixuh. Imma jista’ jkun hemm raġuni oħra. Aħna nidhru bħala buffi għaliex nippruvaw inkunu dixxipli awtentiċi tal-verità tal-Vanġelu, u fid-dinja dejjem kien hemm u dejjem ser jibqa’ jkun hemm ostilità għall-messaġġ tal-Vanġelu. Jekk din hi r-raġuni għalfejn aħna qed nidhru bħala buffi, allura ejjew inħarsu lejn il-figura tal-Papa Benedittu XVI u neħduh bħala mudell: hu li mal-verità qatt ma għamel kompromessi, ikun xi jkun il-prezz; hu li emmen li s-salvazzjoni, fl-aħħar mill-aħħar, tiġi mill-bluha – għax aħna dixxipli ta’ Ġesù msallab, il-buffu mdendel mal-għuda, “skandlu għal-Lhud u bluha għall-pagani” (1 Kor 1:23).

Din hi l-għażla li għamel Ratzinger… għażla mhix faċli, li tiswa prezz. Din hi l-għażla li aħna mistiedna nagħmlu bħala Knisja u bħala Nsara. U jekk xi darba nkunu f’mument ta’ qtigħ il-qalb, ejjew niftakru f’dak li qal Benedittu XVI fil-bidu tal-pontifikat tiegħu: “Tibżgħux minn Kristu! Hu ma jeħdilkom xejn, imma jagħtikom kollox… iftħu, iftħu beraħ qlubkom għal Kristu, u ssibu l-ħajja vera” (Omelija fl-inawgurazzjoni tal-pontifikat, 24.04.2005), kif irridu nittamaw li sabha l-Papa Benedittu.

************

The friendship between Benedict XVI and Pope St. John Paul II



Vade Retro - 15 febbraio 2013
Puntata del 15 febbraio 2013 Padre Gabriele Amorth, presidente emerito dell'Associazione Internazionale degli Esorcisti, è l'ospite della puntata di venerdì 15 febbraio di "Vade Retro", condotta dal giornalista David Murgia, su TV2000. La puntata speciale del programma d'informazione giornalistica avrà come titolo "Joseph Ratzinger e il Diavolo. Storia e controstoria di un pontificato all'insegna della battaglia contro il maligno".











.

No comments: