https://youtu.be/D4G_SbW5NI8 video published on 24 March 2022
... March 27th, 2020. In St. Peter's Square, completely empty because of the pandemic, the Pope prayed in the midst of an awe-stricken silence. Two years later, his words, unfortunately, take on a new meaning. We were not “shaken awake by wars or injustice across the world.” We are now going through another disaster, the terrible war raging in Ukraine. Another storm that stirs up our sea and makes us repeat, with Francis: “Now that we are in a stormy sea, we implore you: ‘Wake up, Lord’!”
Let us pray together with the Pope for peace.Pope thanks Our Lady for Apostolic Journey to Malta
L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jirringrazzjaw minn qalbhom lill‑poplu Malti u Għawdxi għall‑merħba mimlija ferħ, għożża u fidi li taw lill‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku f’din “l‑art imdawla”, kif għoġbu jsejjaħ lil pajjiżna.
L‑Arċisqof ta’ Malta Charles Jude Scicluna, l‑Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qalu li dawn kienu jumejn li nisslu f’qalbna ferħ u paċi, u li saħħew fina l‑fiduċja li bħala pajjiż nistgħu nagħtu kontribut biex jilma l‑wiċċ sabiħ tal‑bniedem.
L‑Isqfijiet għandhom fiduċja qawwija li din iż‑żjara tas‑suċċessur ta’ San Pietru f’pajjiżna ser issaħħaħ l‑enerġiji tagħna sabiex “inroddu lura s‑sbuħija tal‑wiċċ tal‑bniedem”, inpoġġu l‑persuni dgħajfa fiċ‑ċentru tal‑għażliet tagħna, u li bħala Nsara nsibu l‑ferħ tagħna fl‑impenn biex inwasslu l‑Aħbar it‑Tajba.
Apprezzament partikolari lill‑mijiet ta’ persuni li taw ħinhom, l‑enerġija u l‑professjonalità tagħhom sabiex din iż‑żjara setgħet isseħħ: il‑Kumitat Organizzattiv tal‑Knisja u l‑Kumitat Organizzattiv tal‑Istat, il‑Forzi tal‑Ordni u l‑Korpi Dixxiplinati, l‑awtoritajiet tas‑saħħa, il‑Kulleġġ tal‑Kappillani u l‑parroċċi, il‑voluntiera, l‑impjegati tal‑Kurja u entitajiet oħra tal-Knisja, il‑media lokali u l‑mezzi kollha tax‑xandir li kienu ta’ servizz lil min segwa mid‑dar, u kif ukoll lil kull min ta l‑kontribut tiegħu.
Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar il-vjaġġ Appostoliku li għamel f'Malta 2-3 ta' April 2022 (L-Erbgħa, 6 ta' April, 2022)
Pope Francis’ prayer to Our Lady of Mellieħa
It-talba tal-Papa Franġisku lill-Madonna tal-Mellieħa
Madonna fis-Santwarju Nazzjonali tal-Mellieha
Omm Alla meqjuma għal sekli sħaħ
f'dan il-post qaddis.
Ġenerazzjonijiet ta' Maltin resqu lejk u
talbuk;
hawn sabu s-serħan, il-faraġ u
l-ħarsien.
Verġni Omm,
kun għalina Omm it-Tenerezza
li tilqa' lil kulħadd bħala wlied
il-Missier
u twassalhom għat-tgħannieqa tal-Ħniena
mill-aktar ħelwa.
Verġni Omm,
kun għalina Omm il-Viċinanza
li tersaq biex tiltaqa' ma' kull persuna
li qed tbati u togħtor,
u twassalha għall-fejqan tal-ġisem u
tar-ruħ.
Verġni Omm,
kun għalina Omm il-Ħniena
li tiftħilna l-Qalb ħelwa u umli ta'
Ibnek Ġesu'
u tgħallimna li l-vera mħabba tagħmel
minna ulied tal-Aktar Għoli.
Omm Verġni tal-Mellieħa, itlob għalina.
Ammen.
No comments:
Post a Comment