O SPIRTU S-SANTU --- Sorijiet Orsolini (Ursuline Sisters)
O Spirtu s-Santu, Għajn ta’ paċi u dawl O Spirtu s-Santu, Għajn ta’ paċi u dawl X2 Jien bil-ġuħ, ejja u itmagħni. Jien bil-għatx, ejja u sqini Jien għamja, ejja u dawwalni. Jien fqira, ejja biex tgħanini Ejja konsolazzjoni tiegħi. Ejja, ejja O ferħ tiegħi Ejja paċi u għerf tiegħi. Ejja forza u dawl tiegħi Spirtu s-Santu, jien nerħi ruħi f’idejK Spirtu s-Santu spirani. Imħabba t’Alla kkunsmani. Mexxini Int fit-triq tas-sewwa. Mill-periklu ejj’eħlisni. Begħdni minn kull illużjoni. Minn kull ħażen Int eħlisni. Marija Ommi ħarisni. Flimkien ma’ Ġesù berikni, Spirtu s-Santu, jien nerħi ruħi f’idejk !
.
,
No comments:
Post a Comment