Lk 11:37-41 -- Woes on the Pharisees, - Ġesù jikkundanna lill-Fariżej u lill-għorrief tal-Liġi
Ġesù jikkundanna lill-Fariżej u lill-għorrief tal-Liġi
(Mt 23, 1-36; Mk 12, 38-40; Lq 20, 45-47)
[Lq:11:37] Huwa u jitkellem, wieħed Fariżew stiednu għandu għall-ikel. Daħal għandu u qagħad bilqiegħda. [Lq:11:38] Imma l-Fariżew stagħġeb meta ra li qabel xejn ma nħasilx skond ir-riti ta' qabel l-ikel. [Lq:11:39] U l-Mulej qallu: "U issa intom il-Fariżej! Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, iżda minn ġewwa intom mimlija bis-serq u l-ħażen. [Lq:11:40] Kemm intom bla moħħ! Min għamel in-naħa ta' barra, ma għamilx ukoll in-naħa ta' ġewwa? [Lq:11:41] Mela agħtu karità minn dak li hemm ġewwa, u taraw kif kollox ikunilkom nadif.
Pope's Mass: Say no to 'cosmetic spirituality'
God's presence is evident to everybody all of the time Referenced Readings:
Romans 1:16-25
Psalm 18 (19), 2-3.4-5
Luke 11:37-41
.
.