Il-Kurunella lill-Madonna tad-Duluri
Qalb imnikkta
ta’ Marija
F’riġlejk aħna mixħutinQalbna niedma u sogħbiena
Għaliex aħna midinbin
Ave.
Omm tal-ħniena kemm duluri
Int ġarrabt m’Ibnek ĠesὺMinn twelidu sal-mewt tiegħu,
Għaliex b’Ommu riedek Hu !
Ave.
Omm sabiħa, kollok safja
Int għoġobt ‘l Alla ħaninMinn ħtijietna nitolbuk
Eħles lilna mnikktin
Ave.
Bi dnubietna aħna regħexna
Lil Ġesù Teżor ta’ Qalbek;Fis ħbieb miegħu int erġa’ agħmilna
Dana tista’ tagħmlu b’talbek.
Ave.
Biex jifdina minn dnubietna
Ġesù miet fl-akbar ħruxija,U għax miegħu int ridt tissieħeb
Bid-Dulur qalbek mimlija.
Ave.
Tad-dnub tagħna aqlgħalna ndiema
Minn kull ħażen int eħlisna,Għax irridu tul ħajjitna
li d-Demm t’ibnek iqaddisna.
Ave.
Bit-tgħakkis u bl-opri tajba
Nipproponu li nfarrġukid-dmugħ tiegħek nixxuttawlek
Biex għal dejjem ġieħ nagħtuk
Ave.
--------------------------------
NITOLBU
O Alla, li fil-Passjoni tiegħek, kif kien ħabbar Xmun
il-Profeta, is-sejf tad-Duluri nifed il-Qalb l-iżjed
ħelwa tal-glorjuża Verġni
Marija Ommok; agħmel
nitolbuk, li aħna, li qegħdin inqimu n-niket tagħha,
ikollna sehem mill-frott hieni tal-Passjoni tiegħek.
Int li tgħix u ssaltan
għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
.