blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Jn 2:1-11 -- Jesus Changes Water Into Wine - It-tieġ f'Kana -- 2nd Sunda...

Sunday, January 20, 2013

Jn 2:1-11 -- Jesus Changes Water Into Wine - It-tieġ f'Kana -- 2nd Sunda...


http://www.youtube.com/watch?v=mWrPLV_ZX0U
2. It-tieġ f'Kana
[Ġw:2:1] Mbagħad fit-tielet jum sar tieġ f'Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. [Ġw:2:2] Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu. [Ġw:2:3] Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: "Ma għandhomx inbid." [Ġw:2:4] U Ġesù qalilha: "X'hemm bejni u bejnek, mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx." [Ġw:2:5] Omm Ġesù qalet lill-qaddejja: "Agħmlu kull ma jgħidilkom hu." [Ġw:2:6] Issa kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, mqiegħda hemm għar-rit tal-purifikazzjoni tal-Lhud, kull waħda minnhom tasa' xi mitt jew mija u għoxrin litru. [Ġw:2:7] Ġesù qal lill-qaddejja: "Imlew il-ġarar bl-ilma." U dawk imlewhom sax-xifer. [Ġw:2:8] Mbagħad qalilhom: "Issa ħudu minnu u newwluh lil dak li qiegħed jieħu ħsieb il-mejda." U huma marru jagħtuhulu. [Ġw:2:9] Hu daq l-ilma mibdul fi nbid; u billi ma kienx jaf mnejn ġie, għalkemm il-qaddejja li ħadu mill-ilma kienu jafu, sejjaħ lill-għarus [Ġw:2:10] u qallu: "Kulħadd l-inbid it-tajjeb iservi l-ewwel; meta mbagħad ikun ħadhom iġibu dak li jkun inqas tajjeb. Imma int l-inbid it-tajjeb erfajtu sa issa." [Ġw:2:11] Dan li għamel Ġesù f'Kana  tal-Galilija kien l-ewwel wieħed fost is-sinjali tiegħu. Bih wera l-glorja tiegħu u d-dixxipli tiegħu emmnu fih.