blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: August 2012

Wednesday, August 29, 2012

AUGUST 29 - The Martyrdom of John the Baptist - Il-Martirju ta' Ġwanni l-Battista - 29 t'Awissu


Original painting displayed in the Oratory in St John's Co-Cathedral in Valletta, Malta, by Michelangelo Merisi, known as Caravaggio, his birth place
 - The beheading of John the Baptist -


Proper Gospel --- Mark 6:17-29 -- 29th August - The Martyrdom of John the Baptist - Il-Martirju ta' Ġwanni l-Battista......

Evanġelju
Mk 6, 17-29

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien: [Mk:6:17] Erodi bagħat jarresta ’l Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba f’Erodja, mart ħuħ Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. [Mk:6:18] Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: "Ma tistax iżżommha int il-mara ta' ħuk."


[Mk:6:19] Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista', [Mk:6:20] għax Erodi, li kien jaf x'raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża' minnu; u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa' mħasseb ħafna wara li jisimgħu. [Mk:6:21] Mela wasal jum tajjeb, meta Erodi għalaq sninu u għamel ikla lill-kbarat tiegħu, lill-fizzjali l-għolja u lill-aqwa nies tal-Galilija. [Mk:6:22] Bint Erodja daħlet tiżfen, u għoġbot lil Erodi u lill-mistednin tiegħu. Is-sultan qal lit-tfajla: "Itlobni kull ma trid, u jien nagħtik kull ma titlobni."
 
[Mk:6:23] U qalilha u ħalfilha: "Titlobni x'titlobni kollox nagħtik, mqar nofs is-saltna tiegħi." [Mk:6:24] Dik ħarġet u marret tistaqsi lil ommha: "Tgħid x'nitolbu?" "Ras Ġwanni l-Battista," weġbitha dik. [Mk:6:25] Malajr reġgħet daħlet tgħaġġel quddiem is-sultan, talbitu u qaltlu: "Irridek issa stess tagħtini ras Ġwanni l-Battista fuq platt." [Mk:6:26] Tnikket għall-aħħar is-sultan, iżda minħabba l-ġurament u l-mistednin ma riedx jarġa' lura mill-kelma li taha.

[Mk:6:27] Malajr is-sultan bagħat suldat minn ta' madwaru u ordnalu li jġiblu rasu. Dak mar u qatagħlu rasu fil-ħabs; [Mk:6:28] mbagħad ġiebha fuq platt u taha lit-tfajla, u t-tfajla marret tatha lil ommha. [Mk:6:29] Meta d-dixxipli tiegħu semgħu b'dan, ħadu l-ġisem tiegħu u difnuh ġo qabar.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.


.



Homily: St John, Precursor to Baptized Christians











.

Monday, August 27, 2012

August 27 - St. Monica - Patron of wives; A model of perseverance in prayer --- Conversion By A Mother's Tears --- The Power of Prayer...



St. Monica was married by arrangement to a pagan official in North Africa, who was much older than she, and although generous, was also violent tempered. His mother Lived with them and was equally difficult, which proved a constant challenge to St. Monica. She had three children; Augustine, Navigius, and Perpetua. Through her patience and prayers, she was able to convert her husband and his mother to the Catholic faith in 370. He died a year later. Perpetua and Navigius entered the religious Life. St. Augustine was much more difficult, as she had to pray for him for 17 years, begging the prayers of priests who, for a while, tried to avoid her because of her persistence at this seemingly hopeless endeavor. One priest did console her by saying, "it is not possible that the son of so many tears should perish." This thought, coupled with a vision that she had received strengthened her. St. Augustine was baptized by St. Ambrose in 387. St. Monica died later that same year, on the way back to Africa from Rome in the Italian town of Ostia.
http://www.catholic.org/saints/saint.php?saint_id=1


St Monica and her son St Augustine




27 ta' Awwissu
Tifkira ta' SANTA MONIKA
Armla: 332 – 387

*Nitlobu għall-ommijiet kollha li jitolbu biex uliedhom jiltaqgħu mal-Mulej.

Santa Monika twieldet fi ħdan familja nisranija sinjura fis-sena 332, f’Tagaste, illum Souk-Arras, fl-Afrika ta’ Fuq. Meta kellha madwar sittax-il sena, kif kienet id-drawwa ta’ dawk iż-żminijiet, tgħammdet u għamlet l-Ewwel Tqarbina. Xi erba’ snin wara żżewwġet lil wieħed żagħżugħ pagan jismu Patrizju, u kellha tlitt itfal, żewġ subien u tifla.

Monika sofriet ħafna minn żewġha minħabba n-natural qalil li kellu u wkoll minħabba n-nuqqas ta’ fedelta’ lejha. Hi ma nfexxitx fil-ġlied u fit-tgħajjir, imma fittxet li tgħix sewwa u tkun twajba, ħelwa u paċenzjuża miegħu.

Anke omm żewġha kienet ta’ l-istess natural ta’ binha, u Santa Monika sofriet ħafna minnha wkoll.

Wara tmintax-il sena f’din il-ħajja ta’ żwieġ, Monika rat lil żewġha jinbidelu jaqbad ħajja tajba u saħansitra sar nisrani. Wara sena miet, fis-sena 370.

Għall-aħħar ta’ l-istess sena, binha l-kbir Wistin meta kellu sittax-il sena mar jistudja f’Kartaġni li dak iż-żmien kienet il-belt ewlenija ta’ l-Afrika. Hemm iltaqa’ ma’ mara u għex magħha bla ma żżewwiġha sas-sena 385, u kellhom tifel, Adeodatu. Sadanittant kien ħaddan l-ereżijata l-Manikej. Minn Kartaġni mar Ruma u wara Milan.

F’Milan kellha x-xorti tara l-konverżjoni ta’ binha u għenitu jipprepara ruħugħall-magħmudija minn idejn l-Isqof San Ambroġ fl-Għid tas-sena 387.arret Milan.

F’Milan kellha x-xorti tara l-konverżjoni ta’ binha u għenitu jipprepara ruħu għall-magħmudija minn idejn l-Isqof San Ambroġ fl-Għid tas-sena 387.

Ftit wara l-magħmudija, Santa Monika flimkien ma binha telqu minn Milan biex imorru lura lejn l-Afrika. Meta kien f’Ostia jistennew il-bastiment biex jimbarkaw fuqu għal Kartaġni, Monika mardet u fi żmien disat ijiem mietet meta kellha 54 sena. Difnuha f’Ostia, iżda fl-1430 il-Papa Martin V ġab ir-relikwi tagħha Ruma fejn illum jinsabu fil-Knisja ta’ San Wistin.

Ħsieb

”Min jistenna jithenna!” Imma rridu nistennew kif stenniet Santa Monika – bis-sabar, bil-kuraġġ, bil-għaqal u bit-talb. Hi rnexxielha tara l-konverżjoni ta’ żewġha, tal-kunjata u ta’ binha.
(Laikos)





27 ta' Awwissu - Tifkira ta' Santa Monika, omm Santu Wistin
 Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof - 27 ta' Awwissu
(2020 - Holy Mass transmitted in Maltese during the Pandemic of the corona virus)











Proper Gospel for the Feast of St Monica
Lk 7:11-17 -- Jesus Raises a Widow's Son - Ġesù jqajjem lil bin l-armla ta' Najn mill-mewt


- AUGUST 27 - PROPER GOSPEL FOR THE FEAST OF ST MONICA
- TUESDAY GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME
- NOVEMBER 2 - one of the alternative Gospels on Commemoration of All the Faithful Departed (All Souls)
- IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 10 IN ORDINARY TIME


Evanġelju
Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum!
Lq 7, 11-17


Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, [Lq:7:11] Ġesù mar f'belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta' nies. [Lq:7:12] Kif wasal qrib il-bieb  tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta' nies mill-belt. [Lq:7:13] Kif raha l-Mulej tħassarha."Tibkix" qalilha. [Lq:7:14] Resaq, u mess it-tebut. Dawk li kienu qegħdin jerfgħuh waqfu. U hu qal: "Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum!" [Lq:7:15] U l-mejjet qam bilqiegħda u beda jitkellem. U Ġesù tah lil ommu.

[Lq:7:16] In-nies kollha tkexkxu bil-biża', u bdew jagħtu glorja lil Alla u jgħidu: "Profeta kbir qam fostna" u,"Alla żar il-poplu tiegħu." [Lq:7:17] U dan il-kliem li qalu xtered mal-Lhudija u dawk l-inħawi kollha.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu





August 27 - Homily: St Monica, Conversion By a Mother's Tears

















.

Mt 23:13-22 -- Seven Woes on the Teachers of the Law and the Pharisees -...

.
[Mt:23:13] "Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra! Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bnedmin, u la intom ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol!
[Mt:23:15] "Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra! Intom taqsmu l-ibħra u dduru d-dinja kollha biex iddawwru bniedem għar-reliġjon tagħkom, u meta tiġbduh għal magħkom tagħmluh bniedem ħaqqu l-infern darbtejn aktar minnkom!
[Mt:23:16] "Ħażin għalikom, mexxejja għomja! Intom tgħidu, 'Jekk wieħed jaħlef bis-santwarju, il-ħalfa ma tgħoddx; imma jekk jaħlef bid-deheb tas-santwarju, ikollu jrodd. [Mt:23:17] Boloh u għomja! X'inhu l-aqwa?  Id-deheb, jew is-santwarju li jqaddes id-deheb? [Mt:23:18] Tgħidu wkoll, 'Jekk wieħed jaħlef bl-altar, il-ħalfa ma tgħoddx; imma jekk jaħlef bl-offerta ta' fuq l-altar, ikollu jrodd.' [Mt:23:19] Ja għomja! X'inhu  l-aqwa? L-offerta, jew l-altar li jqaddes l-offerta? [Mt:23:20] Mela min jaħlef bl-altar ikun jaħlef kemm bl-altar u kemm b'li jkun hemm fuqu; [Mt:23:21] u min jaħlef bis-santwarju jkun jaħlef kemm  bis-santwarju u kemm b'min jgħammar fih; [Mt:23:22] u min jaħlef fuq  is-sema jkun jaħlef kemm bit-tron ta' Alla u kemm b'dak li hemm fuqu.





.

Saturday, August 25, 2012

Aug 22 - Homily: Four Traits of the Immaculate Heart ---Purity, Humility, Burning with Love, and Pierced by a Sword.

.
http://www.youtube.com/watch?v=UmcHbrKs8JA
Fr. Johannes elaborates the four main traits of the Immaculate Heart of Mary - Purity, Humility, Burning with Love, and Pierced by a Sword.
Ave Maria!
Mass: Immaculate Heart of Mary - 2nd Cl - Form: EF, Adeamus Cum Fiducia
Readings:
1st: sir 24:23-31
Gsp: joh 19:25-27
To Download Audio go to http://airmaria.com?p=30055





.

Mt 23:1-12 -- A Warning Against Hypocrisy - min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla.



[Mt:23:1] Mbagħad Ġesù kellem lin-nies u lid- dixxipli tiegħu, u qalilhom: [Mt:23:2] "Fuq il-katedra ta' Mosè qagħdu l-kittieba u Fariżej. [Mt:23:3] Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. [Mt:23:4] Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b'sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom. [Mt:23:5] Kull ma jagħmlu, jagħmluh għal għajnejn in-nies; għalhekk ikabbru l-filatterji u jtawwlu l-ġmiemen tagħhom. [Mt:23:6] Iħobbu l-postijiet ewlenin fl-imwejjed, u s-siġġijiet ta' quddiem fis-sinagogi, [Mt:23:7] u jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez u li n-nies isejjħulhom Rabbi. [Mt:23:8] Imma intom tħallux min isejjħilkom Rabbi, għax l-Imgħallem tagħkom wieħed hu, u intom ilkoll aħwa. [Mt:23:9] U ssejjħu lil ħadd missierkom fuq din l-art, għax il-Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fis-smewwiet. [Mt:23:10] Hekk ukoll tħallux min isejjħilkom mexxejja, għax il-mexxej tagħkom wieħed hu, il-Messija. [Mt:23:11]  Il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom; [Mt:23:12] min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla.

Thursday, August 23, 2012

Mt 22:1-14 - The Parable of the Wedding Banquet - Il-parabbola tal-festa tat-tieġ --- Homily: God's Wedding Feast


Mt 22:1-14 - The Parable of the Wedding Banquet - Il-parabbola tal-festa tat-tieġ

- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 20 IN ORDINARY TIME
- IN YEAR A, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 28 IN ORDINARY TIME


Evanġelju
Sejħu għall-festa lil kull min issibu.
Mt 22, 1-14


Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F'dak iż-żmien, [Mt:22:1] Ġesù raġa' qabad ikellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-fariżej bil-parabboli u qalilhom: [Mt:22:2] "Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta' ibnu. [Mt:22:3] U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu.

[Mt:22:4] U reġa' bagħat qaddejja oħra, u qalilhom, 'Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa.' [Mt:22:5] Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, [Mt:22:6] u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom. [Mt:22:7] Is-sultan inkorla ħafna, u bagħat is-suldati tiegħu, qered lil dawk il-qattiela, u ħarqilhom il-belt tagħhom.

[Mt:22:8] Imbagħad qal lill-qaddejja tiegħu, 'Il-festa mħejjija, imma lil dawk ma kienx ta' min jistedinhom għaliha. [Mt:22:9] Mela morru f'salib it-toroq u sejjħu għall-festa lil kull min issibu.' [Mt:22:10] Dawk il-qaddejja ħarġu fit-triqat u ġabru lil kull min sabu, ħżiena u tajba, u  s-sala mtliet bin-nies għall-mejda.

[Mt:22:11] Mela jidħol is-sultan ħalli jara min kien hemm fuq il-mejda, u hemmhekk lemaħ wieħed li ma kienx liebes għall-festa tat-tieġ; [Mt:22:12] u qallu, 'Ħabib, dan kif dħalt hawn m'intix liebes għall-festa?' Dak tbikkem. [Mt:22:13] Imbagħad is-sultan qal lil dawk li kienu qegħdin iservu, 'Orbtulu riġlejh u idejh u waddbuh 'il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien!'

[Mt:22:14] Għax ħafna huma l-imsejjħin, imma ftit il-magħżulin!"



Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


.




Homily - Fr. Ignatius explains the parable of the wedding feast, God's plan to build His church, and the marriage of Christ to His church.
Readings: Thursday in the 20th Week in Ordinary Time
1st: eze 36:23-28 (Year II)
Resp: psa 51:12-13, 14-15, 18-19 (Year II)
Gsp: mat 22:1-14

====================
====================
====================


HE DIDN'T HAVE ANYTHING TO SAY.
SUNDAY, 15 Oct 2023 - Homily of Fr. Michael O'Connor from Mass on October 15, 2023 at Our Lady of the Gulf Catholic Church in Bay St. Louis, MS

Referenced Readings:
Is 25:6-10a
Phil 4:12-14, 19-20
Mt 22:1-14










.
.

Monday, August 20, 2012

Mt 19:16-22 -- The Rich and the Kingdom of God - Iż-żgħażugħ għani


Iż-żgħażugħ għani
(Mk 10, 17-31 ; Lq 18,18-30)
[Mt:19:16] Resaq wieħed fuqu u qallu: "Mgħallem, x'għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta' dejjem?" [Mt:19:17] U Ġesù qallu: "Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti." [Mt:19:18] "Liema?" staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: "La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, [Mt:19:19] weġġaħ lil missierek u 'l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek." [Mt:19:20] Qallu ż-żagħżugħ: "Jiena dan kollu ħaristu; x'jonqosni iżjed?" [Mt:19:21] Wieġbu Ġesù: "Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema ; mbagħad ejja u imxi warajja." [Mt:19:22] Iż-żagħżugħ kif sama' dan, telaq b'qalbu sewda, għax kien għani ħafna.

Tuesday, August 14, 2012

AUGUST 14 - St. Maximilian Mary Kolbe, Apostle of Mary - Gospel-- John 15:12-17 - Homily --- San Massimilian Marija Kolbe, Presbiteru u Martri (1894-1941) --- Militia of the Immaculata


or




St. Maximilian Mary Kolbe, Priest, Martyr at Auschwitz







St. Maximilian's Secret: Mary Revealed Each Next Right Step - Aug 14 - Homily - Fr Matthias




==========================================================



Rajmond, kif kien jismu l-qaddis qabel daħal reliġjuż, twieled Zdunska Wola fil-Polonja fl-1894.  Meta kien għadu żagħżugħ daħal mal-Franġiskani Konventwali u ħa l-isem ta’ Fra Massimiljan Marija.  Temm l-istudji tal-filosofija u t-teoloíija f’Ruma, fejn waqqaf il-Milizzja ta’ Marija Immakulata meta kien għadu student fil-kulleġġ internazzjonali ta’ l-Ordni f’Ruma.  Malli ordna saċerdot reġa’ lejn il-Polonja fejn intefa’ b’ħeġġa li ma bħalha fil-ħidma pastorali. Ħajtu tingħel għaliha għall-imħabba ħerqana li kellu lejn l-Immakulata u għall-appostolat Marjan.  Meta mar fil-missjoni tal-Ġappun, San Massimiljan  ħaddem kemm felaħ il-kelma u l-istampa għat-tixrid tal-Fidi Nisranija.  Meta mbagħad reġa’ lejn il-Polonja, huwa kompla l-ħidma Marjana fi Niepokalanow, il-Belt ta’ l-Immakulata, li waqqafha hu stess.  Fi zmien it-tieni gwerra dinjija kien arrestat u meħud fil-kamp ta’ Oswiecim (= Auschwitz).  Hemm, b’għemil għoli ta’ mhabba, offra ħajtu bi bdil ma’ dik ta’ wieħed mill-priġunieri sħabu, missier ta’ familja.  San Massimiljan temm ħajtu fil-bunker tal-mewt lejlet l-Assunta, fl-14 ta’ Awwissu 1941.  Fl-1971 il-Papa Pawlu VI kiteb lil Kolbe mal-Beati, filwaqt li fl-10 ta’ Ottubru 1982 il-Papa  Ġann-Pawl II kitbu mal-qaddisin martri, għad li bħala beatu kien meqjus b’konfessur, u għazlu bħala “patrun ta’ dażmenijiet imqallba.”  San Massimiljan huwa l-ewwel vittma ta’ l-aħħar gwerra li ngħatat il-ġieħ ta’ l-altari u ngħarfet bħala Martri ta’ l-Imħabba mill-Knisja Universali.
http://www.sanfrangisk.com/ - Qaddisin



************

OMELIJA mill-Isqof J. Galea Curmi 
- L-Evanġelju Ġw 15:12-17. San Massimiljanu Marija Kolbe OFM Conv.  (14 ta' Awwissu, 2020)



 ************


Fr. Lucian Krolikowski lived with St. Maximilian at Niepokalanów for 3 years. 
I lived With St. Maximilian Kolbe






Saint Maximilian Maria Kolbe OFM Conv. was a Polish Conventual Franciscan friar who volunteered to die in place of a stranger in the German death camp of Auschwitz, located in German-occupied Poland during World War II

The Story Of Saint Maximilian








TO JESUS THROUGH MARY IN THE SPIRIT OF ST. MAXIMILIAN KOLBE


                                                       
https://militiaoftheimmaculata.com/
                                                       




Militia of the Immaculata



OFFICIAL NAMEMILITIA OF THE IMMACULATA
ACRONYMM.I. (Militia Immaculatae)
ESTABLISHED1917
HISTORYM.I. was founded in Rome at the International College of the Conventual Franciscans - which at that time was the "St Bonaventure" Pontifical Theological Faculty -, by Father Maximilian Kolbe (1894-1941), a Conventual Franciscan and martyr of charity at Auschwitz who was beatified by Paul VI and canonised by John Paul II. Erected as a Pious Union on 2 January 1922 by the Vicariate of Rome through Cardinal Basilio Pompilj, M.I. was given special attention and care by the Popes in the course of its history. In a Brief issued on 18 December 1926, Pius XI granted it indulgences and privileges, and on 23 April 1927 it was elevated to the rank of a Primary Pious Union with the brief Die XVIII mensis Decembris. Under the altius moderamen of the Minister General of the Order of the Conventual Franciscan Friars Minor, and consistent with the Magisterium of the Church, the association grew and spread to different countries. On 16 October 1997 the Pontifical Council for the Laity decreed the Milizia dell’Immacolata to be an international association of the  faithful of Pontifical Right.
IDENTITYFather Kolbe presented M.I. as a "global vision of Catholic life in a new form, consisting of the link with our Lady of the Immaculate Conception, universal mediatrix with Jesus". The association sets out to promote the expansion of the Kingdom of God throughout the world through the work of our Lady of the Immaculate Conception, stimulating all to place themselves at her service in her mission as Mother of the Church. The focus of the spirituality and formation in M.I. is the consecration to Mary, which Father Kolbe intended as "transformation into her": a style of Christian life which achieves the extreme consequences of love. There are three key ideas: Mary Immaculate, love, and the mission, to provide formation which commits Christians to grow in an existential dimension  (the primacy of the vocation to holiness), an ecclesial dimension (love for the Church and bearing witness to the Catholic faith), a missionary vocation (Christian formation of consciences and the new evangelisation), and a cultural dimension (promoting life by serving people in the Franciscan manner of fraternity, joy, simplicity and hospitality). The specific areas of unity of M.I. are catechesis, town and city missions, religious instruction courses, updating, Marian culture, publishing, radio broadcasting and Informatics.
ORGANISATIONBy its nature, M.I. is a unitary association. The organisation comprises the Young Knights, the Youth Movement, and Adults. It is structured into three levels: M.I./1 is the movement, with no strict organisational structure where the members mostly act individually and spontaneously, according to the Founder’s original Project; M.I./2 is the movement broken down into groups, whose members work according to the official programmes of the movement; M.I./3 is the movement at its highest level, at which the Knights choose to fully and unconditionally give themselves to Mary Immaculate, devoted solely to her cause: in the missionary apostolate, in parish service, alone or in active or contemplative life communities, using all legitimate means. This rank is specific to the City of the Immaculate, the Executive Centres, and the Institutes inspired by Fr Kolbe. A significant presence of the association are those who suffer from sickness, poverty, marginalisation and disabilities. They form the M.I. under the Cross. So much suffering, offered as a gesture of consecration to Mary Immaculate enables the whole association to participate in the mystery of Christ’s redemption and renews the missionary effort. Although legally autonomous, at the pastoral level, all the institutes (secular and religious) inspired by Kolbe share the same aims and apostolic commitment: the Franciscan Sisters of the M.I., the Sisters Minor of Mary Immaculata, the Franciscan Sisters of the Militia of the Immaculata, the Franciscan Brothers of the Immaculata, the Missionaries-M.I., the Missionary Sister Crusaders of the Immaculata, the Kolbe Missionary Sisters of the Immaculata, the Kolbe  Teaching Missionaries.
MEMBERSHIPM.I. has over 3 million members in 48 countries as follows: Africa (7), Asia (5), Europe (25), North America (3), Oceania (1), and South America (7).
WORKSM.I. does not have any institutionalised works of its own. When necessary it provides voluntary services to meet specific environmental and social needs. For example, the social recovery of alcoholics and drug-addicts, and assisting AIDS sufferers, providing medical and nursing care in poor districts, humanitarian care for young needy mothers, literacy courses for adults, after-school activities, and parish catechesis. It systematically conducts evangelisation through the Rede Mariana de Rádio e Televisao at Santo André (São Paulo, Brazil), the printing shop and publishing centre Jardim da Imaculada at Cidade Ocidental (Brazil), the Marytown training and dissemination centre at Libertyville, Illinois (USA).
PUBLICATIONSMiles Immaculatae, a six monthly magazine of Marian culture and Kolbian formation. Founded by St Maximilian Kolbe, specifically for priests and pastoral workers, it is now the official organ of the International Centre. There are over 30 periodicals being published to support the apostolate of M.I. in different countries, the majority of which bear the name "Knight of the Immaculata", as an act of homage to the first one founded by Fr Kolbe in Poland (Rycerz  Niepokalanej) and subsequently in Japan (Seibo no Kishi).
WEB SITEhttp://www.mi-international.org
HEADQUARTERSCentro Internazionale Milizia dell’Immacolata
Via San Teodoro, 42/44 - 00186 Roma - Italy
Tel. [+39]066793828 - Fax 0669941017
Email: MIinternational@ofmconv.org
LOGO



Milizzja tal-Immakulata


Att ta' Konsagrazzjoni lil Vergni Marija Immakulata
Verġni bla tebgħa, Omm tiegħi Marija,
jiena nġeddidlek illum u għal dejjem
il-konsagrazzjoni tiegħi nnifsi
sabiex inti tiddisponi minni għal ġid ta' l-erwieħ.
Biss nitolbok, Sultana tiegħi u Omm il-Knisja,
li jien naħdem bil-fedeltà miegħek,
għall-miġja mixtieqa tas-Saltna
ta' Ġesù Kristu fid-dinja.
Noffrilek, għalhekk, O Qalb bla tebgħa ta' Marija,
it-talb, l-għemil u s-sagrifiċċji ta' dan il-jum...

(żid l-intenzjoni tax-xahar - skont is-sena)

O Marija,
imnissla minghajr dnub,
itlob għalina, li niġu għandek
u għal dawk li għandek ma jiġux,
l-aktar għall-għedewwa tal-Knisja Mqaddsa
u għal dawk li huma fdati lilek.




============



Satan's Ultimate Destruction
video from Fr Paul Nicholson 

click on white arrow in the centre for video to start
St. Maximilian Maria Kolbe, OFM CONV - The Founder

While still a student friar, not yet a priest, St. Maximilian Maria Kolbe, OFM CONV., founded the MI on October 16, 1917 in Rome, Italy. The MI today continues to follow the original charter he gave to it then.

The Original Charter of the Militia of the Immaculate

"She shall crush your head" (Gn 3:15). "You alone (Mary) have crushed all heresies in
the whole world" (former Office of the BVM).

"Modern times are dominated by Satan and will be more so in the future. The conflict with hell cannot be engaged by men, even the most clever. The lmmaculata alone has from God the promise of victory over Satan. However, assumed into heaven, the
Mother of God now requires our cooperation. She seeks souls who will consecrate themselves entirely to her, who will become in her hands effective instruments for the defeat of Satan and the spreading of God's kingdom upon earth."


O Mary,
conceived without sin,
pray for us who have recourse to thee
and for all who do not have recourse to you,
especially the enemies of the Church
and those recommended to you.













Jn 15:12-17 -- "New Commandment, love each other"- "Kmandament ġdid, ħobbu lil xulxin"


Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Ġw:15:12] "Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. [Ġw:15:13] Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. [Ġw:15:14] Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. [Ġw:15:15] Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x'jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom. [Ġw:15:16] Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru tagħmlu l-frott u l-frott tagħkom jibqa', ħalli kulma titolbu lill-Missier f'ismi, huwa jagħtihulkom. [Ġw:15:17] Dan hu li qiegħed nikkmandakom: li tħobbu lil xulxin". Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu




Aug 14 - Homily: St. Maximilian Mary Kolbe, Apostle of Mary  


Homily (18min) On this solemnity of St. Maximilian Mary Kolbe, Martyr of Charity, Apostle of Consecration to Mary, and patron of the Franciscans of the Immaculate and of our difficult century, Fr. Bonaventure preaches on his heroic life, whose zeal was always inspired by and led to incomprehensible heights by the Immaculate Virgin. Ave Maria!
Mass: St. Maximilian Kolbe - Solemnity
Readings:
1st: wis 3:1 9
Resp: psa 116:1017
2nd: 1jo 3:13 18
Gsp: joh 15:12 17


*******

O Immaculate, Queen of heaven and earth, Refuge of sinners and our most loving Mother, to whom God willed to entrust the entire order of mercy, I, an unworthy sinner cast myself at your feet, humbly begging you to be so good as to accept me wholly and completely as your possession and property, and to do with me, with my whole life, death and eternity, whatever pleases you.
If it pleases you, use my whole self without reserve to accomplish what has been said of you: "She will crush your head," (Gen. 3:15), and also: "You alone have destroyed all heresies in the whole world" so that I may become a useful instrument in your immaculate and most merciful hands for promoting and increasing your glory to the maximum in so many strayed and indifferent souls, and thus extend as much as possible the blessed Kingdom of the Most Sacred Heart of Jesus.
For wherever you enter, you obtain the grace of conversion and sanctification, since it is through your hands that all graces comes to us from the Most Sweet Heart of Jesus.Allow me to praise you, O most holy Virgin. Give me strength against your enemies.
                                                         St. Maximilian Kolbe

 *******





14 ta' Awwissu
Festa ta' San Massimiljan Marija Kolbe
Franġiskan Konventwal. (1894-1941)

Artiklu fuq San Massimiljan


L-Ordni Franġiskan, tul l-istorja tiegħu, dejjem ta lill-Knisja għadd kbir ta’ Reliġjużi għas-servizz tagħha. Fost dawn ir-reliġjużi, spikkaw uħud li għexu ħajja mill-aktar qaddisa, tant li l-Knisja ddikjarathom qaddisin. Wieħed minn dawk, li biex ngħidu hekk, għamel isem kbir lill-Ordni tagħna l-Patrijiet Franġiskani Konventwali, kien San Massimiljan Marija Kolbe. Raymond Kolbe (għax hekk kien jismu qabel daħal fl-Ordni) twieled Zduke Wola fil-Polonja fis-7 ta’ Jannar 1894. Huwa kien it-tieni wild minn familja ta’ ħamsa. Iben Julius u Maria mwielda Dabrowska. It-tfulija tiegħu kienet waħda normali, però nafu li l-familja tiegħu ma kinitx sinjura, għalhekk Raymond tgħallem sa minn ċkunitu li jikkuntenta ruħu, b’ dak li Alla jipprovdilu. Għalkemm ta’ tifel li kien, kien xi ftit jew wisq imqareb, sa minn ċkunitu dejjem kellu mħabba partikolari lejn il-Madonna.
Fl-1910 huwa beda n-Novizzjat mal-Franġiskani Konventwali fejn ingħata l-isem ta’ Fra Massimiljan Marija. Sena wara huwa għamel l-ewwel professjoni Religjuża tiegħu. Waqt li kien għadu student tal-Filosofija u t-Teologija f’Ruma fil-Kulleġġ Internazzjonali tal-Ordni, huwa waqqaf il-Milizzja ta’ Marija Immakulata, li għada ħajja sal-lum. Wara li ġie ordnat saċerdot fit-28 ta’ April 1918 fil-Knisja ta’ Sant’Andrea della Valle f’ Ruma, huwa rritorna lejn il-Polonja fejn intefa’ b’ ruħu u ġismu għall-ħidma pastorali. Nafu li huwa marad serjament bit-tuberkolożi, marda li tant ħabbtitu matul ħajtu. Dan ma qatax qalb il-qaddis tagħna, tant li ħadem kemm felaħ biex ikompli jxerred id-devozzjoni lejn Marija permezz tal-Milizzja tal-Immakulata. Mill-kunvent fejn kien jgħix fi Grondo, li eventwalment sar ukoll stamperija, beda joħroġ ir-rivista “Il-Kavallier tal-Immakulata”. Ħa ħsieb li joħroġ ukoll rivista għat-tfal u din kienet bl-isem ta’ “Il-Kavallier Ċkejken”. Huwa xtaq ukoll li jibni kunvent kif ukoll belt u jiddedikahom lill-Immakulata. Għalhekk il-patrijiet ħallew Grondo u marru qrib Varsavja fejn bdew jibnu l-kunvent fuq xewqa u taħt id-direzzjoni ta’ Patri Massimiljan. Il-Kunvent semmewh Niepokalanov, li jfisser il-belt tal-Immakulata. Nafu li fi ftit snin sar l-akbar kunvent fid-dinja. Fl-1930 Niepokalanov kellha kulleġġ, sptar, stamperija, stazzjon tar-radju, ħanut għall-mastrudaxxi u ħajjata. Il-patrijiet kienu jkunu jafu xi sengħa partikolari diversa biex b’ hekk kienu jkunu ta’ għajnuna għall-poplu ta’ dik il-belt. Il-ħidma tiegħu huwa fetaħha wkoll billi mar il-Ġappun f’ Nagasaki, Malabar fl-Indja u s-Siberja fir-Russja. Nafu li kull fejn kien ma wassalx biss il-messaġġ Nisrani u Franġiskan, imma wkoll xerred kemm felaħ id-devozzjoni lejn il-Madonna. Però fis-sena 1936 minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu huwa kellu jirritorna lejn art twelidu. Fit-tieni gwerra dinjija li faqqgħet fl-1939, l-armata Nazista daħlet ukoll fil-Polonja, fejn il-kunvent ta’ Niepokalanov kien meħud min-Nazisti. Il-patrijiet ittieħdu l-Ġermanja fosthom Massimiljan, iżda nafu li dan inħeles fit-8 ta’ Diċembru tal-istess sena. Lura f’ Niepokalanov huwa bidel il-Kunvent f’ rifuġju għal tant Polakki li wħud minnhom kienu Lhud. Fis-17 ta’ Frar 1941 hu ġie arrestat u ttieħed fil-ħabs ta’ Pawiak f’ Varsavja. Hemm kellu jneħħi t-tonka Franġiskana u jilbes l-uniformi tal-priġunieri. Fit-28 ta’ Mejju tal-istess sena ħaduh fil-kamp tal-konċentrament Auschwitz u tawh in-numru 16670. Nafu li fil-forn ta’ dan il-kamp inħarqu aktar minn ħames miljun ruħ. F’ dan il-kamp Patri Kolbe bata ħafna.
Darba, ħarab wieħed mill-priġunieri li kien hemm fil-kamp. Il-liġi tal-kamp kienet tgħid li bi tpattija, kellhom jinqatlu 10 priġunieri oħra mill-istess kamp bil-ġuħ ‘fiċ-ċella tal-mewt’. Wieħed mill-priġunieri magħżula biex jinqatel bi tpattija għal dik il-ħarba, kien is-surġent Franġisk Gajowniczek. Dan kien miżżewweġ u kellu t-tfal. Dan l-imsejken beda jgħajjat u jibki u jgħid li mhux se jara aktar lil martu u lil uliedu u beda jsellmilhom għall-aħħar darba. Kien f’ dan il-mument li Patri Kolbe mar quddiem il-kmandant u talbu li jieħu post Franġisk Gajowniczek. Dan għamlu għax ma riedx li martu u wliedu jisfgħu iltiema f’ età daqshekk żgħira. Minnufih huwa, flimkien ma’ 9 oħra, ġew imneżżgħin minn ħwejjiġhom u tpoġġew f’ bunker fi Blokk 11 biex imutu bil-ġuħ u bil-għatx. Patri Kolbe biddel iċ-ċella tiegħu f’ Kappella u ta’ kuljum kien jinstema’ ħafna talb u kant. Nafu li wara ġimagħtejn, sitta minn sħabu kienu mietu u tlieta kienu mitlufin minn sensihom. Patri Kolbe biss kien għadu ħaj. Għalhekk temmewlu ħajtu b’ injezzjoni tal-velenu. Kien l-14 ta’ Awwssu 1941 lejlet il-festa tal-Assunzjoni tal-Madonna meta kellu 47 sena. L-aħħar kelmiet li nstema’ jgħid kienu “Ave Maria” Il-Papa Pawlu VI ddikjarah Beatu fis-17 ta’ Ottubru 1971 u l-Papa San Ġwanni Pawlu II ddikjarah Qaddis Martri fl-10 ta’ Ottubru 1982. Id-devozzjoni tiegħu permezz ta’ ħutu l-Patrijiet Maltin malajr inxterdet fi gżiritna wkoll. Insibu li fis-sena 1963 f’ Buġibba ġiet iddedikata għalih il-Knisja l-ġdida li kienet inbniet. Il-Milizzja tal-Immakulata hija ħajja f’ pajjiżna wkoll. Hija għadha xxerred id-devozzjoni lejn Marija Immakulata sal-ġurnata tal-lum.
Jalla San Massimiljan ikompli jqanqal fi qlubna mħabba sinċiera lejn il-Madonna u fuq kollox fuq l-eżempju tiegħu, ħafna jwieġbu għas-sejħa tal-Mulej għall-ħajja Konsagrata lilu.
 
mill-Facebook - Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar - 13 ta' Awwissu 2018






.

August 11 --- St. Clare of Assisi --- 11 t'Awissu - Festa ta' Santa Klara ta' Assisi



From Discerning Hearts Catholic Podcasts
https://www.discerninghearts.com/catholic-podcasts/
August 11- Saint Clare of Assisi cofoundress of the Order of Poor Ladies, or Clares, was the first Abbess of San Damiano; born at Assisi, 16 July, 1194; died there 11 August, 1253.
St. Clare, pray for us – a model for the discerning heart…In Conversation with Sr. Joan Mueller



 




 

St. Clare of Assisi and the Saracens  


A Eucharistic Miracle

"Clara nomine, vita clarior, clarissima moribus."
~Thomas of Celano

A Prayer for St. Clare's Intercession:

God of Mercy, You inspired Saint Clare with the love of poverty.
By the help of her prayers, may we follow Christ in poverty of spirit and
come to the joyful vision of your glory in the kingdom of heaven.
We ask this through Our Lord Jesus Christ, Your Son,
Who lives and reigns with You and the Holy Spirit,
one God, forever and ever. Amen.

St. Clare of Assisi

Cofoundress of the Order of Poor Ladies, or Clares, and first Abbess of San Damiano; born at Assisi, 16 July, 1194; died there 11 August, 1253.

She was the eldest daughter of Favorino Scifi, Count of Sasso-Rosso, the wealthy representative of an ancient Roman family, who owned a large palace in Assisi and a castle on the slope of Mount Subasio. Such at least is the traditional account. Her mother, Bl. Ortolana, belonged to the noble family of Fiumi and was conspicuous for her zeal and piety.

From her earliest years Clare seems to have been endowed with the rarest virtues. As a child she was most devoted to prayer and to practices of mortification, and as she passed into girlhood her distaste for the world and her yearning for a more spiritual life increased. She was eighteen years of age when St. Francis came to preach the Lenten course in the church of San Giorgio at Assisi. The inspired words of the Poverello kindled a flame in the heart of Clare; she sought him out secretly and begged him to help her that she too might live "after the manner of the holy Gospel"... cont. reading @:
https://www.newadvent.org/cathen/04004a.htm






   
IL-QARI PROPJU TAL-QUDDIESA  
                   
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Hosegħa   2:16.17b.21-22

Dan jgħid il-Mulej:
“Araw, jiena sa niġbidha,
neħodha fid-deżert u lil qalbha nkellem.
Hemmhekk hi twieġeb bħal fi żmien żgħożitha,
bħal fi żmien ħruġha minn art l-Eġittu.
Għal dejjem ngħarrsek miegħi,
ngħarrsek miegħi fis-sewwa u l-ħaqq,
fl-imħabba u l-ħniena,
b’rabta fidila jiena ngħarrsek miegħi,
u int tagħraf lill-Mulej.”

Il-Kelma tal-Mulej.

SALM RESPONSORJALI Salm 45:11-12.14-17
R. Ara l-Għarus: oħorġu ilqgħu lil Kristu l-Mulej.

Isma’, binti, ħares u agħti widen,
Insa ’l ġensek, u ’l dar missierek.
Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek;
u int, għax hu sidek, agħtih qima. R.

Kollha ġmiel bint is-sultan bil-ġawhar,
minsuġ bid-deheb ilbiesha.
Għand is-sultan jeħduha bix-xebbiet warajha,
it-tfajliet li jingħatawlha bi sħabha. R.

Jittieħdu b’għajjat ta’ ferħ u hena;
jidħlu fil-palazz tas-sultan. R.

HALLELUJAH
Hallelujah. R. Hallelujah.
Ejja, għarusa ta’ Kristu, ħu l-kuruna
li l-Mulej ħejjielek għal dejjem.
R. Hallelujah.


EVANĠELJU 15:4-10
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ibqgħu fija, u
jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha
nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma
tibqgħux fija. Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa’ fija u
jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu
tagħmlu xejn. Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema barra bħal
fergħa, u jinxef; imbagħad, friegħi bħal dawn jiġbruhom u
jixħtuhom fin-nar u jinħarqu. Jekk tibqgħu fija u kliemi jibqa’
fikom, itolbu kulma tridu, u jingħatalkom. Din hi l-glorja ta’
Missieri, li intom tagħmlu ħafna frott u tkunu dixxipli tiegħi.
Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba
tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi
mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed
f’imħabbtu.”

Il-Kelma tal-Mulej.
 
 
 
 THE GOSPEL
Auguat 11 - ST CLARE OF ASSISI --- Jn 15:4-10 -- The Vine and the Branches - Ġesù hu d-dielja vera 





Aug 11 - Homily: St. Clare of Assisi, Lover of Radical Poverty  






Saint Clare of Assisi and the Miracle of the Eucharist






Illuminations from St. Clare of Assisi




 11 ta'Awwissu

Festa Franġiskana ta' Santa Klara, Verġni.

http://www.sanfrangisk.com/12Klara/SK750-00-werrej.htm

Mumenti principali tal-Hajja ta' Santa Klara

1193
Klara bint Favarrone di Offreduccio di Bernardino u Ortolana twieldet fil-belt ta' Assisi. Frangisku kellu madwar hdax-il sena.


1198
In-nies ta' Assisi qamu u habtu ghar-Rocca Maggiore li kienet is-simbolu tal-qawwa ta' l-Imperatur. 


1198-1205
Il-familja ta' Klara thalli Assisi biex issib kenn f'Coccorano f'Perugia.


1205
Il-Familja ta' Klara terga' lura Assisi.



1211 * 
28 ta' Marzu, Hadd il-Palm filghodu Klara hadet sehem fil-celebrazzjoni liturgika fil-Kattidral ta' Assisi. Matul il-lejl Klara harbet mid-dar u marret fil-Knisja ckejkna tal-Porziuncola fejn kienu qed jistennewha Frangisku u l-Patrijiet. Hemm Klara nghatat kompletament lil Alla u Frangisku qatghalha xagharha bhala sinjal ta' konsagrazzjoni.
* nota: Dwar id-data tal-harba ta' Klara mid-dar nhar Hadd il-Palm m'hemmx qbil. Skond l-atti tal-Process u l-Leggenda ta' Santa Klara kien il-Lejl tat-28 ta' Marzu 1211. Xi studjuzi ohra jzommu li d-data kienet dik tat-18 ta' Marzu 1212.

Klara tghix ghal ftit zmien fil-monasteru ta' San Paolo delle Abbadesse qrib Bastia u wara f'dak ta' Sant'Angelo di Panzo. Hawn inghaqdet maghha ohta Carterina li mbaghad hadet l-isem ta' Anjeze.

Frangisk irranga ma' l-isqof ta' Assisi biex Klara u l-ewwel sorijiet jingabru fil-Kunvent ta' San Damjan. Frangisku ta lil Klara u lis-sorijiet l-ewwel Ghamla ta' Hajja. In-numru ta' sorijiet beda jizdied u bdew jissejhu "is-Sorijiet Foqra ta' San Damjan".

1215
Klara mahtura Badessa.

1216
Il-Papa Innocenz III jaghti il-Privilegg tal-Faqar lis-Sorijiet Foqra ta' San Damjan.

1218-1219
Klara u s-sorijiet jinghataw ir-Regola tal-Kardinal Ugolino. Il-Monasteru ta' San Damjan ezentat mill-gurisdizzjoni ta' l-isqof ta' Assisi.

1219
Anjeze, ohta Klara mahtura bhala Badessa f'Monticelli qrib Firenze. Waqt li Fra Filippo Longo jinhatar vizitatur tas-Sorijiet Foqra.

1224
Bidu ta' marda twila u qalila ta' Klara. F'Settembru dik is-sena Frangisku jircieva l-Pjagi. 

1225
Frangisku tilef id-Dawl ta' ghajnejh, qatta' xi zmien f'San Damjan, fejn kkompona l-Ghanja tal-Hlejjaq.

1226
Omm Klara, Ortolana tinghaqad ma' uliedha u s-sorijiet ta' San Damjan. Frangisku jaghti l-ahhar twissijiet tieghu lil Klara u lill-hutha s-sorijiet.

3 ta' Ottubru, Frangisku jmut fil-Knisja ta' Santa Marija ta' l-Angli.

4 ta' Ottubru, Il-gisem ta' Frangisku jingieb San Damjan qabel id-difna fil-Knisja ta' San Gorg. Klara tara l-gisem mejjet ta' Frangisku ghall-ahhar darba.

1227
19 ta' Marzu, l-Kardinal Ugolino jinhatar Papa Girgor IX.
Il-Papa Girgor jafda il-kura tas-Sorijiet Foqra taht il-harsien tal-Ministru General ta' l-ordni Frangiskan.

1228
Infetah monasteru f'Pamplona fi Spanja dan kien l-ewwel monasteru barra l-Italja. Fra Filippo jinhatar mill-gdid vizitatur tas-Sorijiet (1228-1246)

16 ta' Lulju, San Frangisk iddikjarat qaddis milll-Papa Girgor IX, l-ghada sar it-tqieghid u t-tberik ta' l-ewwel gebla tal-Bazilka ta' San Frangisk.

17 ta' Settembru, Il-Papa Girgor IX igedded il-Privilegg tal-Faqar.

1229
Oht Klara, Beatrice tidhol mas-sorijiet ta' San Damjan.

1230
Il-Gisem ta' San Frangisk mehud fil-Knisja gdida ddedikata ghalih mibnija minn Frate Elija.

1234
Qabel il-11 ta' Gunju, Klara tikteb l-ewwel ittra lil Anjeze ta' Praga.

1235
Klara tikteb it-tieni ittra lil Anjeze ta' Praga.
Jinbaghatu l-ewwel sorijiet ta' Klara fil-Germanja u l-Boemja.

1238
Klara tikteb it-tielet ittra lil Anjeze ta' Praga.

1240
F'Settembru, t-truppi Saracini jahbtu ghall-monasteru.
Klara tohrog quddiemhom bl-Gesù Ewkaristija f'idejha u t-truppi harbu.

1243
Wara il-mewt ta' Girgor IX jinhatar Papa Innocenz IV (1243-1254).

1247
6 ta' Awissu, Innocenz IV jaghti regola lis-Sorijiet Foqra. Klara bdiet tikteb ir-regola taghha msawwra fuq dik ta' San Frangisk.

1250
Il-marda ta' Klara tiggrava.

1252
8 ta' Settembru, il-Kardinal Rinaldo, Protettur jzur lil Klara f'San Damjan. Klara titolbu l-approvazzjoni tar-Regola taghha. 

24-25 ta' Dicembru, Klara b'mod mirakoluz tassisiti minn San Damjan il-Quddiesa tal-lejl tal-Milied li kienet qed issir fil-Bazilka ta' San Frangisk fit-tarf l-iehor ta' Assisi.

1253
Anjeze, oht Klara terga' lura f'San Damjan. Klara tikteb ir-raba' ittra lil Anjeze ta' Praga.

27 ta' April, il-Papa Innocenz IV izur lil Klara f'San Damjan. Klara titolbu jipprovalha ir-Regola.

Klara tikteb it-Testment taghha. Klara kienet waslet qrib il-mewt.

Ghal bidu ta' Awissu il-Papa jerga' jzur lil Klara.

8 ta' Awissu, Klara kellha vizzjoni li fiha rat lis-Sultan tal-Glorja. Dak in-nhar filghaxija Swor Benvenuta kellha vizzjoni li fiha rat lill-Omm ta' Alla bil-qjattja ta' Angli magenb is-sodda tal-mewt ta' Klara.

9 ta' Awissu, Il-Papa Innocenz IV japprova r-Regola ta' Klara bil-Bulla Solet Annuere.

10 ta' Awissu, Wiehed mill-patrijiet iwassal il-Bulla tal-Papa u jaghtiha lil Klara li kienet waslet fil-punt tal-mewt. Klara tiehu ir-Regola f'idejha u tbusha. Ix-xewqa taghha kienet giet maqtugha.

11 ta' Awissu, Klara tmut fil-Monasteru ta' San Damjan u ruhha ttajret lejn is-sema.




12 ta' Awissu, il-Papa Innocenz mexxa il-quddiesa tal-funeral. Klara indifnet fil-Knisja ta' San Gorg, fejn qabel kien midfun San Frangisk.

18 ta' Ottubru, l-Papa Innocenz IV hatar lil Bartolomeo, isqof ta' Spoleto, biex jigbor ix-xhieda dwar il-hajja u l-mirakli ta' Klara.

24-29 ta' Novembru, sar il-Process tal-Kanonizzazzjoni fil-monasteru ta' San Damjan u fil-knisja ta' San Paolo f'Assisi.

1254
Wara il-mewt ta' Innocenz IV inhatar Papa Alessandru IV

(1254-1261)

1255
15 ta' Awissu, saret il-kanonizzazzjoni u Klara kienet pproklamata qaddisa mill-Papa Alessandru IV fil-Kattidral ta' Anagni.

1260
Sar it-translazzjoni tal-gisem ta' Santa Klara ghall-knisja l-gdida mibnija f-qieh il-Qaddisa. Is-sorijiet Klarissi hallew san Damjan u bdew jghixu qrib il-gisem ta' Klara fil-Protmonasteru f'Assisi.


(Grazzi lil Patri Thomas Calleja OFM Conv. ta' din l-informazzjoni)




 

11 ta’ Awwissu 
FESTA TA SANTA KLARA TA’ ASSISI 
(1194-1253)


Nawguraw l il-festa t-tajba lil ħutna s-Sorijiet Klarissi ta' San Ġiljan u ta' Għawdex kif ukoll lil Franġiskani kollha f'din il-festa tant għażiża għalina ulied San Franġisk.

Storja


Klara twieldet fil-belt ta’ Assisi fis-sena 1194 fi hdan familja nobbli. Daqsxejn ta’ tfajla, xtaqet tkun kollha kemm hi ta’ Kristu, u waqt li bdiet miexja fuq il-pariri ta’ San Frangisk, halliet id-dinja biex itterraq wara l-ideal tal-Vangelu. Kien San Frangisk innifsu li libbisha libsa tax-xkora u lesthielha post fejn tghammar qrib il-knisja ta’ San Damjan, fejn ma damitx ma marret ohtha wkoll, Santa Anjeze. Hekk twieled it-Tieni Ordni Frangiskan, li ghall-ewwel kien jissejjah l-Ordni tan-Nisa Fqar ta’ San Damjan, imbaghad beda jissejjah, kif ghadu sallum, l-Ordni ta’ Santa Klara. Il-qaddisa ghexet il-bqija ta’ hajjitha bhala religjuza f’San Damjan. Kienet tghix f’faqar perfett u fil-kontemplazzjoni, waqt li kienet iddur bi shabha s-sorijiet b’imhabba ta’ omm. Mietet fl-1253 u ghaddha mal-qaddisin il-Papa Alessandru IV fl-1255. Gisem il-qaddisa jistrieh fil-Bazilka taghha fil-belt ta’ Assisi. Il-Papa Piju XII fl-1958 hatar lil Santa Klara patruna tax-xandir bit-televizjoni.



mill-Facebook - Parroċċa Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar - 10 t'Awwissu 2017







.