blank'/> SHARING THE REAL TRUTH: Mt 23:13-22 -- Seven Woes on the Teachers of the Law and the Pharisees -...

Monday, August 27, 2012

Mt 23:13-22 -- Seven Woes on the Teachers of the Law and the Pharisees -...

.
[Mt:23:13] "Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra! Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bnedmin, u la intom ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol!
[Mt:23:15] "Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra! Intom taqsmu l-ibħra u dduru d-dinja kollha biex iddawwru bniedem għar-reliġjon tagħkom, u meta tiġbduh għal magħkom tagħmluh bniedem ħaqqu l-infern darbtejn aktar minnkom!
[Mt:23:16] "Ħażin għalikom, mexxejja għomja! Intom tgħidu, 'Jekk wieħed jaħlef bis-santwarju, il-ħalfa ma tgħoddx; imma jekk jaħlef bid-deheb tas-santwarju, ikollu jrodd. [Mt:23:17] Boloh u għomja! X'inhu l-aqwa?  Id-deheb, jew is-santwarju li jqaddes id-deheb? [Mt:23:18] Tgħidu wkoll, 'Jekk wieħed jaħlef bl-altar, il-ħalfa ma tgħoddx; imma jekk jaħlef bl-offerta ta' fuq l-altar, ikollu jrodd.' [Mt:23:19] Ja għomja! X'inhu  l-aqwa? L-offerta, jew l-altar li jqaddes l-offerta? [Mt:23:20] Mela min jaħlef bl-altar ikun jaħlef kemm bl-altar u kemm b'li jkun hemm fuqu; [Mt:23:21] u min jaħlef bis-santwarju jkun jaħlef kemm  bis-santwarju u kemm b'min jgħammar fih; [Mt:23:22] u min jaħlef fuq  is-sema jkun jaħlef kemm bit-tron ta' Alla u kemm b'dak li hemm fuqu.





.

No comments: