The World Over April 3, 2025 -
The Hell There Is: Msgr. Charles Pope with Raymond Arroyo
.
.
blank'/>
MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
The World Over April 3, 2025 -
The Hell There Is: Msgr. Charles Pope with Raymond Arroyo
.
.
- IN YEAR A - THE GOSPEL ON LAETARE SUNDAY IN WEEK 4 OF LENT
- In Year B - Alternative Gospel on ANY DAY during WEEK 4 OF LENT -
Lezzjonarju Ferjali III (L-Evanġelju fil-Quddiesa libera fir-Raba' ġimgħa
tar-Randan)
- In Year C - Alternative Gospel on ANY DAY during WEEK 4 OF LENT - Lezzjonarju Ferjali III (L-Evanġelju fil-Quddiesa libera fir-Raba' ġimgħa tar-Randan)
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, [Ġw:9:1] kif kien għaddej, Ġesù lemaħ raġel agħma minn
twelidu, [Ġw:9:2] u d-dixxipli tiegħu staqsewh: "Rabbi, dan twieled agħma
għax dineb hu stess, jew għax dinbu l-ġenituri tiegħu?". [Ġw:9:3] Ġesù
wieġeb: "Mhux għax dineb hu jew il-ġenituri tiegħu, imma ġralu hekk biex
l-għemil ta' Alla jidher fih. [Ġw:9:4] Sakemm għadu binhar, jeħtiġilna nagħmlu
x-xogħol ta' dak li bagħatni, għax jasal il-lejl meta ħadd ma jkun jista'
jaħdem. [Ġw:9:5] Sakemm għadni fid-dinja, jiena hu d-dawl tad-dinja".
[Ġw:9:6] Kif qal dan, beżaq fl-art, għamel minnu qisu tajn, u dilek bih
għajnejn ir-raġel agħma. [Ġw:9:7] U qallu: "Mur inħasel fil-menqgħa ta'
Silwam". Din tfisser 'il-Mibgħut'. Mela dak mar, inħasel u ġie jara.
[Ġw:9:8] Il-ġirien u dawk li s-soltu kienu jarawh, għax hu kien tallab, qalu:
"Dan mhuwiex dak li kien joqgħod bilqiegħda jittallab?". [Ġw:9:9] Xi
wħud qalu: "Iva, hu". Oħrajn qalu: "Le, imma jixbhu". Iżda
hu qalilhom: "Jiena hu". [Ġw:9:10] Qalulu: "Mela kif infetħulek
għajnejk?". [Ġw:9:11] Weġibhom: "Wieħed raġel, jgħidulu Ġesù, għamel
ftit tajn, dilikli għajnejja bih, u qalli, 'Mur fis-Silwam u nħasel hemm'.
Mort, inħsilt, u ġejt nara". [Ġw:9:12] Qalulu: "Fejn huwa dan
ir-raġel?". Qalilhom: "Ma nafx".
[Ġw:9:13] Lil dan il-bniedem li fl-imgħoddi kien agħma ħaduh għand
il-Fariżej. [Ġw:9:14] Issa dak in-nhar li Ġesù għamel it-tajn u fetaħ għajnejn
l-agħma nzerta kien is-Sibt. [Ġw:9:15] Il-Fariżej ukoll staqsew mill-ġdid
lill-agħma kif sar jara. U hu qalilhom: "Qegħedli ftit tajn fuq għajnejja,
mort ninħasel, u issa qiegħed nara".
[Ġw:9:16] Xi wħud mill-Fariżej qalu: "Dan il-bniedem mhuwiex ġej
mingħand Alla, għax ma jħarisx is-Sibt". Iżda oħrajn qalu: "Kif
jista' wieħed midneb jagħmel sinjali bħal dawn?". U ma qablux bejniethom.
[Ġw:9:17] U reġgħu qalu lill-agħma: "Int x'jidhirlek minnu, issa
li fetaħlek għajnejk?". Qalilhom: "Dak profeta". [Ġw:9:18]
Il-Lhud ma ridux jemmnu li hu kien agħma u ħa d-dawl qabel ma bagħtu
għall-ġenituri ta' dak li sar jara, [Ġw:9:19] u staqsewhom: "Dan, li intom
qegħdin tgħidu li twieled agħma, dan binkom? Mela issa kif ġie jara?".
[Ġw:9:20] Il-ġenituri tiegħu wieġbu u qalulhom: "Nafu li dan hu t-tifel
tagħna u li twieled agħma; [Ġw:9:21] imma kif issa ġie jara, dan ma nafuhx, u
anqas ma nafu min fetaħlu għajnejh. Staqsu lilu, żmien għandu; ħa jitkellem hu
għalih innifsu". [Ġw:9:22] Il-ġenituri tiegħu wieġbu hekk għaliex beżgħu
mil-Lhud, għax il-Lhud kienu ġa ftiehmu bejniethom li jekk xi ħadd jistqarr li
Ġesù hu l-Messija, isib ruħu barra mis-sinagoga. [Ġw:9:23] Kien għalhekk li l-ġenituri
tiegħu wieġbu: "Żmien għandu, staqsu lilu".
[Ġw:9:24] Għal darb'oħra reġgħu bagħtu għal dak li kien agħma u qalulu:
"Agħti glorja lil Alla! Aħna nafu li dan il-bniedem huwa midneb".
[Ġw:9:25] Dak weġibhom: "Jekk hux midneb ma nafx; ħaġa waħda naf: li jien
kont agħma u issa qiegħed nara". [Ġw:9:26] Qalulu: "Imma hu
x'għamillek? Kif fetaħhomlok għajnejk?". [Ġw:9:27] U hu weġibhom: "Ġa
għedtilkom u ma smajtux! Xi tridu tisimgħu iżjed? Jaqaw tridu intom ukoll
issiru dixxipli tiegħu?". [Ġw:9:28] U qabdu jgħajruh u qalulu: "Dak
int dixxiplu tiegħu! Aħna ta' Mosè dixxipli! [Ġw:9:29] Aħna nafu li lil Mosè
kellmu Alla, imma dan ma nafux minn fejn hu!". [Ġw:9:30] Weġibhom ir-raġel
u qalilhom: "Sewwa! Hawn qiegħed l-għaġeb, li intom ma tafux minn fejn
inqala', u madankollu lili fetaħli għajnejja! [Ġw:9:31] Aħna nafu li Alla mhux
se jisma' lill-midinbin; iżda mbagħad jekk wieħed ikun iqim lil Alla u jagħmel
ir-rieda tiegħu, lil dan jisimgħu. [Ġw:9:32] Qatt fid-dinja ma nstema' li xi
ħadd fetaħ għajnejn wieħed agħma mit-twelid. [Ġw:9:33] Li kieku dan ma kienx
ġej mingħand Alla, xejn ma kien ikollu ħila jagħmel." [Ġw:9:34] Imbagħad
qabżu u qalulu: "Int se tgħallem lilna, int li twelidt dnubiet
waħdek!". U keċċewh 'il barra.
[Ġw:9:35] Ġesù sama' li keċċewh 'il barra; sabu u qallu: "Temmen
inti f'Bin il-bniedem?". [Ġw:9:36] Dak wieġeb u qallu: "Min hu,
Mulej, biex nemmen fih?". [Ġw:9:37] Qallu Ġesù: "Mhux biss rajtu,
imma huwa dak stess li qiegħed ikellmek". [Ġw:9:38] Qallu: "Nemmen,
Mulej!". U nxteħet għarkubbtejh quddiemu. [Ġw:9:39] Imbagħad Ġesù qal:
"Jien ġejt fid-dinja biex nagħmel ħaqq, biex min ma jarax isir jara, u min
jara jagħma". [Ġw:9:40] Xi wħud mill-Fariżej li kienu hemm madwaru semgħuh
jgħid dan u staqsewh: "Aħna wkoll għomja?". [Ġw:9:41] Weġibhom Ġesù:
"Li kieku kontu għomja, ma kontux tkunu ħatja ta' dnub. Imma issa qegħdin
tgħidu, 'Aħna naraw'. Mela d-dnub tagħkom għadu fuqkom".
TALBA EWKARISTIKA II TAR-RIKONĊILJAZZJONI
Prefazju
O Alla, Missier li tista’ kollox,Pellegrinaġġ Penitenzjali Ġubilari bil-Kurċifiss Mirakoluż Ta’ Ġieżu - 09.03.2025 https://www.youtube.com/watch?v=DV9fdWojMzo
Pellegrinaġġ Penitenzjali Ġubilari bil-Kurċifiss Mirakoluż Ta’ Ġieżu mmexxi mill-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma
Mill-Knisja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova saz-Zuntier tal-Knisja Arċipretali tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem Il-Ħadd 9 ta’ Marzu 2025, fl-4.00pm
Katekeżi ta' Patri Marcello Ghirlando ofm dwar is-Salib Imqaddes - 09.03.2025 https://www.youtube.com/watch?v=mxf9wyhzv18
Katekeżi ta' Patri Marcello Ghirlando ofm, Gwardjan tal-Fraternità Franġiskana ta' Għajnsielem, dwar is-Salib Imqaddes.
Ċelebrazzjoni tal-Kelma u Qima Komunitarja lis-Salib Imqaddes waqt il-Pellegrinaġġ Penitenzjali Ġubilari bil-Kurċifiss Mirakoluż Ta' Ġieżu fid-Djoċesi ta' Għawdex Zuntier tal-Knisja Arċipretali tal-Madonna ta' Loreto, Għajnsielem L-Ewwel Ħadd tar-Randan, 9 ta' Marzu 2025l
Gozo Bishop leads penitential pilgrimage with revered Ta’ Ġieżu crucifix
Bishop of Gozo Anton Teuma is leading a Jubilee penitential pilgrimage on Sunday, in an event that will involve one of the country’s most revered religious artworks, the miraculous crucifix of Valletta’s Ta’ Ġieżu church.
The crucifix dates back to the 17th century, and is attributed to Innocenzo da Petralia, a Sicilian Franciscan friar and wood sculptor who primarily worked on crucifixes. Another of his crucifixes can be found in Malta: the crucifix in the Chapel of Reliquaries inside the Cathedral of St Paul in Mdina.
It is not the Ta’ Ġieżu crucifix’s first visit to Gozo: it first reached the island in 1941, when the decision was taken to move it out of Valletta to avoid the risk of wartime damage. This move marked the first time in which the crucifix had been removed from the church.
The crucifix remained in Gozo until 1944, where it was kept in another church in the care of the Franciscans: the Church of St Anthony of Padua in Għajnsielem.
It has returned to its former temporary home for this occasion: the pilgrimage is set to begin at the Church of St Anthony of Padua at around 4pm, and conclude in front of Għajnsielem’s parish church: the Parish Church of Our Lady of Loreto.
https://newsbook.com.mt/en/live-gozo-bishop-leads-penitential-pilgrimage-with-revered-ta-giezu-crucifix/Omelija fl-Espożizzjoni quddiem il-Kurċifiss Mirakoluż Ta' Ġieżu, il-Belt Valletta - 04.04.2025 https://www.youtube.com/watch?v=-vhmMiAEwCA
Omelija tal-Isqof ta' Għawdex Anton Teuma fl-okkażjoni tal-Espożizzjoni quddiem il-Kurċifiss Mirakoluż Ta' Ġieżu Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù, il-Belt Valletta Il-Ġimgħa 4 ta' April 2025