Faħħar, Sijon,
lill-Feddej,
ir-ragħaj tiegħek u
l-mexxej,
bl-innijiet u
bl-għana.
Ibqa’ faħħru daqskemm
tista’,
għax hu ’l fuq minn kull tifħir,
qatt ma tfaħħru
kemm jistħoqqlu.
Għat-tifħir ħaġa
tal-għaġeb,
il-ħobż ħaj li
jagħti l-ħajja,
hawn quddiemna
f’dan il-jum.
Dak il-ħobż li fuq
il-mejda
lill-appostli
fl-ikla mqaddsa
kien ingħata biex
jikluh.
Ikun sħiħ it-tifħir
tiegħek,
b’qalb ferrieħa,
b’leħen għoli,
ikun jixraq ferħ
ir-ruħ.
Għax dal-jum ta’
festa kbira,
ta’ dik l-ikla hu
t-tifkira,
meta saret l-ewwel
darba.
F’dina l-ikla
s-Sultan tagħna,
l-Għid il-ġdid
tal-liġi l-ġdida,
temm għalkollox
l-Għid qadim.
Il-qadim twarrab
mill-ġdid,
dak li hu ġie flok
ix-xbieha,
id-dawl biegħed
dlam il-lejl.
Dak li twettaq fl-Aħħar Ċena,
Kristu ried jibqa’
jiġġedded,
biex ikun tifkira
tiegħu.
Imgħallmin
b’tagħlim imqaddes,
nibdlu l-ħobż u
l-inbid tagħna
b’sagrifiċċju
għas-saħħa tagħna.
Twemmin ġdid lilna
l-Insara,
li dal-ħobż
jinbidel f’Ġisem,
u l-inbid jinbidel
f’Demm.
Dak li ma tarax jew
tifhem,
it-twemmin isaħħu u
jwettqu
fuq kull ordni
tan-natura.
Taħt xbihat fejn aħna
nilmħu
mhux il-ħajja, imma
sinjali,
jinħbew ħwejjeġ
hekk għeżież.
Ikel Ġismu, xorb hu
Demmu;
iżda Kristu sħiħ
hemm moħbi
taħt kull waħda
mix-xbihat.
Sħiħ jittiekel
Kristu kollu,
bla jitkisser, bla
jitfarrak,
bla jinqasam minn
min jieħdu.
Jieklu elf u jiekol
wieħed,
kemm ħa dan, hekk
jieħdu huma,
bla jintemm meta
jittiekel.
Jieklu t-tajba,
jieklu l-ħżiena;
imma ’l dawk iġib
il-ħajja,
lil dawn jixħet
fit-telfien.
Mewt għall-ħżiena,
ħajja għat-tajba,
ara kif jinbidel
fihom,
għalkemm jieħdu
l-istess ikel.
Meta l-Ostja tkun
maqsuma,
la tibżax, imm’inti
ftakar,
taħt ix-xbieha ta’
kull farka
hemm jinsab daqs
fl-Ostja sħiħa.
Ebda ksur ma jsir
fi Kristu;
biss ix-xbieha tkun
miksura:
u b’dal-ksur xejn
ma jitnaqqas
f’Dak li hu taħt din ix-xbieha.
* * *
Dan ħobż l-anġli,
magħmul ikel
għall-bnedmin
fit-triq tal-ħajja,
ikel bnin
għall-ulied kollha,
li m’għandux
fix-xejn jintrema.
Bi xbihat kien ilu
mħabbar,
f’dik l-offerta ta’
Iżakk,
fil-ħaruf li nqatel
fl-Għid,
u fil-manna
tad-deżert.
Int ragħaj tajjeb,
ħobż tassew,
Ġesù tagħna, ħenn
għalina;
int itmagħna u
ħarisna:
inti lilna l-ġid urina
fl-art imbierka
tal-ħajjin.
Int li taf u tista’
kollox,
li titmagħna hawn
f’dil-ħajja,
hemm agħmilna lkoll
imsieħba,
f’għaqda waħda
lkoll werrieta
mal-qtajjiet
tal-qaddisin.
Ammen. Hallelujah.
|
Lauda Sion
Salvatorem,
lauda ducem et
pastorem,
in hymnis et
canticis.
Quantum potes,
tantum aude:
quia maior omni
laude,
nec laudare
sufficis.
Laudis thema
specialis,
panis vivus et
vitalis
hodie proponitur.
Quem in sacræ mensa
cenæ,
turbæ fratrum
duodenæ
datum non
ambigitur.
Sit laus plena, sit
sonora,
sit iucunda, sit
decora
mentis iubilatio.
Dies enim sollemnis
agitur,
in qua mensæ prima
recolitur
huius institutio.
In hac mensa novi
Regis,
novum Pascha, novæ
legis,
phase vetus
terminat.
Vetustatem novitas,
umbram fugat
veritas,
noctem lux
eliminat.
Quod in cena
Christus gessit,
faciendum hoc
expressit
in sui memoriam.
Docti sacris
institutis,
panem, vinum in
salutis
consecramus
hostiam.
Dogma datur
christianis,
quod in carnem
transit panis,
et vinum in
sanguinem.
Quod non capis,
quod non vides,
animosa firmat
fides,
præter rerum
ordinem.
Sub diversis
speciebus,
signis tantum et
non rebus,
latent res eximiæ.
Caro cibus, sanguis
potus:
manet tamen
Christus totus
sub utraque specie.
A sumente non
concisus,
non confractus, non
divisus:
integer accipitur.
Sumit unus, sumunt
mille:
quantum isti,
tantum ille:
nec sumptus
consumitur.
Sumunt boni, sumunt
mali:
sorte tamen
inæquali,
vitæ vel interitus.
Mors est malis,
vita bonis:
vide paris
sumptionis
quam sit dispar
exitus.
Fracto demum
sacramento,
ne vacilles, sed
memento
tantum esse sub
fragmento,
quantum toto
tegitur.
Nulla rei fit
scissura:
signi tantum fit
fractura,
qua nec status, nec
statura
signati minuitur.
Ecce panis
angelorum,
factus cibus
viatorum:
vere panis
filiorum,
non mittendus
canibus.
In figuris
præsignatur,
cum Isaac
immolatur,
agnus Paschæ
deputatur,
datur manna
patribus.
Bone pastor, panis
vere,
Iesu, nostri
miserere:
Tu nos pasce, nos
tuere,
Tu nos bona fac
videre
in terra viventium.
Tu qui cuncta scis
et vales,
qui nos pascis hic
mortales:
tuos ibi
commensales,
coheredes et
sodales
fac sanctorum
civium.
Amen. Alleluia.
|