MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Tuesday, February 04, 2014
Monday, February 03, 2014
Jews for Jesus presents Flowers of the Son
JESUS CAME, NOT ONLY FROM THE JEWSIH PEOPLE, HE CAME FOR THE JEWISH PEOPLE ! FLOWERS OF THE SON
- MOVIE DOCUMENTARY (2010)
http://www.imdb.com/title/tt1796486/?ref_=fn_al_tt_1
Mk 5:21-43 Jesus raises a dead girl & heals a sick woman - Ġesù jfejjaq mara u jqajjem tifla... --- This Gutsy Israelite Woman is Honoured In Every Catholic Church! - ST VERONICA
Ġesù jfejjaq mara u jqajjem tifla mill-mewt
(Mt 9, 18-26 ; Lq 8, 40-56)
[Mk:5:21] Wara li Ġesù raġa' qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta' nies. [Mk:5:22] U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, nxteħet f'riġlejh, [Mk:5:23] u talbu ħafna u qallu: "Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix." [Mk:5:24] U Ġesù telaq miegħu, b'kotra kbira miexja warajh, kulħadd iross fuqu.
[Mk:5:25] U kien hemm mara li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm. [Mk:5:26] Kienet batiet wisq taħt ħafna tobba, u nefqet kull ma kellha, u mhux biss ma swielha xejn, imma talli marret għall-agħar. [Mk:5:27] Meta semgħet b'Ġesù, ġiet qalb il-folla, resqet minn warajh u messitlu l-mantar, [Mk:5:28] għax qalet: "Jekk immiss imqar il-mantar tiegħu nkun imfejjqa." [Mk:5:29] F'daqqa waħda t-tnixxija tad-demm waqfitilha, u ġewwa fiha ħasset li kienet fieqet mill-marda tagħha. [Mk:5:30] Ġesù minnufih intebaħ bil-qawwa li ħarġet minnu, u dar lejn il-kotra u staqsa: "Min messli l-mantar?" [Mk:5:31] Id-dixxipli tiegħu qalulu: "Qiegħed tara dawn in-nies kollha jrossu madwarek, u tistaqsi: Min messni?" [Mk:5:32] Hu beda jħares madwaru biex jara jilmaħx lil dik li kienet għamlet dan. [Mk:5:33] Mbagħad il-mara, tirtogħod bil-biża' għax għarfet x'kien ġralha, resqet, nxteħtet f'riġlejh u stqarritlu s-sewwa kollu. [Mk:5:34] "Binti," qalilha,"il-fidi tiegħek fejjqitek; mur bis-sliem, u kun imfejjqa mill-marda tiegħek."
Mk:5:35] Kif kien għadu jitkellem, waslu xi wħud mid-dar tal-kap tas-sinagoga u lil dan qalulu: "Bintek mietet; għalfejn tħabbtu iżjed l-Imgħallem?" [Mk:5:36] Iżda Ġesù sama' x'kienu qegħdin jgħidu, u qal lill-kap tas-sinagoga: "Tibżax, biss inti emmen." [Mk:5:37] U ma ħalla lil ħadd imur miegħu ħlief lil Pietru, lil Ġakbu, u lil Ġwanni, ħu Ġakbu. [Mk:5:38] Waslu d-dar tal-kap tas-sinagoga, u ra storbju sħiħ u nies jibku u jixhru. [Mk:5:39] Daħal, u qalilhom: "Dan l-istorbju kollu u dan il-biki għalfejn? It-tfajla m'hijiex mejta, imma rieqda." [Mk:5:40] U qabdu jiddieħku bih. Imma hu keċċiehom ilkoll 'il barra, ħa miegħu lil missier it-tfajla u lil ommha u lil dawk li kienu miegħu u daħal fejn kienet it-tfajla. [Mk:5:41] Qabdilha idha, u qalilha: "Talitha, qum!" jiġifieri: "Tfajla, qiegħed ngħidlek, qum!" [Mk:5:42] Minnufih it-tfajla qamet u qabdet timxi; għax kellha tnax-il sena. U baqgħu miblugħin bil-għaġeb. [Mk:5:43] U hu wissiehom bis-sħiħ biex dan ma jkun jaf bih ħadd, u qalilhom jagħtuha tiekol.
This Gutsy Israelite Woman is Honoured In Every Catholic Church! - ST VERONICA
.
Subscribe to:
Posts (Atom)