THE GOSPEL --- Mark 8:27-35 -- Peter’s Declaration about Jesus - Stqarrija tal-fidi minn Pietru
IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Hu meħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna.
Mk 8, 27-35
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, [Mk:8:27] Telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta' Ċesarija ta' Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija: "Min jgħidu n-nies li jien?" [Mk:8:28] Weġbuh u qalulu: "Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti." [Mk:8:29] "Imma intom," staqsiehom,"intom min tgħidu li jien?" Qabeż Pietru u qallu: "Inti l-Messija." [Mk:8:30] Mbagħad ordnalhom ħafna biex ma jitkellmu ma' ħadd fuqu.
[Mk:8:31] U beda jgħallimhom fuq li kien meħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, ikun miċħud mill-anzjani u mill-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u wara tlitt ijiem jerġa' jqum. [Mk:8:32] Fuq dan kellimhom ċar. Pietru ġibdu lejh u beda jlumu. [Mk:8:33] Iżda hu dar iħares lejn id-dixxipli tiegħu, u ċanfar lil Pietru u qallu: "Itlaq minn quddiemi, ja xitan, għax m'intix taħseb fil-ħwejjeġ ta' Alla, imma f'dawk tal-bnedmin!"
[Mk:8:34] Sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu, u jimxi warajja. [Mk:8:35] Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u ta' l-Evanġelju, isalvaha.
Il-Kelma tal-Mulej R/.
Tifħir lilek Kristu
>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>
LAIKOS --- ĦDUD TA' MATUL IS-SENA B
http://www.laikos.org/SenaB_MatulSena.pdf
It-24-il Hadd matul is-sena Sena B (Fr. Hayden)
>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>>
Who Are You?
http://english.op.org/torch/who-are-you.