blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Thursday, February 19, 2015

Exodus 20:1-17 --- The Ten Commandments A Closer Look - Fr. Tito --- & --- IL-KMANDAMENTI T'ALLA

 
 
Exodus 20:1-17
 

 
 
 
 
IL-KMANDAMENTI T'ALLA 
 
 
 1. Jiena Alla Sidek: Ma jkollokx Alla ieħor għajri.
 
 2. La ssemmix l-isem t’Alla fil-batal.
 
 3. Ħares il-Ħdud u l- btajjel kollha.
 
 4. Weġġaħ lil missierek u ‘l ommok.
 
 5. La toqtolx.
 
 6. La tiżnix.
 
 7. La tisraqx. 
 
 8. La tixhidx fil-falz.
 
 9. La tixtieqx nisa ta’ l-oħrajn.
 
10. La  tixtieqx ħwejjeġ ta’ l-oħrajn.
 
 
 
Il-Kompendju tal-Knisja Kattolika. (bil-Malti) - Laikos
 
 
It-Tieni Sezzjoni - L-GĦAXAR KMANDAMENTI - paġna 132-162




Mill-Kmandamenti għall-Imħabba ta' Ġesu' Parti1 (27/10/09) minn Fr.Hayden Williams OFM Cap




Mill-Kmandamenti għall-Imħabba ta' Ġesu' Parti2 (27/10/09) minn Fr.Hayden Williams OFM Cap




Mill-Kmandamenti għall-Imħabba ta' Ġesu' Parti3 (27/10/09) minn Fr.Hayden Williams OFM Cap




 

The Ten Commandments - http://www.catholic.org/prayers/prayer.php?p=1769

  1. I am the Lord your God; you shall not have strange gods before Me.
  2. You shall not take the Name of the Lord your God in vain.
  3. Remember to keep holy the Lord's day.
  4. Honour your father and your mother.
  5. You shall not kill.
  6. You shall not commit adultery.
  7. You shall not steal.
  8. You shall not bear false witness against your neighbour.
  9. You shall not covet your neighbour's wife.
10. You shall not covet your neighbour's goods.






 
 
.

Fr Elija (Elias) Vella OFM Conv., Exorcist --- Deliverance from the evil one --- & --- Insistent Prayer --- Why Suffering , Fr Robert Spitzer S.J., Ph.D.

CATHOLIC CHARISMATIC CONFERENCE 2006 - Fr Elija (Elias) Vella OFM Conv., Exorcist ...


"Discouragement comes always from the evil one"


 ---
 

" Renounce to the evil one...Do it after Holy Communion, when you are full of JESUS
 

Deliverance from the evil one
The video below is without the interpreter's translation. THE ORIGINAL VIDEO IS --- Oslobodenie od Zlého  - https://www.youtube.com/watch?v=QkXlgugIuOA









AND...


CCR Melbourne - Fr Elias Vella - Insistent Prayer   





><>   ><>   ><>   ><>   ><>   ><>   ><>


PRAYERS by Fr Elija Vella OFM Conv.

><>   ><>   ><>   ><>   ><>   ><>   ><>

 


And also...from Fr Robert Spitzer, S.J., Ph.D.

WHY SUFFERING?   

Why would an all-powerful, all-loving God allow suffering?
Because:

a) We’re not marionettes and

b) This earth – for our own greater good – is not a pleasure bubble floating in space.








Mk 4:35-41 -- Jesus Calms the Storm - Ġesù jsikket it-tempesta

Ġesù jsikket it-tempesta
(Mt 8, 18, 23-27 ; Lq 8, 22-25)



[Mk:4:35] Dakinhar, xħin sar filgħaxija qalilhom: "Ejjew naqsmu  għax-xatt l-ieħor." [Mk:4:36] Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. [Mk:4:37] U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela' għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela  bl-ilma. [Mk:4:38] Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajjmuh u qalulu: "Mgħallem, dan qisu m'hu xejn għalik li aħna se nintilfu?" [Mk:4:39]  Mbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: "Iskot! Biżżejjed!" U r-riħ waqaf u waqgħet kalma kbira.
[Mk:4:40]  U qalilhom: "Dal-biża' kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?" [Mk:4:41]  U qabadhom biża' kbir, u bdew jgħidu lil xulxin: "Dan min hu, mela, biex saħansitra r-riħ u l-baħar jisimgħu minnu?"


 






.

Monday, February 16, 2015

The music of Nicholas Wilton & the paintings of Fra Angelico

NICHOLAS WILTON - Sacred Choral Music...
http://www.catholicmusic.co.uk/

FRA ANGELICO
http://en.wikipedia.org/wiki/Fra_Angelico






















Published on 3 Feb 2014

Four motets by the English composer Nicholas Wilton: Ave Maria, Panis Angelicus, Felix Namque & Kyrie (from his Missa Brevis) sung by Magnificat (directed by Philip Cave), Julian Gavin and Cantiones Sacrae (© Copyright 1999-2004 by Nicholas Wilton/Philangelus).

Accompanying the music is a selection of paintings and frescoes by the Italian Renaissance painter Fra Angelico (91395-1455)

Born in 1959, Nicholas Wilton began writing sacred choral music in 1990, having previously composed mainly for the piano. His first introduction to music was the Mozart and Schubert Lieder which his German mother sang to her children. In his twenties he came to admire the sacred music of the sixteenth century Catholic masters. His music has been recorded by the acclaimed choir Magnificat and other great musicians.


0:00 Ave Maria
1:46 Panis Angelicus
4:36 Felix Namque Es
7:47 Kyrie

For more information and to purchase copies of the music (sheet music and recordings) visit:
http://www.catholicmusic.co.uk/

You can also download recordings of the music of Nicholas Wilton at http://www.tutti.co.uk/



The music of Nicholas Wilton & the paintings of Fra Angelico




.

Sunday, February 01, 2015

FEBRUARY 2 - The Presentation of the Lord - Feast - Light of all Nations - CANDLEMASS --- 2 ta' Frar - IL-PREŻENTAZZJONI TAL-MULEJ - Festa - DAWL TAL-ĠNUS - IL-GANDLORA --- & --- World Day for Consecrated Life - Jum Dinji għall-Ħajja Konsagrata


  
 
 
 
 
 
 
 
 
02 February 2021 Holy Mass for Consecrated persons Pope Francis
 
 
 
 
 
 
Quddiesa u Rużarju mill-Monasteru tas-Sorijiet Klarissi f'San Ġiljan - 2 ta' Frar, 2021  
 
 
 
 
 
 
https://bible.usccb.org/podcasts/video/2021-02-02-reflection-524
 
 
 
 
 
 
 
 
 

The Presentation in the Temple
Also called The Purification of the Virgin, The Meeting of our Lord in the Temple, or Candlemass





2 ta’ Frar hija l-Festa tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-Tempju kif ukoll Jum il-Ħajja Konsagrata. Fil-5.30pm Espozizzjoni tal-Ewkaristija, Ruzarju u Barka Sagramentali. Fis-6.00pm il-Kappillan imexxi Quddiesa Solenni bis-sehem tal-Kor Parrokkjali. Fiha jsir it-tberik u tqassim tax-xema’ tal-Gandlora.
Fi tmiem il-quddiesa jsir il-Bews tal-Bambin tal-Gandlora u purċissjoni ċkejkna fil-Knisja.

- Din il-Pittura ta' Ġuzeppi Cali tinsab fil-Knisja Parrokkjali, Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar, Malta.


- This painting by Guseppe Cali can be seen at the Parish Church of Our Lady of Sorrows in St Paul's Bay, Malta






Daily Reflection from "Bible Alive"

Presentation of the Lord • Luke 2:22-40
Mary and Joseph, as faithful and law-abiding Jews, had to wait forty days after the birth of their son before going to the temple in Jerusalem to offer sacrifice for Mary’s purification. Many families could not afford the required lamb and pigeon (or dove), so the law conceded that two pigeons or doves would suffice (Lev. 5:11; 12:2-8). The Torah stipulated that the first-born of both man and animal were to be consecrated to the Lord (Exod. 13:12-13). The animals were sacrificed but the human beings were set apart to serve the their God for the rest of their lives, although in practice the Levite priests actually served in place of the first-born males (Num. 3:11-13).
The Jewish people in Jesus’ day (and indeed in ours) awaited the consolation of Israel, the comfort the Messiah would bring on his appearing (Isa. 40:1-2). Simeon and Anna recognized immediately – clearly the work of the Holy Spirit – that Jesus was the Messiah, the ‘consolation of Israel’. Jesus is not just the consolation of Israel: he is the consolation of the whole world.
On this holy feast-day we each have an opportunity to consecrate our lives anew to the Lord. How do we do this? We can simply make a prayer of re-dedication to God which can take many forms. It can be a simple heartfelt prayer reaffirming our baptismal promises or a re-visiting of our religious or marriage vows. Or it can be a prayer which asks the Holy Spirit to renew our sense of vocation as a priest or religious or as a lay person in our chosen job, trade or profession.
We gave our life to the when we were baptized but the call to conversion continues to resound throughout our lives and ‘this second conversion is an uninterrupted task for the whole church’ (Catechism of the Catholic Church 1428). A re-dedication or renewal of vows or promises is a movement of conversion within our heart and is always a work of the Holy Spirit.
Today, step out in faith, whatever your vocation, whatever your calling, and give your life to the Lord, in the assurance of God’s grace, blessing and renewal in the power of the Holy Spirit.

Malachi 3:1-4 • Psalm 23(24):7-10
Luke 2:22-40

 
============


2 ta’ Frar
Il-Preżentazzjoni tal-Mulej
Solennità
 
Qari I
Mal 3,1-4
 
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Malakija
 
Dan jgħid il-Mulej :
“Araw, jiena se nibgħat il-messaġġier tiegħi
biex iħejji t-triq quddiemi,
u minnufih jidħol fit-tempju tiegħu
s-Sid li intom qegħdin tfittxu;
u l-anġlu tal-patt, li intom tixtiequ, arawh, ġej!”.
jgħid il-Mulej tal-eżerċti.
Imma min se jissaporti l-Jum tal-miġja tiegħu?
U min hu li se jieqaf meta jidher?
Għax hu bħan-nar ta’ wieħed li jsaffi
u bħas-sapun tal-ħassiela. 
U joqgħod isaffi u jnaddaf il-fidda,
 jnaddaf ’l ulied Levi,
u jsaffihom bħad-deheb u l-fidda,
u huma jsiru għall-Mulej
nies li jagħmlu l-offerta bis-sewwa. 
U tibda togħġbu lill-Mulej
l-offerta ta’ Ġuda u ta’ Ġerusalemm bħal dari,
bħal fis-snin l-imgħoddija.
 
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.
 
Salm Responsorjali
23, 7-10
 
R/. Il-Mulej hu s-Sultan tal-Glorja.
 
Intrefgħu, bibien, infetħu,
intom bibien ta’  dejjem,
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja! R/.
 
Min hu dan is-Sultan tal-glorja?
Hu l-Mulej tal-eżerċti:
dan hu s-Sultan tal-glorja! R/.
 
 
jew ...
 
Qari II
Sar jixbah lil ħutu f’kollox.
Lhud 2, 14-18
 
Qari mill-Ittra lil-Lhud.
 
Ħuti,
l-ulied għandhom l-istess demm u ġisem,
Ġesù wkoll bl-istess mod sar bħalhom,
biex b’mewtu jeqred is-setgħa
ta’ dak li kellu l-mewt f'idejh, jiġifieri x-Xitan,
u jeħles ’il dawk kollha li,
minħabba fil-biża’ tal-mewt,
kienu mjassrin għal għomorhom kollu. 
Għax tabilħaqq,
mhux lill-anġli jrid jgħin,
imma lil ulied Abraham. 
Għalhekk kellu jkun jixbah lil ħutu f'kollox,
biex ikun il-qassis il-kbir,
ħanin u fidil f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Alla,
u biex ipatti għal dnubiet il-poplu.
Għax, billi hu stess bata u kien imġarrab,
jaf jgħin lil dawk li huma fit-tiġrib.
 
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.
 
Akklamazzjoni għall-Evanġelju
Lq 2, 32
 
R/. Hallelujah
Dawl biex idawwal il-ġnus
u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.
R/. Hallelujah
 
Evanġelju
Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek.
Lq 2, 22-40
 

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa.
Meta għalqilhom iż-żmien għat-tisfija tagħhom, skont il-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù f’Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, bħalma hu miktub fil-Liġi tal-Mulej, ‘Kull tifel li jitwieled l-ewwel wieħed, ikun ikkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad fil-Liġi tal-Mulej.

Kien hemm f’Ġerusalemm raġel jismu Xmun. Dan kien raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Israel, u l-Ispirtu s-Santu kien fuqu. U kien imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu li ma kienx sa jara l-mewt qabel ma jara lil Kristu l-Mulej. Ġie mela fit-Tempju, imqanqal mill-Ispirtu, u xħin il-ġenituri ġiebu t-tarbija Ġesù biex jagħmlulu dak li kienet trid il-Liġi, huwa ħadu fuq dirgħajh, bierek ’l Alla u qal: “Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem, skont kelmtek; għaliex għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek, li int ħejjejt għall-popli kollha: dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu tiegħek Israel.” Missieru u ommu baqgħu mistagħġba b’dak li kien qiegħed jingħad fuqu. Xmun berikhom, u qal lil Marija, ommu: “Ara, dan sa jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Israel; sa jkun sinjal u jmeruh – u int ukoll, min-naħa tiegħek, sejf jinfidlek ruħek! – ħalli jinkixfu l-ħsibijiet moħbija ta’ ħafna.”

Kien hemm ukoll waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta’  Aser.  Din  kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba’ snin miżżewġa, u mbagħad baqgħet armla. Sakemm kellha erbgħa u tmenin sena ma kinitx titwarrab mit- Tempju, lejl u nhar taqdi fis-sawm u t-talb. Dak il-ħin stess waslet, u bdiet tfaħħar ’l Alla u titkellem fuq it-tarbija ma’ dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa ta’ Ġerusalemm. Meta temmew kulma kellhom jagħmlu skont il-Liġi tal-Mulej, reġgħu lura lejn il-Galilija, fil-belt tagħhom Nazaret. U t-tifel baqa’ jikber u jitqawwa u jimtela bl-għerf. U l-grazzja t’Alla kienet fuqu.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.



 
 Luke 2:22-40 -- My eyes have seen your salvation - Għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek


 
          
Omelija tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta' Għawdex, fil-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju, il-Ħamis 2 ta' Frar 2017, fil-Katidral ta' Għawdex. (Bil-kortesija ta' Radju Katidral) 
https://w.soundcloud.com/player/?url=https://api.soundcloud.com/tracks/306080222


 
 
 
FEBRUARY 2nd - WORLD DAY OF CONSECRATED LIFE --- JUM IL-ĦAJJA KKONSAGRATA - 2 TA' FRAR
A Kingdom Foretold. The Consecrated Life.

 
 
 
 
 
 
Pope Francis - Holy Mass for Consecrated persons 2019-02-02
From St. Peter's Basilica, Holy Mass for Consecrated persons marking the XXIII World Day for Consecrated Life

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
.