MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER. The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
14 ta' Ottubru Festa Franġiskana tal-Madonna tas-Saħħa.
Il-Franġiskani Konventwali ġew Malta xi żmien qabel is-sena 1347, u kellhom l-ewwel kunvent u knisja tagħhom ħdejn l-isptar San Franġisk ir-Rabat li biż-żmien beda jssejjaħ l-isptar ta' Santu Spirtu. Qrib is-sena 1640 il-kunvent reġa' nbena mill-ġdid għax kien qdiem ħafna, u mbagħad il-knisja ġarrbet ħsarat kbar bit-terremot tas-sena 1693. Il-knisja nbniet mill-ġdid fl-1701 minn Lorenzo Gafa. F'din il-knisja beda jiġi meqjum kwadru tal-Madonna tas-Saħħa; biż-żmien il-kwadru nbidel, iżda d-devozzjoni kibret, u hemm rabta kbira ma' l-isptarijiet ta' Santu Spirtu u ta' Sawra li jinsabu fil-qrib. Il-kwadru tal-Madonna ġie nkurunat fl-4 ta' April 1948.
Talba lill-Madonna tas-Saħħa
Omm Qaddisa tal-Kbir Alla, Taħt il-mant tiegħek ilqagħna! La tirruftax it-talb minn tagħna. Fil-htiġijiet kollha tagħna! Dana lilek aħna ngħidu: O Marija, kun dejjem magħna! Mill-perikli inti ħarisna, Bit-talb tiegħek int qaddisna, Kun magħna dejjem pjetuża, O verġni mbierka u glorjuża!
R/. Bierek ruħ tiegħi il-Mulej li jfejjaq il-mard tiegħek kollu
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!
B’qalbi kollha nbierek l-isem qaddis tiegħu.
2Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej,
u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek. R/.
3Hu li jaħfer dnubietek kollha;
ifejjaq il-mard tiegħek kollu;
4jifdi lil ħajtek mill-qabar;
iħaddnek bit-tjieba u l-ħniena; R/.
6Il-Mulej jagħmel is-sewwa,
u l-ħaqq mal-maħqurin kollha.
7Hu għarraf lil Mosè l-ħsieb tiegħu,
l-għemejjel tiegħu lil ulied Iżrael. R/.
8Ħanin u twajjeb il-Mulej,
idum ma jagħdab u kollu mogħdrija.
10Ma mexiex magħna skont ma ħaqqhom ħtijietna;
ma ħallasniex skont ma ħaqqha ħżunitna. R/.
Qari II Qari mill-ktieb ta' Pawl Appostlu lill-Galatin 4:4-7
4 Ħuti, meta waslet il-milja taż-żmien, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-Liġi,5 biex jifdi lil dawk li kienu taħt il-Liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta’ wlied.6 U għax intom ulied, Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna jgħajjat: Abba! Missier!7 U hekk m’intix iżjed ilsir, iżda iben; u jekk iben, werriet ukoll bil-grazzja ta’ Alla.
Il-Kelma tal-Mulej R/. Irroddu ħajr lil Alla
AKKLAMAZZJONI QABEL L-EVANĠELJU Salm 60:13 / Salm 108:13
Hallelujah. R/. Hallelujah Agħtina l-għajnuna kontra l-għadu għax xejn ma tiswa l-għajnuna tal-bniedem. R/. Hallelujah
EVANĠELJU - GOSPEL
Ġw 2:1-11 -- Jesus Changes Water Into Wine - It-tieġ f'Kana
Or alternative Proper 1st Reading on October 14, Feast of Our Lady of Good Health - Jew Qari Propju tal-Ewwel Qari fl-14 t'Ottubru - Festa tal-Madonna tas-Saħħa, fil-Knejjes Franġiskana konventwali Malta u Għawdex.
QARI I
Qari mill-ktieb tal-Proverbji
Prov: 8, 22-35
22Il-Mulej kellu lili sa mill-bidu ta’ għemilu,
sa minn qabel l-eqdem għemejjel tiegħu.
23Sa minn dejjem twaqqaft,
mill-bidu, qabel ma nbdiet id-dinja.
24Kien għad m’hemmx l-ibħra l-kbar, meta tnissilt jien,
kien għad m’hemmx għejun inixxu l-ilma;
25qabel ma tqiegħdu l-muntanji,
qabel l-għoljiet jien twelidt.
26Kien għadu ma għamilx l-art bir-raba’ tagħha,
u lanqas l-ewwel traba tal-art.
27Meta ħejja s-smewwiet jien kont hemm,
meta ħażżeż dawra fuq wiċċ il-baħar kbir,
28meta saħħaħ is-smewwiet hemm fuq,
u qiegħed fis-sod in-nixxigħat ta’ qiegħ il-baħar;
29meta ħażżeż trufijiet il-baħar,
biex l-ilmijiet ma jaqbżux trufhom;
meta qiegħed sisien l-art,
30jien kont maġenbu bħala tfajjel,
l-għaxqa tiegħu, jum wara ieħor,
nitliegħeb il-ħin kollu quddiemu;
31nitliegħeb fuq l-art imħejjija għall-bnedmin,
nitgħaxxaq b’ulied il-bnedmin.
32U issa wliedi, isimgħu lili:
henjin dawk li jimxu fi triqati.
33Isimgħu t-tagħlim u tiksbu l-għerf,
u twarrbux it-tagħlim.
34Hieni l-bniedem li jismagħni,
li jishar kuljum wara biebi,
li jgħasses kuljum mal-għatba ta’ biebi;
35għax min isib lili jsib il-ħajja,
u jikseb l-imħabba tal-Mulej;
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
SALM RESPONSORJALI
Salm 102 (103), 1-4, 6-8, 10
R/. Bierek ruħ tiegħi il-Mulej li jfejjaq il-mard tiegħek kollu
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!
B’qalbi kollha nbierek l-isem qaddis tiegħu.
2Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej,
u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek. R/.
3Hu li jaħfer dnubietek kollha;
ifejjaq il-mard tiegħek kollu;
4jifdi lil ħajtek mill-qabar;
iħaddnek bit-tjieba u l-ħniena; R/.
6Il-Mulej jagħmel is-sewwa,
u l-ħaqq mal-maħqurin kollha.
7Hu għarraf lil Mosè l-ħsieb tiegħu,
l-għemejjel tiegħu lil ulied Iżrael. R/.
8Ħanin u twajjeb il-Mulej,
idum ma jagħdab u kollu mogħdrija.
10Ma mexiex magħna skont ma ħaqqhom ħtijietna;
ma ħallasniex skont ma ħaqqha ħżunitna. R/.
AKKLAMAZZJONI QABEL L-EVANĠELJU Salm 60:13 / Salm 108:13
Hallelujah. R/. Hallelujah Agħtina l-għajnuna kontra l-għadu għax xejn ma tiswa l-għajnuna tal-bniedem. R/. Hallelujah
EVANĠELJU
Dan li għamel Ġesù f’Kana tal-Galilija kien l-ewwel wieħed fost is-sinjali tiegħu. Ġw 2, 1-11
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, [Ġw:2:1] sar tieġ f'Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. [Ġw:2:2] Ġesù kien mistieden għat-tieġ hu wkoll flimkien mad-dixxipli tiegħu. [Ġw:2:3] Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: "Ma għandhomx inbid." [Ġw:2:4] U Ġesù qalilha: "X'hemm bejni u bejnek, mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx." [Ġw:2:5] Omm Ġesù qalet lill-qaddejja: "Agħmlu kull ma jgħidilkom hu." [Ġw:2:6] Issa kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, mqiegħda hemm għar-rit tal-purifikazzjoni tal-Lhud, kull waħda minnhom tasa' xi mitt jew mija u għoxrin litru. [Ġw:2:7] Ġesù qal lill-qaddejja: "Imlew il-ġarar bl-ilma." U dawk imlewhom sax-xifer. [Ġw:2:8] Mbagħad qalilhom: "Issa ħudu minnu u newwluh lil dak li qiegħed jieħu ħsieb il-mejda." U huma marru jagħtuhulu.
[Ġw:2:9] Hu daq l-ilma mibdul fi nbid; u billi ma kienx jaf mnejn ġie, għalkemm il-qaddejja li ħadu mill-ilma kienu jafu, sejjaħ lill-għarus [Ġw:2:10] u qallu: "Kulħadd l-inbid it-tajjeb iservi l-ewwel; meta mbagħad ikun ħadhom iġibu dak li jkun inqas tajjeb. Imma int l-inbid it-tajjeb erfajtu sa issa."
[Ġw:2:11] Dan li għamel Ġesù f'Kana tal-Galilija kien l-ewwel wieħed fost is-sinjali tiegħu. Bih wera l-glorja tiegħu u d-dixxipli tiegħu emmnu fih.
Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu
E-Book - Is-santwarju tal-Madonna tas-Saħħa fir-Rabat ta' Malta