blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Saturday, July 05, 2014

The Power of the Blessed Virgin Mary /////// "THE BEST WAY TO BREAK AN ADDICTION IS TO NEVER START" /////// Ouija; Charlie Challenge...


Before Sr Emmanuel became a Religious Sister, she almost took her life. Listen to Sister's story of how she got into the ouija board and astrology that took her soul into a dark pit. By the grace of God, she was saved from her 5 o'clock death plan.

“I had an appointment with Death at 5 pm.” Sr Emmanuel's Personal Testimony - 14 May 2020






Ouija







Charlie Challenge: Curia advises parents to talk about game in a ‘calm and mature’ way
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20150608/local/charlie-challenge-curia-advises-parents-to-talk-about-game-in-a-calm.571627





The Power of the Blessed Virgin Mary by Bishop Santay (Traditional Catholic Sermon)  




 ><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>  ><>


If I consult a medium, is it a small matter, or am I committing a large sin?



What Does the Church Teach About the Occult?
http://fathercarrozza.com/2013/05/25/if-i-consult-a-medium-is-it-a-small-matter-or-am-i-committing-a-large-sin/






IN MALTA

- http://www.kosmalta.org/

- http://www.kosmalta.org/minahna.html

- http://www.kosmalta.org/df.html





















.


Wednesday, July 02, 2014

JULY 3 - FEAST OF SAINT THOMAS, APOSTLE


 
 
GOSPEL --- Jn 20:24 29 -- Jesus Appears to Thomas - Ġesù u Tumas
 
Ġesù u Tumas
[Ġw:20:24] Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. [Ġw:20:25] Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: "Rajna l-Mulej." Iżda hu qalilhom: "Jekk ma narax f'idejh il-marka ta' l-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka ta' l-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx." [Ġw:20:26] Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom. Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f'nofshom, u qalilhom: "Is-sliem għalikom!" [Ġw:20:27] Mbagħad qal lil Tumas: "Ġib sebgħek hawn u ara idejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen." [Ġw:20:28] Wieġeb Tumas u qallu: "Mulej tiegħi u Alla tiegħi!" [Ġw:20:29] Qallu Ġesù: "Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu."
 
 

July 1 - Blessed Ignatius Falzon --- IL-BEATU NAZJU FALZON - 1 ta' Lulju



Quddiesa u Rużarju mill-Knisja ta' Ġieżu, Il-Belt Valletta - 1 ta' Lulju, 2021 (fiż-żmien il-pandemija)
. .



 











1 ta’ Lulju
Tifkira tal-BEATU NAZJU FALZON
(1813-1865)


Kjerku Sekular tat-Tielet Ordni...


Nazju Falzon twieled fl-1 ta’ Lulju 1813 fil-Belt Valletta
u tgħammed fil-Parroċċa Matriċi ta’ Sidtna Marija
tal-Portusalvu u San Duminku. Meta kellu ħmistax-il sena
rċieva l-abitu klerikali u aktar tard ħa l-erba’ ordnijiet minuri.
Ta’ għoxrin sena kiseb il-lawrja fil-Liġi Kanonika u Ċivili
mill-Università ta’ Malta, iżda qatt ma eżerċita l-professjoni
ta’ avukat u lanqas ma rċieva l-Ordnijiet Sagri għax ħass
li ma kienx jixraqlu. Kien bniedem mogħti għat-talb, kellu
devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija, il-Verġni Mqaddsa u San
Ġużepp. Il-missjoni tiegħu kienet it-tagħlim tal-katekiżmu.
Hu beda jgħallem lit-tfal iżda baqa’ magħruf l-aktar għall-missjoni
kateketika mas-suldati u l-baħrin Ingliżi. Ġibed
ħafna minnhom għall-fidi Kattolika, u xi wħud minnhom
bil-ħidma tiegħu saru saħansitra saċerdoti u reliġjużi. Din
il-ħidma kien iwettaqha bil-għajnuna tal-lajċi. Miet fl-1 ta’
Lulju 1865 dakinhar stess li għalaq 52 sena. Ġie ddikjarat beatu
mill-Papa San Ġanni Pawlu II fid-9 ta’ Mejju 2001.



 =====================================


Blessed Nazju Falzon
https://catholicsaints.info/blessed-nazju-falzon/


=====================================

Considering foreigners as an opportunity and not a threat - The Auxiliary Bishop 

Li tqis lill-barranin bħala opportunità u mhux theddida - L-Isqof Awżiljarju
http://thechurchinmalta.org/mt/posts/79684/li-tqis-lill-barranin-bhala-opportunita-u-mhux-theddida---l-isqof-awziljarju

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Il-Knisja Ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta
1 ta’ Lulju 2019
“Il-barranin li hawn f’pajjiżna huma bnedmin bħalna bl-istess dinjità umana bħal tagħna u bl-istess jeddijiet fundamentali li ngawdu aħna. Jekk il-barrani għadu ma ltaqax ma’ Kristu Ġesù, x’jgħid meta jiltaqa’ magħna, il-familja ta’ Ġesù, u jismagħna nitkellmu fuq il-Mulej? X’jgħid meta jara kif ngħixu l-barkiet li għallimna Ġesù stess? X’jgħid meta jara kif niċċelebraw il-fidi tagħna?... Illum imiss lilna nagħtu xhieda ta’ dan id-Dawl lil ħutna l-bnedmin li jinsabu fostna u magħna. Illum nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex idawwal il-menti u l-qlub tagħna bid-dawl, bil-ħeġġa u bl-imħabba tiegħu għal kulħadd, inkluż għall-barranin li jgħixu fostna.”
Dawn iż-żewġ siltiet mill-Ittra Pastorali ta’ Għid il-Ħamsin ta’ din is-sena jfakkruna ħafna fil-Beatu Nazju Falzon li llum qed niċċelebraw il-festa tiegħu. Nazju Falzon għex bejn l-1813 u l-1865, miet fl-istess ġurnata li twieled, fl-1 ta’ Lulju.
Kellu trobbija tajba ħafna fil-Belt Valletta minn ġenituri magħrufin għall-onestà u t-tjubija tagħhom. Kien tifel intelliġenti u mexa ħafna ’l quddiem fl-iskola u fl-Università, fejn ta’ 21 kellu diġà l-lawrja ta’ avukat u gradwat fit-teoloġija.

Appostolat fost is-suldati u l-baħrin
Nazju Falzon baqa' magħruf għall-appostolat li kien jagħmel fost ir-reġimenti Ingliżi li kienu Malta għal aktar minn 20 sena. Kien żmien meta pajjiżna kien kolonja Ingliża. Il-portijiet Maltin kienu mimlija suldati u baħrin Ingliżi, fejn kien ikun hemm ankrati vapuri tal-flotta Ingliża. Mijiet ta' suldati u baħrin Ingliżi ta’ kuljum kienu jimlew it-toroq tal-Belt.
Nazju Falzon ma kienx jara theddida fil-barranin, imma opportunità. Hu xtaq li jkun ta’ ġid għalihom. Kien studja l-Ingliż – ħaġa rari dak iż-żmien – u kellu doni speċjali li jaf kif isir ħabib ta’ diversi minnhom u jistedinhom għal-laqgħat ta’ tagħlim. Għall-ewwel kien jiġbor lil dawk fosthom li kienu Kattoliċi fid-dar tiegħu fi Triq id-Dejqa, il-Belt. Ma’ dawn kien ikun hemm oħrajn li jitħajru u mbagħad iktar tard jitgħammdu – fil-fatt kienu ’l fuq minn 600 dawk li tgħammdu wara li ltaqgħu miegħu. Kien hemm min imur biex jiftaħ qalbu miegħu. Ħafna drabi, hu kien isir jaf il-familja tagħhom, b’mod speċjali ta’ dawk li kienu stazzjonati f’Malta u kien jieħu ħsiebhom spiritwalment.
Fil-quddiesa tal-Beatifikazzjoni ta’ Nazju Falzon fid-9 ta’ Mejju 2001, Papa Ġwanni Pawlu II hekk iddeskriva din il-ħidma tiegħu: “Ċaħad is-suċċess tad-dinja li kien imħejji għalih mit-trobbija tiegħu biex jaqdi l-ġid spiritwali tal-oħrajn inkluż il-ħafna suldati u baħrin Ingliżi li kienu stazzjonati Malta dak iż-żmien. Fl-imġiba tiegħu magħhom, li ftit biss minnhom kienu Kattoliċi, għex minn qabel l-ispirtu ekumeniku ta’ rispett u djalogu li llum aħna midħla tiegħu imma li dak iż-żmien ma kienx daqshekk mifrux.”

Jgħallem u jagħmel il-karità
Nazju Falzon għaqqad f’ħajtu b’mod sabiħ ħafna ix-xandir tal-Kelma ta’ Alla u l-ħidma ta’ karità. Hu uża t-talenti li Alla tah u t-taħriġ intellettwali tiegħu għas-servizz tal-ħidma kateketika. Kellu viżjoni sabiħa tal-formazzjoni kemm tat-tfal kif ukoll tal-adulti.  Kien jgħin mhux biss bit-tagħlim imma wkoll finanzjarjament. Kien jagħmel ħafna karità moħbija – jagħti flus lill-foqra, u jgħidilhom biex ma jgħidu lil ħadd.
San Ġwanni Pawlu II hekk qal fuqu: “L-appostlu Pawlu kiteb li kull wieħed għandu jagħti skont ma jidhirlu hu minn rajh mhux fuq il-qalb jew bilfors għax Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ. Il-Beatu Nazju kien wieħed li ta bil-bosta u bil-qalb u n-nies raw fih mhux biss enerġija bla tarf imma wkoll paċi profonda u mħabba.”

L-għejun li minnhom xorob
Għal din il-ħidma tiegħu, u għall-ħajja kollha tiegħu, Nazju Falzon kien isib il-qawwa u l-ispirazzjoni tiegħu l-ewwel nett f’Ġesù Ewkaristija, kemm bis-sehem tiegħu fil-quddiesa kif ukoll bit-talb quddiem it-tabernaklu. Kien devot kbir ta’ Marija, u jitlob b’ħeġġa t-talba tar-Rużarju. U kien iħobb ħafna wkoll lil San Ġużepp.
Il-Papa Ġwanni Pawlu II fisser dawn bħala l-għejun li minnhom xorob Nazju Falzon u għamel din l-istedina lill-Insara Maltin: “Dawn huma għejun ta’ grazzja minn fejn l-insara kollha jistgħu jixorbu. Il-qdusija u l-ħeġġa għas-Saltna ta’ Alla jitkattru speċjalment fejn il-parroċċi u l-komunitajiet iħeġġu t-talb u d-devozzjoni lejn is-sagrament imqaddes.”

Mill-frott tagħhom tagħrfuhom
Ġesù jgħid: “Mill-frott tagħhom tagħrfuhom.” Nazju Falzon għex ħajja li ħalliet ħafna frott sabiħ. Hu ma kienx saċerdot bħal tnejn minn ħutu, għax ried jibqa’ kjeriku wara li ħa l-Ordnijiet minuri fl-1831. Għaraf il-vokazzjoni tiegħu li jressaq diversi nies lejn Ġesù, speċjalment bil-ħidma tiegħu ta’ tagħlim.
Fid­-dokumenti fuq il-hajja ta’ Nazju Falzon imħejjija għall-process  tal-Kanonizzazzjoni, insibu fatt helu dwar frott ta’ ħidma tiegħu – il-vokazzjoni ta' Patri Frangiskan Konventwal.
Kien hemm familja ta’ nazzjonalità Irlandiża – il-familja Doyle – li kienet għadha kemm waslet minn Korfù u ġiet toqgħod Tas-Sliema. Mill-ewwel saret midħla ta’ Nazju Falzon. Kienu jmorru l-Belt, il-familja kollha, għal-laqgħat li hu kien jagħmel fil-Knisja tal-Ġiżwiti. Darba, wieħed mit-tfal ta’ din il-familja, Frederick, kellem lil Nazju Falzon biex jieħu parir dwar il-vokazzjoni reliġjuża tiegħu. Xtaq isir Franġiskan. Nazju segwa liż-żagħżugħ u ħadu fil-kunvent ta’ San Franġisk tal-Belt Valletta (Triq Irjali, illum Triq ir-Repubblika), u ħallieh f’idejn is-Superjur, Patri Pawl Anton Sillato, li kien saċerdot ta’ ħajja qaddisa. Eventwalment Frederick sar saċerdot. Il-bidu tal-vokazzjoni reliġjuża kien fil-laqgħat li kienu jsiru fil-Knisja tal-Ġiżwiti flimkien mas-suldati.
Illum irroddu ħajr lil Alla ta’ Nazju Falzon. Nitolbu bl-interċessjoni tiegħu biex is-soċjetà Maltija jkollha nies bħalu kollhom ħeġġa biex iwasslu l-Kelma ta’ Alla, biex jgħinu lil dawk fil-bżonn, u biex jagħtu din ix-xhieda sabiħa tal-Fidi Nisranija wkoll mal-barranin.

Joseph Galea-Curmi   Isqof Awżiljarju




=====================================


Nazju Falzon








http://en.wikipedia.org/wiki/Nazju_Falzon





.