blank'/> SHARING THE REAL TRUTH

Wednesday, July 02, 2014

JULY 3 - FEAST OF SAINT THOMAS, APOSTLE


 
 
GOSPEL --- Jn 20:24 29 -- Jesus Appears to Thomas - Ġesù u Tumas
 
Ġesù u Tumas
[Ġw:20:24] Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. [Ġw:20:25] Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: "Rajna l-Mulej." Iżda hu qalilhom: "Jekk ma narax f'idejh il-marka ta' l-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka ta' l-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx." [Ġw:20:26] Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom. Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f'nofshom, u qalilhom: "Is-sliem għalikom!" [Ġw:20:27] Mbagħad qal lil Tumas: "Ġib sebgħek hawn u ara idejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen." [Ġw:20:28] Wieġeb Tumas u qallu: "Mulej tiegħi u Alla tiegħi!" [Ġw:20:29] Qallu Ġesù: "Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu."
 
 

July 1 - Blessed Ignatius Falzon --- IL-BEATU NAZJU FALZON - 1 ta' Lulju



Quddiesa u Rużarju mill-Knisja ta' Ġieżu, Il-Belt Valletta - 1 ta' Lulju, 2021 (fiż-żmien il-pandemija)
. .



 











1 ta’ Lulju
Tifkira tal-BEATU NAZJU FALZON
(1813-1865)


Kjerku Sekular tat-Tielet Ordni...


Nazju Falzon twieled fl-1 ta’ Lulju 1813 fil-Belt Valletta
u tgħammed fil-Parroċċa Matriċi ta’ Sidtna Marija
tal-Portusalvu u San Duminku. Meta kellu ħmistax-il sena
rċieva l-abitu klerikali u aktar tard ħa l-erba’ ordnijiet minuri.
Ta’ għoxrin sena kiseb il-lawrja fil-Liġi Kanonika u Ċivili
mill-Università ta’ Malta, iżda qatt ma eżerċita l-professjoni
ta’ avukat u lanqas ma rċieva l-Ordnijiet Sagri għax ħass
li ma kienx jixraqlu. Kien bniedem mogħti għat-talb, kellu
devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija, il-Verġni Mqaddsa u San
Ġużepp. Il-missjoni tiegħu kienet it-tagħlim tal-katekiżmu.
Hu beda jgħallem lit-tfal iżda baqa’ magħruf l-aktar għall-missjoni
kateketika mas-suldati u l-baħrin Ingliżi. Ġibed
ħafna minnhom għall-fidi Kattolika, u xi wħud minnhom
bil-ħidma tiegħu saru saħansitra saċerdoti u reliġjużi. Din
il-ħidma kien iwettaqha bil-għajnuna tal-lajċi. Miet fl-1 ta’
Lulju 1865 dakinhar stess li għalaq 52 sena. Ġie ddikjarat beatu
mill-Papa San Ġanni Pawlu II fid-9 ta’ Mejju 2001.



 =====================================


Blessed Nazju Falzon
https://catholicsaints.info/blessed-nazju-falzon/


=====================================

Considering foreigners as an opportunity and not a threat - The Auxiliary Bishop 

Li tqis lill-barranin bħala opportunità u mhux theddida - L-Isqof Awżiljarju
http://thechurchinmalta.org/mt/posts/79684/li-tqis-lill-barranin-bhala-opportunita-u-mhux-theddida---l-isqof-awziljarju

L-omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi
Il-Knisja Ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta
1 ta’ Lulju 2019
“Il-barranin li hawn f’pajjiżna huma bnedmin bħalna bl-istess dinjità umana bħal tagħna u bl-istess jeddijiet fundamentali li ngawdu aħna. Jekk il-barrani għadu ma ltaqax ma’ Kristu Ġesù, x’jgħid meta jiltaqa’ magħna, il-familja ta’ Ġesù, u jismagħna nitkellmu fuq il-Mulej? X’jgħid meta jara kif ngħixu l-barkiet li għallimna Ġesù stess? X’jgħid meta jara kif niċċelebraw il-fidi tagħna?... Illum imiss lilna nagħtu xhieda ta’ dan id-Dawl lil ħutna l-bnedmin li jinsabu fostna u magħna. Illum nitolbu lill-Ispirtu s-Santu biex idawwal il-menti u l-qlub tagħna bid-dawl, bil-ħeġġa u bl-imħabba tiegħu għal kulħadd, inkluż għall-barranin li jgħixu fostna.”
Dawn iż-żewġ siltiet mill-Ittra Pastorali ta’ Għid il-Ħamsin ta’ din is-sena jfakkruna ħafna fil-Beatu Nazju Falzon li llum qed niċċelebraw il-festa tiegħu. Nazju Falzon għex bejn l-1813 u l-1865, miet fl-istess ġurnata li twieled, fl-1 ta’ Lulju.
Kellu trobbija tajba ħafna fil-Belt Valletta minn ġenituri magħrufin għall-onestà u t-tjubija tagħhom. Kien tifel intelliġenti u mexa ħafna ’l quddiem fl-iskola u fl-Università, fejn ta’ 21 kellu diġà l-lawrja ta’ avukat u gradwat fit-teoloġija.

Appostolat fost is-suldati u l-baħrin
Nazju Falzon baqa' magħruf għall-appostolat li kien jagħmel fost ir-reġimenti Ingliżi li kienu Malta għal aktar minn 20 sena. Kien żmien meta pajjiżna kien kolonja Ingliża. Il-portijiet Maltin kienu mimlija suldati u baħrin Ingliżi, fejn kien ikun hemm ankrati vapuri tal-flotta Ingliża. Mijiet ta' suldati u baħrin Ingliżi ta’ kuljum kienu jimlew it-toroq tal-Belt.
Nazju Falzon ma kienx jara theddida fil-barranin, imma opportunità. Hu xtaq li jkun ta’ ġid għalihom. Kien studja l-Ingliż – ħaġa rari dak iż-żmien – u kellu doni speċjali li jaf kif isir ħabib ta’ diversi minnhom u jistedinhom għal-laqgħat ta’ tagħlim. Għall-ewwel kien jiġbor lil dawk fosthom li kienu Kattoliċi fid-dar tiegħu fi Triq id-Dejqa, il-Belt. Ma’ dawn kien ikun hemm oħrajn li jitħajru u mbagħad iktar tard jitgħammdu – fil-fatt kienu ’l fuq minn 600 dawk li tgħammdu wara li ltaqgħu miegħu. Kien hemm min imur biex jiftaħ qalbu miegħu. Ħafna drabi, hu kien isir jaf il-familja tagħhom, b’mod speċjali ta’ dawk li kienu stazzjonati f’Malta u kien jieħu ħsiebhom spiritwalment.
Fil-quddiesa tal-Beatifikazzjoni ta’ Nazju Falzon fid-9 ta’ Mejju 2001, Papa Ġwanni Pawlu II hekk iddeskriva din il-ħidma tiegħu: “Ċaħad is-suċċess tad-dinja li kien imħejji għalih mit-trobbija tiegħu biex jaqdi l-ġid spiritwali tal-oħrajn inkluż il-ħafna suldati u baħrin Ingliżi li kienu stazzjonati Malta dak iż-żmien. Fl-imġiba tiegħu magħhom, li ftit biss minnhom kienu Kattoliċi, għex minn qabel l-ispirtu ekumeniku ta’ rispett u djalogu li llum aħna midħla tiegħu imma li dak iż-żmien ma kienx daqshekk mifrux.”

Jgħallem u jagħmel il-karità
Nazju Falzon għaqqad f’ħajtu b’mod sabiħ ħafna ix-xandir tal-Kelma ta’ Alla u l-ħidma ta’ karità. Hu uża t-talenti li Alla tah u t-taħriġ intellettwali tiegħu għas-servizz tal-ħidma kateketika. Kellu viżjoni sabiħa tal-formazzjoni kemm tat-tfal kif ukoll tal-adulti.  Kien jgħin mhux biss bit-tagħlim imma wkoll finanzjarjament. Kien jagħmel ħafna karità moħbija – jagħti flus lill-foqra, u jgħidilhom biex ma jgħidu lil ħadd.
San Ġwanni Pawlu II hekk qal fuqu: “L-appostlu Pawlu kiteb li kull wieħed għandu jagħti skont ma jidhirlu hu minn rajh mhux fuq il-qalb jew bilfors għax Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ. Il-Beatu Nazju kien wieħed li ta bil-bosta u bil-qalb u n-nies raw fih mhux biss enerġija bla tarf imma wkoll paċi profonda u mħabba.”

L-għejun li minnhom xorob
Għal din il-ħidma tiegħu, u għall-ħajja kollha tiegħu, Nazju Falzon kien isib il-qawwa u l-ispirazzjoni tiegħu l-ewwel nett f’Ġesù Ewkaristija, kemm bis-sehem tiegħu fil-quddiesa kif ukoll bit-talb quddiem it-tabernaklu. Kien devot kbir ta’ Marija, u jitlob b’ħeġġa t-talba tar-Rużarju. U kien iħobb ħafna wkoll lil San Ġużepp.
Il-Papa Ġwanni Pawlu II fisser dawn bħala l-għejun li minnhom xorob Nazju Falzon u għamel din l-istedina lill-Insara Maltin: “Dawn huma għejun ta’ grazzja minn fejn l-insara kollha jistgħu jixorbu. Il-qdusija u l-ħeġġa għas-Saltna ta’ Alla jitkattru speċjalment fejn il-parroċċi u l-komunitajiet iħeġġu t-talb u d-devozzjoni lejn is-sagrament imqaddes.”

Mill-frott tagħhom tagħrfuhom
Ġesù jgħid: “Mill-frott tagħhom tagħrfuhom.” Nazju Falzon għex ħajja li ħalliet ħafna frott sabiħ. Hu ma kienx saċerdot bħal tnejn minn ħutu, għax ried jibqa’ kjeriku wara li ħa l-Ordnijiet minuri fl-1831. Għaraf il-vokazzjoni tiegħu li jressaq diversi nies lejn Ġesù, speċjalment bil-ħidma tiegħu ta’ tagħlim.
Fid­-dokumenti fuq il-hajja ta’ Nazju Falzon imħejjija għall-process  tal-Kanonizzazzjoni, insibu fatt helu dwar frott ta’ ħidma tiegħu – il-vokazzjoni ta' Patri Frangiskan Konventwal.
Kien hemm familja ta’ nazzjonalità Irlandiża – il-familja Doyle – li kienet għadha kemm waslet minn Korfù u ġiet toqgħod Tas-Sliema. Mill-ewwel saret midħla ta’ Nazju Falzon. Kienu jmorru l-Belt, il-familja kollha, għal-laqgħat li hu kien jagħmel fil-Knisja tal-Ġiżwiti. Darba, wieħed mit-tfal ta’ din il-familja, Frederick, kellem lil Nazju Falzon biex jieħu parir dwar il-vokazzjoni reliġjuża tiegħu. Xtaq isir Franġiskan. Nazju segwa liż-żagħżugħ u ħadu fil-kunvent ta’ San Franġisk tal-Belt Valletta (Triq Irjali, illum Triq ir-Repubblika), u ħallieh f’idejn is-Superjur, Patri Pawl Anton Sillato, li kien saċerdot ta’ ħajja qaddisa. Eventwalment Frederick sar saċerdot. Il-bidu tal-vokazzjoni reliġjuża kien fil-laqgħat li kienu jsiru fil-Knisja tal-Ġiżwiti flimkien mas-suldati.
Illum irroddu ħajr lil Alla ta’ Nazju Falzon. Nitolbu bl-interċessjoni tiegħu biex is-soċjetà Maltija jkollha nies bħalu kollhom ħeġġa biex iwasslu l-Kelma ta’ Alla, biex jgħinu lil dawk fil-bżonn, u biex jagħtu din ix-xhieda sabiħa tal-Fidi Nisranija wkoll mal-barranin.

Joseph Galea-Curmi   Isqof Awżiljarju




=====================================


Nazju Falzon








http://en.wikipedia.org/wiki/Nazju_Falzon





.

Tuesday, July 01, 2014

PENTECOST - The Birthday of the Church ---- Fr Ed Broom OMV - Blog --- THE WAY TO THE INVASION OF THE HOLY SPIRIT...




INVASION OF THE HOLY SPIRIT! TEN POWERFUL TOOLS!
http://fredbroom.blogspot.com/2014/06/invasion-of-holy-spirit-ten-powerful.html


HOLY SPIRIT - How to recognize His Inspirations and how to say YES!  





INSPIRATIONS FROM THE HOLY SPIRIT
http://fredbroom.blogspot.com/2012/05/inspirations-from-holy-spirit.html





FROM Fr. Ed Broom OMV - Blog
http://fredbroom.blogspot.com/



HOW MUCH DO YOU KNOW OR NOT KNOW?
http://fredbroom.blogspot.com/2014/06/how-much-do-you-know-or-not-know.html






two sites in YOUTUBE:-

FatherBroomOMV
https://www.youtube.com/channel/UCkFRMnyG4hrRxPitX7xCnMQ

FatherEd Broom
https://www.youtube.com/channel/UC9A1Ss5DdHHqsjDVrFn7Ytw


ALSO:

Fr. Ed Broom, OMV
http://catholicexchange.com/author/frfredbroom


Podcasts...

http://www.podomatic.com/profile/calloftheking

.


June 30 --- The first holy martyrs of the Roman Church -&- 30 ta' Ġunju - Tifkira Liturġika tal-Martirju tal-Appostlu Missierna San Pawl.

 
The First Holy Martyrs of the Roman Church 





 
June 30, (Proper Gospel)
Mt 24:4-13 -- Signs of the End of the Age, Persecution - Beware -- Il-bidu tat-tbatijiet

[Mt:24:4] U Ġesù weġibhom: "Araw li ħadd ma jqarraq bikom. [Mt:24:5] Għax għad jiġu ħafna f'ismi u jgħidu 'Jien hu l-Messija,' u jqarrqu b'ħafna nies. [Mt:24:6] Għad tisimgħu min jitkellem fuq gwerer u xnigħat ta' gwerer. Iftħu għajnejkom u titħawwdu xejn, għax dan jeħtieġ li jiġri, imma għadu m'huwiex it-tmiem. [Mt:24:7] Għax għad iqum ġens kontra ġens u saltna kontra saltna, ikun hawn ġuħ kbir, u l-art titheżheż f'ħafna bnadi. [Mt:24:8] Dan kollu jkun il-bidu ta' tbatija kbira. [Mt:24:9] Mbagħad jagħtukom f'idejn min iħabbatkom u joqtolkom; u l-ġnus kollha jsiru jobogħdukom minħabba f'ismi. [Mt:24:10] U jkun hemm ħafna li jitfixklu, li jittradixxu lil xulxin u jinbagħdu bejniethom. [Mt:24:11] Iqumu bosta profeti foloz u jqarrqu b'ħafna nies. [Mt:24:12] Joktor il-ħażen, u għalhekk l-imħabba tibred f'ħafna. [Mt:24:13] Imma min jibqa' jżomm sħiħ sa l-aħħar, dan isalva.




><>            ><>            ><>
 
Martyrs  




 

 

Rome commemorates martyrs from the first persecution



Find out where modern Christian martyrs are honoured in Rome  





=======================================
=======================================
=======================================

30 ta' Ġunju
Tifkira Liturġika tal-Martirju tal-Appostlu Missierna San Pawl.


Pittura ta' San Pawl fil-knisja parrokkjali ta' San Pawl il-Baħar, Marija Addolorata, xogħol Adonai Camilleri Cauchi li saret fis-sena 2021


Grajja tal-Martirju ta' San Pawl.

Disa’ snin sħaħ martirju

Nistgħu ngħidu, mingħajr ma niżbaljaw, li l-aħħar disa’ snin ta’ ħajtu, għal Pawlu kienu fil-fatt martirju l-ħin kollu. Kien fis-sena 58, hekk kif wasal lura Ġerusalemm mit-tielet vjaġġ missjunarju tiegħu f’Antijokja tas-Sirja, f’Efesu, fil-Maċedonja, f’Korintu, f’Filippi u f’Ċesarea, li l-Lhud waħħlu f’rashom li joqtluh. Kif mar fit-tempju, qamet rewwixta sħiħa kontrih u bdew isawtuh bla ħniena. Dakinhar Pawlu ħelisha mill-mewt bis-saħħa tas-suldati Rumani li ħaduh f’idejhom, u wara arrestawh, bagħtuh fil-ħabs ta’ Ċesarija. 

F’dan il-ħabs dam sentejn sħaħ fi żmien il-gvernaturi Rumani Feliċ u Festus li t-tnejn kienu konvinti li kien bla ħtija. Iżda xorta waħda baqgħu ma ħelsuhx mill-ħabs minkejja d-difiża qawwija tiegħu għax kienu jibżgħu mill-Lhud. Kien f’għeluq it-tieni sena tiegħu fil-ħabs li waqt li deher quddiem Festus, meta xamm li l-kawża tiegħu kienet ġejja fit-tul, inqeda bil-jedd li kellu ta ċittadin Ruman, appella l-kawża tiegħu quddiem Ċesari. Wara li Festus ikkonsulta mal-kunsill tiegħu, qallu: “Int appellajt għal quddiem Ċesari, u quddiem Ċesari tmur” (Atti, 25, 12).

Fi triqtu lejn Ruma

Ma għaddiex żmien wisq li Pawlu, flimkien ma’ għadd ta’ priġunieri oħra, beda l-vjaġġ tiegħu lejn Ruma taħt il-ħarsien taċ-ċenturjun Ġulju. Kien vjaġġ twil. Hekk kif ħallew ix-xtajta tal-provinċja ta’ Liċja, il-bastiment inqabad f’maltempata kbira u wara erbatax-il lejl, il-bastiment tkaxkar lejn ix-xtajtiet ta’ Malta sakemm tfarrak mal-blat. Iżda minkejja l-periklu kbir li sab ruħu fih Pawlu u dawk li kienu miegħu, ħadd minnhom ma tilef ħajtu.

Bir-raġun aħna l-Maltin ma nehdewx niċċelebraw u nfakkru din id-diżgrazzja kbira. Għax għalina din kienet diżgrazzja bi grazzja għaliex wasslitilna b’mod providenzjali lil Pawlu li baqa’ fostna għal tliet xhur sħaħ. Iżda fl-istess waqt ma nistgħux ninsew il-martirju kbir li għadda minnu Pawlu u sħabu l-oħra, waqt dan in-nawfraġju. Ma nistgħux ninsew li Pawlu kien wieħed mill-priġunieri li s-suldati riedu joqtlu għax beżgħu li xi ħadd minnhom seta’ jaħrab bil-għawm. Għat-tieni darba kien bis-saħħa ta’ ċenturjun li Pawlu salva ħajtu li ma ħalliex il-ħsieb tas-suldati jseħħ.

Sentejn priġunier f’Ruma

Kien fil-bidu tas-sena 61, li wara tliet xhur mill-wasla ta’ Pawlu f’Malta, flimkien mal-priġunieri l-oħra, kompla fi triqtu lejn Ruma fejn kellu jgħaddi sentejn oħra bħala priġunier, sakemm kellha tiġi ttrattata l-kawża tiegħu u jiġi kkundannat. Anki f’Ruma, l-affarijiet ħadu fit-tul u bħala priġunier ta’ ċittadinanza Rumana, għalkemm kien dejjem mgħasses, ħallewh għal sentejn sħaħ joqgħod fid-dar li kien kera. Hemm kien jilqa’ lil dawk kollha li kienu jiġu għandu, jxandrilhom is-Saltna t’Alla u jgħallimhom fuq il-Mulej Ġesù Kristu bil-kuraġġ u bla tfixkil. Kien f’dan iż-żmien li kiteb erba’ mill-isbaħ ittri tiegħu. Dan l-aħħar tagħrif li jagħtina San Luqa dwar Pawlu fi tmiem tal-Atti tal-Appostli. 

Wara sentejn, saret il-kawża u Pawlu kien liberat. Pawlu, minkejja dak kollu li kien għadu kif għadda minnu, mill-ewwel ħalla Ruma biex ikompli l-missjoni evanġelizzatriċi tiegħu u ta bidu għar-raba’ vjaġġ missjunarju tiegħu u mar fil-Punent Imbiegħed jigifieri fi Spanja. Wara li telaq minn Spanja, fil-bidu tas-sena 65, għal sentejn sħaħ reġa’ mar fil-Lvant iżur lill-knejjes li hu stess kien waqqaf f’Efesu,  il-Maċedonja, Kreta, Miletu u Korintu. 

Lura f’Ruma għall-aħħar darba

Kien fil-bidu tas-sena 67, li Pawlu reġa’ mar Ruma fejn l-Insara kienu jinsabu għaddejjin mit-tieni fażi tal-persekuzzjoni qalila kontrihom mill-Imperatur Neruni. Minkejja l-periklu kbir li kien jinsab fih, Pawlu xorta waħda baqa’ jippersisti fil-ħidma tiegħu tal-predikazzjoni. Issa kien fehem tajjeb li t-tmiem tiegħu kien fil-qrib kif juri biċ-ċar fit-tieni ittra tiegħu lil Timotju meta jgħidlu: “Żmien it-tluq tiegħi wasal. Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi. Mill-bqija hemm merfugħa għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li biha f’dak il-Jum, iħallasni l-Mulej, u mhux biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu għexu fl-imħabba tad-Dehra tiegħu.” (2 Tim, 4, 6).

Fil-fatt ma għaddiex żmien wisq li ma ġiex arrestat mill-awtoritajiet Rumani u mixħut fil-ħabs Tullianum, imsejjaħ Mamertinum, fost tant priġunieri ta’ qattagħni. Minħabba li bħala ċittadin Ruman kien taħt il-ħarsien tal-liġi imperjali, biex ikun iddikjarat ħati, kien meħtieġ li jsirulu żewġ akkużi qabel ma jiġi kkundannat.

Wara li saritlu l-ewwel akkuża kellhom jgħaddu x-xhur sakemm jerġa jittella’ l-qorti u ssirlu t-tieni akkuża. Fl-aħħar tellgħuh u saritlu l-aħħar akkuża. Kif kien mistenni, minkejja d-difiża qawwija u kuraġġuża tiegħu, mingħajr ebda prova, instab ħati u l-Imħallef qatagħhielu għall-mewt ta’ qtugħ ir-ras.

Il-martirju barra s-swar ta’ Ruma fis-sena 67

Skont id-drawwa tar-Rumani, jum qabel mewtu, Pawlu ġie meħud barra mill-belt marbut bil-ktajjen fil-post imsejjaħ Ad Aquas Salvas, xi tliet mili ’il bogħod mis-swar ta’ Ruma. Wara li ġie mneżża’ minn ħwejġu u msawwat, ġie marbut ma’ kolonna. Hekk kif baxxa rasu fuq il-kolonna, fost it-tgħajjir u t-theddid ta’ dawk li nġabru madwaru, wieħed mis-suldati resaq fuqu u niżżel ix-xabla tiegħu bis-saħħa kollha fuq għonqu. Kif ras Pawlu nfirdet minn ġismu u waqgħet mal-art f’għadira demm, skont tradizzjoni popolari antika, rasu kif messet mal-art qabżet tliet darbiet ftit ’il bogħod minnu, u kull fejn misset, ħarġu tliet għejun fejn ’il quddiem inbniet l-Abbazia delle Tre Fontane.

Kien f’nofs is-sena 90, li l-Isqof ta’ Ruma Klement I, f’ittra li kiteb lill-knisja ta’ Korintu, wara li semma’ l-martirju ta’ San Pietru, hekk kiteb fuq il-martirju ta’ San Pawl: “Arrestat seba’ darbiet, eżiljat, imħaġġar, huwa kien messaġġier ta’ Kristu fil-lvant u l-punent, u għall-fidi tiegħu akkwista l-glorja sħiħa. Wara li ppriedka l-ġustizzja lid-dinja kollha, u wara li wasal sat-tarf tal-punent, sofra l-martirju quddiem l-awtoritajiet. Hekk hu ħalla din id-dinja u kiseb il-lok qaddis u b’dan sar l-akbar mudell ta’ paċenżja.  (I Klement 5,2).

Il-ġisem mejjet ta’ Pawlu wara ġie midfun f’qabar f’għalqa, propjeta` ta’ waħda sinjura bl-isem ta’ Lucina fil-Via Ostiense. Kien fir-raba’ seklu li l-Insara ta’ Ruma qalgħu l-katavru minn dak il-qabar u difnuh fil-post imsejjaħ Ad Catacumbas fuq Via Appia. Iżda ’il quddiem, l-Imperatur Kostantinu bena bażilika żgħira fil-Via Ostiense fuq l-ewwel qabar ta’ San Pawl. Fis-sena ta’ wara, din l-ewwel bażilika ta’ Kostantinu komplew ikabbruha l-Imperaturi Teodosju, Valentinjanu II u Arkadju.

Fl-1823 din il-bażilika Rumana, imsejħa San Paolo Fuori Le Mura (San Pawl Barra l-Ħitan), inħakmet minn nirien kbar li qerduha. Kien il-Papa Ljun XII li wara ħa ħsieb li terga’ tinbena mill-ġdid fil-forma monumentali tagħha kif narawha llum, bil-faċċata kollha mużajċi u b’portiku mdawwar minn 150 kolonna. Kien il-Beatu Piju IX li kkonsagraha fl-1854.

Bejn l-2002 u l-2006 kien sar stħarriġ arkeoloġiku fuq il-fdalijiet antiki tal-Bażilika ta’ Kostantinu li jmorru lura għas-sena 390 meta din il-bażilika kienet tkabbret mill-Imperaturi Teodosju, Valentinjanu u Arkadju u li kienu ġew salvati wara ħruq tal-1823. Matul dawn l-iskjavi kien instab sarkofagu (kontenitur) kbir sempliċi tal-irħam bir-relikwji li tiegħu kien intilef kull ħjiel. Skont l-arkeologu tal-Mużewijiet tal-Vatikan, Giorgio Filippi li mexxa l-iskjavi, sa minn żmien ta’ Teodosju, dan kien meqjus bħala “il-qabar ta’ San Pawl.”

Kanonku Ġwann Ciarlo` B.A., Lic. D.