MAY THE LOVE OF JESUS CHRIST, BE ALWAYS IN OUR HEART TO KEEP US HUMBLE, GRATEFUL, MERCIFUL, FORGIVING --- O GOD, BLESS ALL THAT IS COMING FROM YOU AND BREAK ALL THAT IS NOT COMING FROM YOU, AMEN --- This site is just a drop from the immeasurable ocean in JESUS, THE IMAGE OF THE INVISIBLE GOD, HOLY TRINITY ONE GOD - HE IS THE WAY, THE TRUTH, THE LIFE - TEACHER, HEALER, REDEEMER --- The main purpose of this site is to make an easier access to Catholic Religion-related links.
Tuesday, April 15, 2014
Wednesday of Holy Week - Mt 26:14-25 -- Judas Agrees to Betray Jesus - It-tradiment ta' Ġuda
It-tradiment ta' Ġuda
(Mk14, 10-11 ; Lq 22, 3-6)
[Mt:26:14] Mbagħad wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar [Mt:26:15] u qalilhom: "Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f'idejkom?" U huma tawh tletin biċċa tal-fidda bħala ħlas. [Mt:26:16] Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biex jagħtihom lil Ġesù f'idejhom.
Ġesù jagħmel l-ikla ta' l-Għid mad-dixxipli
(Mk14, 12-21 ; Lq 22, 7-14, 21-23 ; Ġw 13, 21-30)
[Mt:26:17] Fl-ewwel jum ta' l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: "Fejn tridna nħejjulek l-ikla ta' l-Għid?" [Mt:26:18] U hu qalilhom: "Morru l-belt għand it-tali, u għidulu, 'Qallek l-Imgħallem: Is-siegħa tiegħi waslet; jien se nagħmel l-ikla ta' l-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi.' " [Mt:26:19] Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesù u ħejjew l-ikla ta' l-Għid. [Mt:26:20] Għall-ħin ta' filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax, [Mt:26:21] u waqt l-ikel qal: "Tassew ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini."[Mt:26:22] Huma bdew isewwdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom beda jsaqsih: "Jaqaw jien, Mulej?" [Mt:26:23] U Ġesù weġibhom: "Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak li se jittradini. [Mt:26:24] Bin il-bniedem imur kif hemm miktub fuqu imma ħażin għalih dak il-bniedem li permezz tiegħu Bin il-bniedem ikun mogħti f'idejn l-għedewwa! Kien ikun aħjar għalih dak il-bniedem li kieku ma twieled xejn !" [Mt:26:25] Qabeż Ġuda, dak li ttradieh, u qallu: "Jaqaw jien, Rabbi?" Wieġbu Ġesù: "Int qiegħed tgħidu."
Monday, April 14, 2014
Jn 13:21-33, 36-38 - Jesus Predicts - Ġesù jħabbar it-tradiment ta' Ġuda u ċ-ċaħda ta' Pietru
THE GOSPEL ON TUESDAY OF HOLY WEEK
--- 'What you are going to do, do quickly' ---
L-EVANĠELJU TAT-TLIETA TAL-ĠIMGĦA MQADDSA
Evanġelju
Wieħed minnkom se jittradini ... is-serduk ma jkunx idden qabel ma tkun
ċħadtni tliet darbiet.
Ġw 13, 21-33.36-38
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien, waqt li kien fil-mejda mad-dixxipli tiegħu,[Ġw:13:21]
Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: "Tassew tassew ngħidilkom
li wieħed minnkom se jittradini!" [Ġw:13:22] Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn
xulxin, ma jafux għal min qal hekk. [Ġw:13:23] Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak
li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b'rasu ma' sider Ġesù.
[Ġw:13:24] Xmun Pietru għamillu sinjal u staqsieh: "Għal min qiegħed
jgħid?" [Ġw:13:25] Dak, kif kien mimdud hekk fuq sider Ġesù, staqsieh:
"Min hu, Mulej?" [Ġw:13:26] Wieġbu Ġesù: "Dak li għalih se nbill
din il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu." Mbagħad bill biċċa ħobż, u
qabad u taha lil Ġuda ta' Xmun l-Iskarjota. [Ġw:13:27] Ġuda ħa l-biċċa ħobż u
daħal fih ix-Xitan. Qallu Ġesù: "Dak li se tagħmel, agħmlu u ddumx."
[Ġw:13:28] Imma ħadd minn dawk li kienu fuq il-mejda ma kien jaf għalfejn qallu
hekk. [Ġw:13:29] Billi Ġuda kien il-kaxxier, xi wħud stħajjlu lil Ġesù jgħidlu,
'Mur ixtri dak li neħtieġu għall-festa,' jew biex imur jagħti xi ħaġa lill-foqra.
[Ġw:13:30] Dak, wara li ħa l-biċċa ħobż, minnufih ħareġ 'il barra. Kien
billejl.
[Ġw:13:31] Kif ħareġ Ġuda, Ġesù qal: "Bin il-bniedem huwa
gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. [Ġw:13:32] Jekk Alla
huwa gglorifikat permezz ta' Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu
għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah. [Ġw:13:33] Uliedi, ftit ieħor
se ndum magħkom; intom tfittxuni, u bħalma għedt lil-Lhud, hekk ukoll ngħidu
issa lilkom: Fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu" [Ġw:13:36] Qallu
Xmun Pietru: "Fejn sejjer, Mulej?" U Ġesù wieġbu: "Fejn sejjer
jien, int għalissa ma tistax tiġi miegħi; imma tiġi warajja aktar tard."
[Ġw:13:37] Qallu Pietru: "Għaliex, Mulej, ma nistax niġi miegħek issa?
Għalik jiena nagħti ħajti!" [Ġw:13:38] Wieġbu Ġesù: "Inti, tagħti
ħajtek għalija? Tassew tassew ngħidlek li s-serduk ma jkunx idden qabel ma tkun
ċħadtni tliet darbiet!"
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.
Sunday, April 13, 2014
Monday of Holy Week - Jn 12:1-11 -- Jesus Anointed at Bethany - Id-dilka ta' Ġesù f'Betanja --- & --- Speed: The Reason For Extraordinary Ministers of Holy Communion?
12. Id-dilka ta' Ġesù f'Betanja
[Ġw:12:1] Sitt ijiem qabel il-festa ta' l-Għid Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. [Ġw:12:2] Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma' Ġesù. [Ġw:12:3] Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur, tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, mbagħad ixxuttathomlu b'xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ. [Ġw:12:4] Ġuda l-Iskarjota, wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li kien se jittradih, qal:[Ġw:12:5] "Din il-fwieħa għax ma nbigħetx tliet mitt dinar biex jingħataw lill-foqra?" [Ġw:12:6] Issa dan qalu mhux għax kien jimpurtah mill-foqra, imma għax kien ħalliel, u, billi hu kien il-kaxxier, kien jisraq kull ma kienu jaqilgħu. [Ġw:12:7] Qallu Ġesù: "Ħalliha, din il-fwieħa kienet refgħetha għal jum id-difna tiegħi. [Ġw:12:8] Il-foqra dejjem issibuhom magħkom, imma lili mhux dejjem issibuni."
Ftehim kontra Lazzru
[Ġw:12:9] Kotra kbira ta' Lhud saru jafu li hu kien qiegħed hemm, u marru mhux biss minħabba Ġesù, imma wkoll biex jaraw lil Lazzru, li hu kien qajjem mill-imwiet. [Ġw:12:10] Għalhekk il-qassisin il-kbar ftiehmu li joqtlu lil Lazzru wkoll, [Ġw:12:11] għax minħabba fih ħafna mil-Lhud bdew jitilquhom u jemmnu f'Ġesù.
Subscribe to:
Posts (Atom)